Surah 62 · 11 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi
Surah Al-Jumu'ah in Maltese
بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ
يُسَبِّحُ لِلَّهِ مَا فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَمَا فِي ٱلۡأَرۡضِ ٱلۡمَلِكِ ٱلۡقُدُّوسِ ٱلۡعَزِيزِ ٱلۡحَكِيمِ
Isebbaħ lil Alla kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art; is- Sultan, il-Qaddis, il-Felħan, l-Għaref
هُوَ ٱلَّذِي بَعَثَ فِي ٱلۡأُمِّيِّـۧنَ رَسُولًا مِّنۡهُمۡ يَتۡلُواْ عَلَيۡهِمۡ ءَايَٰتِهِۦ وَيُزَكِّيهِمۡ وَيُعَلِّمُهُمُ ٱلۡكِتَٰبَ وَٱلۡحِكۡمَةَ وَإِن كَانُواْ مِن قَبۡلُ لَفِي ضَلَٰلٍ مُّبِينٍ
Huwa li bagħat fost dawk bla tagħlim Mibgħut minnhom (Muħammad) biex jaqralhom il-versi tiegħu, isaffihom (mid-dnub) u jgħallimhom il-Ktieb (tal-Qoran) u l-għerf, għalkemm qabel kienu tassew f'telfien mill- aktar ċar
وَءَاخَرِينَ مِنۡهُمۡ لَمَّا يَلۡحَقُواْ بِهِمۡۚ وَهُوَ ٱلۡعَزِيزُ ٱلۡحَكِيمُ
(U Alla bagħat lill-Mibgħut għal nies) oħrajn minnhom li kienu għadhom ma laħquhomx (/ill-Misilmin ta' żmien Muħammad, għaliex: daħlu. fl-Islam. fis-sekli wara. l- missjoni tal-Profeta). Huwa l-Felħan, l-Għaret
ذَٰلِكَ فَضۡلُ ٱللَّهِ يُؤۡتِيهِ مَن يَشَآءُۚ وَٱللَّهُ ذُو ٱلۡفَضۡلِ ٱلۡعَظِيمِ
Dik hija t-tjieba'li Alla jagħti lil min irid. Alla huwa ta' tjieba bla qjies
مَثَلُ ٱلَّذِينَ حُمِّلُواْ ٱلتَّوۡرَىٰةَ ثُمَّ لَمۡ يَحۡمِلُوهَا كَمَثَلِ ٱلۡحِمَارِ يَحۡمِلُ أَسۡفَارَۢاۚ بِئۡسَ مَثَلُ ٱلۡقَوۡمِ ٱلَّذِينَ كَذَّبُواْ بِـَٔايَٰتِ ٱللَّهِۚ وَٱللَّهُ لَا يَهۡدِي ٱلۡقَوۡمَ ٱلظَّٰلِمِينَ
Dawk li tgħabbew bit-Torà (il-Lhud), imbagħad ma ġarrewhiex (għaliex ma mxewx fuq it-tagħlim tagħha), huma bħall-ħmar li jġorr xi kotba. Ta' għajb (din) it- tixbiha ta' nies li jgiddbu r-Rivelazzjoni ta' Alla. Alla ma jurix it-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena
قُلۡ يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ هَادُوٓاْ إِن زَعَمۡتُمۡ أَنَّكُمۡ أَوۡلِيَآءُ لِلَّهِ مِن دُونِ ٱلنَّاسِ فَتَمَنَّوُاْ ٱلۡمَوۡتَ إِن كُنتُمۡ صَٰدِقِينَ
Għid(i/hom Muħammad): ''Intom ta' din Lhudi, jekk qegħdin tgħidu li intom il-ħbieb ta' Alla, minn fost in- nies, mela xxennqu għall-mewt, jekk qegħdin tgħidu s- sewwa
وَلَا يَتَمَنَّوۡنَهُۥٓ أَبَدَۢا بِمَا قَدَّمَتۡ أَيۡدِيهِمۡۚ وَٱللَّهُ عَلِيمُۢ بِٱلظَّٰلِمِينَ
Iżda huma qatt ma jixtiquha (il-mewr) minħabba dak li għamlu b'idejhom. Alla jaf kollox dwar dawk li jagħmlu l-ħażen
قُلۡ إِنَّ ٱلۡمَوۡتَ ٱلَّذِي تَفِرُّونَ مِنۡهُ فَإِنَّهُۥ مُلَٰقِيكُمۡۖ ثُمَّ تُرَدُّونَ إِلَىٰ عَٰلِمِ ٱلۡغَيۡبِ وَٱلشَّهَٰدَةِ فَيُنَبِّئُكُم بِمَا كُنتُمۡ تَعۡمَلُونَ
(Għidfilhom Muħammad): ''Tabilħaqq li l-mewt, li intom taħarbu minnha, ġejja tiltaqa' magħkom, imbagħad tintraddu lura lejn Dak li jaf kull ħaġa li ma tidhirx, u kulma jidher, u jgħarrafkom b'dak li kontu tagħmlu
يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُوٓاْ إِذَا نُودِيَ لِلصَّلَوٰةِ مِن يَوۡمِ ٱلۡجُمُعَةِ فَٱسۡعَوۡاْ إِلَىٰ ذِكۡرِ ٱللَّهِ وَذَرُواْ ٱلۡبَيۡعَۚ ذَٰلِكُمۡ خَيۡرٌ لَّكُمۡ إِن كُنتُمۡ تَعۡلَمُونَ
Intom li temmnu, meta ssir is-sejħa għat-talb f'jum il- Ġimgħa, araw li tmorru bil-ħeffa lejn it-tifkira ta' Alla, u ħallu (warajkom) il-bejgħ. Dak ikun aħjar għalikom, li kieku kontu tafu
فَإِذَا قُضِيَتِ ٱلصَّلَوٰةُ فَٱنتَشِرُواْ فِي ٱلۡأَرۡضِ وَٱبۡتَغُواْ مِن فَضۡلِ ٱللَّهِ وَٱذۡكُرُواْ ٱللَّهَ كَثِيرًا لَّعَلَّكُمۡ تُفۡلِحُونَ
U meta jintemm it-talb, xterdu fl-art u itolbu t-tjieba ta' Alla, u ftakru ħafna f'Alla biex forsi tkunu rebbiħin
وَإِذَا رَأَوۡاْ تِجَٰرَةً أَوۡ لَهۡوًا ٱنفَضُّوٓاْ إِلَيۡهَا وَتَرَكُوكَ قَآئِمًاۚ قُلۡ مَا عِندَ ٱللَّهِ خَيۡرٌ مِّنَ ٱللَّهۡوِ وَمِنَ ٱلتِّجَٰرَةِۚ وَٱللَّهُ خَيۡرُ ٱلرَّٰزِقِينَ
U meta (uħud mill-Misilmin) jaraw. xi negozju, jew mogħdija' taż-żmien. (arahom: jitilqu mill-moskea u) jitferrxu (biex imorru) għaliha, u' jħalluk. wieqaf (tippriedka lil ftit fidili). Għid(ilhom Muħammad): ''Dak li għandu Alla huwa aħjar mill-mogħdija taż-żmien u min-negozjul' Alla huwa l-Aħjar li jagħti l-għajxien
Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.