Surah 60 · 13 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi
Surah Al-Mumtahanah in Maltese
بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ
يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ لَا تَتَّخِذُواْ عَدُوِّي وَعَدُوَّكُمۡ أَوۡلِيَآءَ تُلۡقُونَ إِلَيۡهِم بِٱلۡمَوَدَّةِ وَقَدۡ كَفَرُواْ بِمَا جَآءَكُم مِّنَ ٱلۡحَقِّ يُخۡرِجُونَ ٱلرَّسُولَ وَإِيَّاكُمۡ أَن تُؤۡمِنُواْ بِٱللَّهِ رَبِّكُمۡ إِن كُنتُمۡ خَرَجۡتُمۡ جِهَٰدًا فِي سَبِيلِي وَٱبۡتِغَآءَ مَرۡضَاتِيۚ تُسِرُّونَ إِلَيۡهِم بِٱلۡمَوَدَّةِ وَأَنَا۠ أَعۡلَمُ بِمَآ أَخۡفَيۡتُمۡ وَمَآ أَعۡلَنتُمۡۚ وَمَن يَفۡعَلۡهُ مِنكُمۡ فَقَدۡ ضَلَّ سَوَآءَ ٱلسَّبِيلِ
Intom li temmnu, la tiħdux l-għadu tiegħi u l-għadu tagħkom b'alleati, billi tingħataw lilhom bl-imħabba, meta (tafir li dawn) ċaħdu dak is-sewwa li ġiekom, u jkeċċu lill-Mibgħut, u lilkom, għaliex temmnu f'Alla Sidkom. Jekk kontu ħriġtu (titqabdu) biex tħabirku għalija, u għaliex xtaqtu togħġbuni, (mela /a titħabbux ma' l-għedewwa tiegħi u tagħkom). Intom. turuhom l- imħabba, bil-moħbi, meta Jiena naf dak li taħbu u dak li turu. U min minnkom jagħmlu (dan l-għemil), ikun ħareġ mit-triq it-tajba
إِن يَثۡقَفُوكُمۡ يَكُونُواْ لَكُمۡ أَعۡدَآءً وَيَبۡسُطُوٓاْ إِلَيۡكُمۡ أَيۡدِيَهُمۡ وَأَلۡسِنَتَهُم بِٱلسُّوٓءِ وَوَدُّواْ لَوۡ تَكۡفُرُونَ
Jekk (il-pagani) jaqbdukom, ikunulkom għedewwa u jmiddu idejhom u lsienhom fuqkom, bil-ħażen, u jixtiqukom ma temmnux
لَن تَنفَعَكُمۡ أَرۡحَامُكُمۡ وَلَآ أَوۡلَٰدُكُمۡۚ يَوۡمَ ٱلۡقِيَٰمَةِ يَفۡصِلُ بَيۡنَكُمۡۚ وَٱللَّهُ بِمَا تَعۡمَلُونَ بَصِيرٌ
Ma humiex ħa jiswewlkom ir-rabtiet ta' qrubija bejnietkom, u lanqas uliedkom. F'Jum il-Qawmien Huwa jifridkom (u t-tajbin jintbagħtu fil-Ġenna, u l-ħżiena fl- Infern). Alla jara sew dak li tagħmlu
قَدۡ كَانَتۡ لَكُمۡ أُسۡوَةٌ حَسَنَةٌ فِيٓ إِبۡرَٰهِيمَ وَٱلَّذِينَ مَعَهُۥٓ إِذۡ قَالُواْ لِقَوۡمِهِمۡ إِنَّا بُرَءَٰٓؤُاْ مِنكُمۡ وَمِمَّا تَعۡبُدُونَ مِن دُونِ ٱللَّهِ كَفَرۡنَا بِكُمۡ وَبَدَا بَيۡنَنَا وَبَيۡنَكُمُ ٱلۡعَدَٰوَةُ وَٱلۡبَغۡضَآءُ أَبَدًا حَتَّىٰ تُؤۡمِنُواْ بِٱللَّهِ وَحۡدَهُۥٓ إِلَّا قَوۡلَ إِبۡرَٰهِيمَ لِأَبِيهِ لَأَسۡتَغۡفِرَنَّ لَكَ وَمَآ أَمۡلِكُ لَكَ مِنَ ٱللَّهِ مِن شَيۡءٍۖ رَّبَّنَا عَلَيۡكَ تَوَكَّلۡنَا وَإِلَيۡكَ أَنَبۡنَا وَإِلَيۡكَ ٱلۡمَصِيرُ
Tassew għandkom f'Abraham; u dawk ta' miegħu, mudell sabiħ (biex timxu fiqu), meta qalu lil-nieshom: SAħna ma għandniex x'naqsmu magħkom u ma' dak li tqimu minflok Alla. Aħna ċħadniekom, u dehret bejnna u bejnkom l-ostilità u l-mibegħda, għal dejjem, sa ma temmnu f'Alla waħdu' ħlief kliem Abraham. lil missieru (il-pagan meta qallu): ''Tassew se nitlob maħfra għalik (mingħand Alla), għalkemm ma nista' nagħmillek xejn quddiem Alla.' (Abraham u dawk ta' miegħu talbu hekk) ''Sidna, aħna fik nafdaw, lejk induru bl-indiema, u lejk nerġgħu lura
رَبَّنَا لَا تَجۡعَلۡنَا فِتۡنَةً لِّلَّذِينَ كَفَرُواْ وَٱغۡفِرۡ لَنَا رَبَّنَآۖ إِنَّكَ أَنتَ ٱلۡعَزِيزُ ٱلۡحَكِيمُ
Sidna, la ġġarrabx bina lil dawk li ċaħdu t-twemmin, u aħfrilna, Sidna. Tabilħaqq li Inti (waħdek) il-Felħan, l- Għaref
لَقَدۡ كَانَ لَكُمۡ فِيهِمۡ أُسۡوَةٌ حَسَنَةٌ لِّمَن كَانَ يَرۡجُواْ ٱللَّهَ وَٱلۡيَوۡمَ ٱلۡأٓخِرَۚ وَمَن يَتَوَلَّ فَإِنَّ ٱللَّهَ هُوَ ٱلۡغَنِيُّ ٱلۡحَمِيدُ
Tassew għandkom minnhom (minn Abraham u ta' miegħu) mudell sabiħ, għal min ifittex lil Alla u l-Aħħar Jum. U min jagħti dahru (/is-sewwa, għandu jkun jaf li) Alla huwa tabilħaqq l-Għani (li ma jeħtieġ xejn u lil ħadd), u jistħoqq kull tifħir
عَسَى ٱللَّهُ أَن يَجۡعَلَ بَيۡنَكُمۡ وَبَيۡنَ ٱلَّذِينَ عَادَيۡتُم مِّنۡهُم مَّوَدَّةًۚ وَٱللَّهُ قَدِيرٌۚ وَٱللَّهُ غَفُورٌ رَّحِيمٌ
Għandu mnejn Alla jġib l-imħabba bejnkom u bejn dawk minnhom (il-pagani f'Mekka) li sirtu għedewwa tagħhom. Alla Setgħan. Alla Kollu Maħfra, Ħanin
لَّا يَنۡهَىٰكُمُ ٱللَّهُ عَنِ ٱلَّذِينَ لَمۡ يُقَٰتِلُوكُمۡ فِي ٱلدِّينِ وَلَمۡ يُخۡرِجُوكُم مِّن دِيَٰرِكُمۡ أَن تَبَرُّوهُمۡ وَتُقۡسِطُوٓاْ إِلَيۡهِمۡۚ إِنَّ ٱللَّهَ يُحِبُّ ٱلۡمُقۡسِطِينَ
Alla ma jżommkomx milli turu tjiebu u ġustizzja lejn dawk li la tqatlu kontrikom minħabba d-din, u lanqas keċċewkom minn djarkom. Alla tabilħaqq iħobb lill-ġusti
إِنَّمَا يَنۡهَىٰكُمُ ٱللَّهُ عَنِ ٱلَّذِينَ قَٰتَلُوكُمۡ فِي ٱلدِّينِ وَأَخۡرَجُوكُم مِّن دِيَٰرِكُمۡ وَظَٰهَرُواْ عَلَىٰٓ إِخۡرَاجِكُمۡ أَن تَوَلَّوۡهُمۡۚ وَمَن يَتَوَلَّهُمۡ فَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلظَّٰلِمُونَ
Alla jżommkom biss.milli tissieħbu ma' dawk li tqatlu kontrikom minħabba d-din, keċċewkom minn djarkom, u għenu (lill-għedewwa tagħkom) fit-tkeċċija tagħkom. U min jissieħeb magħhom, dawk ikunu l-ħżiena
يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُوٓاْ إِذَا جَآءَكُمُ ٱلۡمُؤۡمِنَٰتُ مُهَٰجِرَٰتٍ فَٱمۡتَحِنُوهُنَّۖ ٱللَّهُ أَعۡلَمُ بِإِيمَٰنِهِنَّۖ فَإِنۡ عَلِمۡتُمُوهُنَّ مُؤۡمِنَٰتٍ فَلَا تَرۡجِعُوهُنَّ إِلَى ٱلۡكُفَّارِۖ لَا هُنَّ حِلٌّ لَّهُمۡ وَلَا هُمۡ يَحِلُّونَ لَهُنَّۖ وَءَاتُوهُم مَّآ أَنفَقُواْۚ وَلَا جُنَاحَ عَلَيۡكُمۡ أَن تَنكِحُوهُنَّ إِذَآ ءَاتَيۡتُمُوهُنَّ أُجُورَهُنَّۚ وَلَا تُمۡسِكُواْ بِعِصَمِ ٱلۡكَوَافِرِ وَسۡـَٔلُواْ مَآ أَنفَقۡتُمۡ وَلۡيَسۡـَٔلُواْ مَآ أَنفَقُواْۚ ذَٰلِكُمۡ حُكۡمُ ٱللَّهِ يَحۡكُمُ بَيۡنَكُمۡۖ وَٱللَّهُ عَلِيمٌ حَكِيمٌ
Intom. li temmnu, meta jiġukom (f'Medina) in-nisa emigrati (minni Mekka) li jemmnu, stħarrġuhom (dwar it- twemmin li jgħidu li għandhom)l Alla jaf aktar bit-twemmin tagħhom. U. jekk . issibuhom. jemmnu (fassew), la treġġgħuhomx lura għand dawk (żwieġhom f'Mekka) li ma jemmnux. (In-nisa li jemmnu) la jiswew għalihom (għal żwieġhom. il-pagani), u lanqas huma (l-irġiel pagani) ma jiswew għalihom (għan-nisa Misilmin). U (lil żwieġ dawk in-nisa) agħtuhom dak li nefqu (għan-nisa tagħhom f'dota). Ma jkollkom ebda ħtija jekk tiżżewġuhom, jekk tagħtuhom il-ħlasijiet tagħhom (tad-dota). La żżommux ir-rabtiet (taż- żwieġ) man-nisa li ma jemmnux, u itolbu (mingħand il- pagani) dak li nfaqtu (f'dota, meta n-nisa tagħkom imorru għandhom għaliex ma jemmnux), u ħalli (il-pagani) jitolbu (mingħandkom) dak li nefqu (f'dota; meta n-nisa tagħhom jiġu għandkom għaliex jemmnu). Dak huwa l-ħaqq ta' Alla; Huwa jagħmel ħaqq bejnietkom. Alla jaf kollox, u Huwa Għaref
وَإِن فَاتَكُمۡ شَيۡءٌ مِّنۡ أَزۡوَٰجِكُمۡ إِلَى ٱلۡكُفَّارِ فَعَاقَبۡتُمۡ فَـَٔاتُواْ ٱلَّذِينَ ذَهَبَتۡ أَزۡوَٰجُهُم مِّثۡلَ مَآ أَنفَقُواْۚ وَٱتَّقُواْ ٱللَّهَ ٱلَّذِيٓ أَنتُم بِهِۦ مُؤۡمِنُونَ
Jekk xi ħadd min-nisa tagħkom (titlaqkom u) tmur għand dawk lima jemmnux, imbagħad tikkastigawhom (billi tattakkawhom u tieħdu l-priża), agħtu (mill-priża) lil-dawk (il-Misilmin) li n-nisa tagħhom telqu(hom) daqs kemm nefqu (f'dota). U ibżgħu minn Alla li intom temmnu fihl
يَٰٓأَيُّهَا ٱلنَّبِيُّ إِذَا جَآءَكَ ٱلۡمُؤۡمِنَٰتُ يُبَايِعۡنَكَ عَلَىٰٓ أَن لَّا يُشۡرِكۡنَ بِٱللَّهِ شَيۡـًٔا وَلَا يَسۡرِقۡنَ وَلَا يَزۡنِينَ وَلَا يَقۡتُلۡنَ أَوۡلَٰدَهُنَّ وَلَا يَأۡتِينَ بِبُهۡتَٰنٍ يَفۡتَرِينَهُۥ بَيۡنَ أَيۡدِيهِنَّ وَأَرۡجُلِهِنَّ وَلَا يَعۡصِينَكَ فِي مَعۡرُوفٍ فَبَايِعۡهُنَّ وَٱسۡتَغۡفِرۡ لَهُنَّ ٱللَّهَۚ إِنَّ ٱللَّهَ غَفُورٌ رَّحِيمٌ
Ja Profeta (Muħammad), meta jiġuk in-nisa li jemmnu u jagħtuk il-wegħda ta' lealtà lejk, li ma jxirkux (allat oħra) ma' Alla, u li ma jisirqux, ma jiżnux, ma joqtlux lil uliedhom, ma jaqilgħu ebda gidba minn żniedhom dwar min huwa tassew missier uliedhom (u jgħidu lil żwieġhom: 'Dan ibnek' meta fil-fatt ma jkunx), u ma jmorrux kontra r-rieda tiegħek f'dak li hu xieraq, mela ilqa' l-wegħda tagħhom u itlob maħfra għalihom mingħand Alla. Alla tabilħaqq Kollu Maħfra, Ħanin
يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ لَا تَتَوَلَّوۡاْ قَوۡمًا غَضِبَ ٱللَّهُ عَلَيۡهِمۡ قَدۡ يَئِسُواْ مِنَ ٱلۡأٓخِرَةِ كَمَا يَئِسَ ٱلۡكُفَّارُ مِنۡ أَصۡحَٰبِ ٱلۡقُبُورِ
Intom li temmnu, la tisseħbux ma' nies li Alla għadab għalihom, (nies) li qatgħu jieshom mill-ħlas tajjeb fil- Ħajja) l-Oħra, bħalma dawk li ma jemmnux qatgħu jieshom minn nies l-oqbra (għaliex ma. jistennewx. li dawn se jitqajmu għal ħajja ġdida)
Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.