Surah 13 · 43 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi
Surah Ar-Ra'd in Maltese
بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ
الٓمٓرۚ تِلۡكَ ءَايَٰتُ ٱلۡكِتَٰبِۗ وَٱلَّذِيٓ أُنزِلَ إِلَيۡكَ مِن رَّبِّكَ ٱلۡحَقُّ وَلَٰكِنَّ أَكۡثَرَ ٱلنَّاسِ لَا يُؤۡمِنُونَ
Alif. Lam. Mim. Ra'. Dawn huma l-versi tal-Ktieb. U dak li tniżżillek (Muħammad) minn Sidek (il-Mulej) huwa s-sewwa, iżda ħafna min-nies ma jemmnux (fi)
ٱللَّهُ ٱلَّذِي رَفَعَ ٱلسَّمَٰوَٰتِ بِغَيۡرِ عَمَدٍ تَرَوۡنَهَاۖ ثُمَّ ٱسۡتَوَىٰ عَلَى ٱلۡعَرۡشِۖ وَسَخَّرَ ٱلشَّمۡسَ وَٱلۡقَمَرَۖ كُلٌّ يَجۡرِي لِأَجَلٍ مُّسَمًّىۚ يُدَبِّرُ ٱلۡأَمۡرَ يُفَصِّلُ ٱلۡأٓيَٰتِ لَعَلَّكُم بِلِقَآءِ رَبِّكُمۡ تُوقِنُونَ
Alla huwa li refa' s-smewwiet mingħajr kolonni li (tistgħu) tarawhom, imbagħad intasab fuq it-Tron, u ħaddem ix-xemx u l-qamar (b'riżg il-bnedmin), ilkoll kemm huma jiġru (fid-dawra tagħhom) lejn żmien imsemmi. Huwa jieħu ħsieb kollox, u jfisser bir-reqqa s- sinjali biex forsi temmnu sħiħ fil-laqgħa ma' Sidkom (il- Mulej)
وَهُوَ ٱلَّذِي مَدَّ ٱلۡأَرۡضَ وَجَعَلَ فِيهَا رَوَٰسِيَ وَأَنۡهَٰرًاۖ وَمِن كُلِّ ٱلثَّمَرَٰتِ جَعَلَ فِيهَا زَوۡجَيۡنِ ٱثۡنَيۡنِۖ يُغۡشِي ٱلَّيۡلَ ٱلنَّهَارَۚ إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَأٓيَٰتٍ لِّقَوۡمٍ يَتَفَكَّرُونَ
Huwa li medd l-art (bil-wesgħat tagħha mħejjija għall- bnedmin u għall-bhejjem), għamel fiha iġbla mqiegħda fis-sod u xmajjar, u l-frott kollu għamlu f'żewġ (għamliet: raġel u mara), u jifrex il-lejl (bħal velu) fuq in-nhar. F'dan (kollu) tabilħaqq hemm sinjali għal nies li jixtarru (is-siwi tagħhom)
وَفِي ٱلۡأَرۡضِ قِطَعٌ مُّتَجَٰوِرَٰتٌ وَجَنَّٰتٌ مِّنۡ أَعۡنَٰبٍ وَزَرۡعٌ وَنَخِيلٌ صِنۡوَانٌ وَغَيۡرُ صِنۡوَانٍ يُسۡقَىٰ بِمَآءٍ وَٰحِدٍ وَنُفَضِّلُ بَعۡضَهَا عَلَىٰ بَعۡضٍ فِي ٱلۡأُكُلِۚ إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَأٓيَٰتٍ لِّقَوۡمٍ يَعۡقِلُونَ
Fl-art hemm qatgħat ħdejn xulxin, ġonna ta' l-għeneb, għelieqi miżrugħa u siġar tal-palm b'għerq wieħed (bejniethom) u (oħrajn) b'għeruq differenti; (dan kollu) jissaqqa b'ilma wieħed, filwaqt li nippreferu uħud (minn dan il-frott) minn ieħor għall-ikel. Tabilħaqq li f'dan (kollu) hemm sinjali għal nies bil-għaqal
وَإِن تَعۡجَبۡ فَعَجَبٌ قَوۡلُهُمۡ أَءِذَا كُنَّا تُرَٰبًا أَءِنَّا لَفِي خَلۡقٍ جَدِيدٍۗ أُوْلَٰٓئِكَ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ بِرَبِّهِمۡۖ وَأُوْلَٰٓئِكَ ٱلۡأَغۡلَٰلُ فِيٓ أَعۡنَاقِهِمۡۖ وَأُوْلَٰٓئِكَ أَصۡحَٰبُ ٱلنَّارِۖ هُمۡ فِيهَا خَٰلِدُونَ
Jekk qiegħed tistagħġeb (bin-nuqqas ta' twemminhom), ta' l-għaġeb huwa kliemhom (in-nies bla twemmin meta jgħidu): ''Jaqaw, meta nkunu trab, tassew se nkunu f'ħolqien ġdidf' Dawk huma li ma jemmnux f'Sidhom (il-Mulej). Dawk huma li (f'Jum il-Ħaqq). għenuqhom jixxekklu. Dawk huma nies in-Nar, u fih jgħammru għal dejjem
وَيَسۡتَعۡجِلُونَكَ بِٱلسَّيِّئَةِ قَبۡلَ ٱلۡحَسَنَةِ وَقَدۡ خَلَتۡ مِن قَبۡلِهِمُ ٱلۡمَثُلَٰتُۗ وَإِنَّ رَبَّكَ لَذُو مَغۡفِرَةٍ لِّلنَّاسِ عَلَىٰ ظُلۡمِهِمۡۖ وَإِنَّ رَبَّكَ لَشَدِيدُ ٱلۡعِقَابِ
Huma (mingħalihom jiddieħku bik, Muħammad, u) jitolbuk tgħaġġel (iġġib fuqhom) l-għemil ħażin. (il- kastig) qabel. it-tajjeb, u (dan meta) qabilhom seħħu (bosta) xbihat (ta' kastigi li messu nies ħżiena bħalhom). Sidek (il-Mulej) tabilħaqq Kollu Maħfra man-nies minkejja l-ħażen tagħhom, u tassew li Sidek Qalil fil- kastig (ma' min jibqa' ma jindimx, sa l-aħħar)
وَيَقُولُ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ لَوۡلَآ أُنزِلَ عَلَيۡهِ ءَايَةٌ مِّن رَّبِّهِۦٓۗ إِنَّمَآ أَنتَ مُنذِرٌۖ وَلِكُلِّ قَوۡمٍ هَادٍ
U dawk (fost il-pagani ta' Qurajx) li ma jemmnux, jgħidu: ''Għaliex (lil Muħammad) ma. jinżillux. sinjal minn Sidu (Żi juri li huwa tassew Profeta ta' Alla) 7' Iżda (inti, Muħammad) tm'intix għajr wieħed li jwiddeb, u kull ġens għandu min imexxih
ٱللَّهُ يَعۡلَمُ مَا تَحۡمِلُ كُلُّ أُنثَىٰ وَمَا تَغِيضُ ٱلۡأَرۡحَامُ وَمَا تَزۡدَادُۚ وَكُلُّ شَيۡءٍ عِندَهُۥ بِمِقۡدَارٍ
Alla jaf dak li ġġorr (f'ġufha) kull mara (jekk huwiex tifel jew tifla), u kemm għandhom nieqes il-ġwief fimeta t-tarbija titwieled kmieni), u kemm għandhom żejjed (hekk li għaddielhom iż-żmien). Kollox bil-qjies għandu
عَٰلِمُ ٱلۡغَيۡبِ وَٱلشَّهَٰدَةِ ٱلۡكَبِيرُ ٱلۡمُتَعَالِ
Huwa jaf il-mistur u dak li jidher. (Huwa) il-Kbir, l- Għoli Wisq
سَوَآءٌ مِّنكُم مَّنۡ أَسَرَّ ٱلۡقَوۡلَ وَمَن جَهَرَ بِهِۦ وَمَنۡ هُوَ مُسۡتَخۡفِۭ بِٱلَّيۡلِ وَسَارِبُۢ بِٱلنَّهَارِ
Huma ndaqs (għal Alla) min, fostkom, jostor il-kliem (f'qalbu) u min jurih fid-dieher (bi kliemu): min jinħeba billejl u jterraq ħieles binhar
لَهُۥ مُعَقِّبَٰتٌ مِّنۢ بَيۡنِ يَدَيۡهِ وَمِنۡ خَلۡفِهِۦ يَحۡفَظُونَهُۥ مِنۡ أَمۡرِ ٱللَّهِۗ إِنَّ ٱللَّهَ لَا يُغَيِّرُ مَا بِقَوۡمٍ حَتَّىٰ يُغَيِّرُواْ مَا بِأَنفُسِهِمۡۗ وَإِذَآ أَرَادَ ٱللَّهُ بِقَوۡمٍ سُوٓءًا فَلَا مَرَدَّ لَهُۥۚ وَمَا لَهُم مِّن دُونِهِۦ مِن وَالٍ
Għal (kull bniedem) hemm għadd ta' anġli, quddiemu u warajh, li jħarsuh, bl-amar ta' Alla. Alla tabilħaqq ma jibdilx dak li jinsab f'xi ġens qabel ma (dawn in-nies) jibdlu dak li hemm fihom infushom. U meta Alla jrid xi deni lil xi ġens, ma hemm xejn li jista' jżommu, U ma għandhomx ħliefu min iħarishom
هُوَ ٱلَّذِي يُرِيكُمُ ٱلۡبَرۡقَ خَوۡفًا وَطَمَعًا وَيُنشِئُ ٱلسَّحَابَ ٱلثِّقَالَ
Huwa li jurikom il-beraq, (għajn) ta' biża' (minħabba l- ħsara li jista' jġib miegħu), u. ta' tama (għaliex warajh tiġi x-xita), u jtella' s-sħab it-tqil (mimli xita)
وَيُسَبِّحُ ٱلرَّعۡدُ بِحَمۡدِهِۦ وَٱلۡمَلَٰٓئِكَةُ مِنۡ خِيفَتِهِۦ وَيُرۡسِلُ ٱلصَّوَٰعِقَ فَيُصِيبُ بِهَا مَن يَشَآءُ وَهُمۡ يُجَٰدِلُونَ فِي ٱللَّهِ وَهُوَ شَدِيدُ ٱلۡمِحَالِ
Ir-ragħad ifaħħar is-sebħ tiegħu, u (bħalu jagħmlu) l- anġli, bil-biża' tiegħu. Huwa jibgħat is-sajjetti u jolqot bihom lil-min irid, u huma (il-pagani ta' Mekka, jissugraw) iħaqquha dwar Alla, meta Huwa Qalil fil- qawwa tiegħu
لَهُۥ دَعۡوَةُ ٱلۡحَقِّۚ وَٱلَّذِينَ يَدۡعُونَ مِن دُونِهِۦ لَا يَسۡتَجِيبُونَ لَهُم بِشَيۡءٍ إِلَّا كَبَٰسِطِ كَفَّيۡهِ إِلَى ٱلۡمَآءِ لِيَبۡلُغَ فَاهُ وَمَا هُوَ بِبَٰلِغِهِۦۚ وَمَا دُعَآءُ ٱلۡكَٰفِرِينَ إِلَّا فِي ضَلَٰلٍ
Is-sejħa tabilħaqq issir lilu (biss), u dawk (l-idoli u l- allat) li (il-pagani) isejħu minfloku, ma jweġbuhom xejn; bħal dak li jifrex il-pali ta' idejh għall-ilma biex jasal f'fommu, iżda ma jilħqux. Is-sejħa ta' dawk bla twemmin ma tisfax għajr fix-xejn
وَلِلَّهِۤ يَسۡجُدُۤ مَن فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِ طَوۡعًا وَكَرۡهًا وَظِلَٰلُهُم بِٱلۡغُدُوِّ وَٱلۡأٓصَالِ
Quddiem Alla jinxteħet kulma hu fis-smewwiet u fl-art, irid jew ma jridx, (bħalma jagħmlu) id-dellijiet tagħhom filgħodu u filgħaxija
قُلۡ مَن رَّبُّ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِ قُلِ ٱللَّهُۚ قُلۡ أَفَٱتَّخَذۡتُم مِّن دُونِهِۦٓ أَوۡلِيَآءَ لَا يَمۡلِكُونَ لِأَنفُسِهِمۡ نَفۡعًا وَلَا ضَرًّاۚ قُلۡ هَلۡ يَسۡتَوِي ٱلۡأَعۡمَىٰ وَٱلۡبَصِيرُ أَمۡ هَلۡ تَسۡتَوِي ٱلظُّلُمَٰتُ وَٱلنُّورُۗ أَمۡ جَعَلُواْ لِلَّهِ شُرَكَآءَ خَلَقُواْ كَخَلۡقِهِۦ فَتَشَٰبَهَ ٱلۡخَلۡقُ عَلَيۡهِمۡۚ قُلِ ٱللَّهُ خَٰلِقُ كُلِّ شَيۡءٍ وَهُوَ ٱلۡوَٰحِدُ ٱلۡقَهَّٰرُ
Għid (Muħammad): ''Min hu Sid is-smewwiet u l-art'' Għid: 'Allal' Għid: 'Jaqaw, minfloku, ħadtu għall- ħarsien tagħkom lil-dawk li ma għandhomx is-setgħa jkunu ta' fejda u deni għalihom infushom'' Għid (ukoll): Jaqaw l-agħma u min jara huma ndaqs, jew huma ndaqs id-dlamijiet u d-dawl 7 Jew għamlu, ma' Alla, ixirka li ħalqu bħalma ħalaq Huwa, hekk li għalihom il-ħolqien (ta' dawn l-ixirka) jixbah. (il-ħolqien ta' Alla) 7' Għid (mela): 'Alla huwa l-Ħallieq ta' kollox, u Huwa l- Wieħed, li jegħleb lil kollox u lil kulħadd
أَنزَلَ مِنَ ٱلسَّمَآءِ مَآءً فَسَالَتۡ أَوۡدِيَةُۢ بِقَدَرِهَا فَٱحۡتَمَلَ ٱلسَّيۡلُ زَبَدًا رَّابِيًاۖ وَمِمَّا يُوقِدُونَ عَلَيۡهِ فِي ٱلنَّارِ ٱبۡتِغَآءَ حِلۡيَةٍ أَوۡ مَتَٰعٍ زَبَدٌ مِّثۡلُهُۥۚ كَذَٰلِكَ يَضۡرِبُ ٱللَّهُ ٱلۡحَقَّ وَٱلۡبَٰطِلَۚ فَأَمَّا ٱلزَّبَدُ فَيَذۡهَبُ جُفَآءًۖ وَأَمَّا مَا يَنفَعُ ٱلنَّاسَ فَيَمۡكُثُ فِي ٱلۡأَرۡضِۚ كَذَٰلِكَ يَضۡرِبُ ٱللَّهُ ٱلۡأَمۡثَالَ
Huwa jniżżel ilma mis-sema, u gelglu widien (ta' xita) skond id-daqs tagħhom, u l-ilmijiet iġorru. magħhom ragħwa kotrana li titla' fil-wiċċ. Ragħwa bħalha (toħroġ) minn dak li jqabbdu fuq in-nar biex jagħmlu (oġġeżti ta') żina jew oġġetti (tal-metall) għall-użu (tagħhom). Hekk Alla juri (bit-tixbihat) is-sewwa u l-batal. Ir-ragħwa malajr tiġi fix-xejn, iżda dak li hu ta' fejda għan-nies jibqa' (fit-tul) fuq l-art. Hekk Alla juri bit-tixbihat
لِلَّذِينَ ٱسۡتَجَابُواْ لِرَبِّهِمُ ٱلۡحُسۡنَىٰۚ وَٱلَّذِينَ لَمۡ يَسۡتَجِيبُواْ لَهُۥ لَوۡ أَنَّ لَهُم مَّا فِي ٱلۡأَرۡضِ جَمِيعًا وَمِثۡلَهُۥ مَعَهُۥ لَٱفۡتَدَوۡاْ بِهِۦٓۚ أُوْلَٰٓئِكَ لَهُمۡ سُوٓءُ ٱلۡحِسَابِ وَمَأۡوَىٰهُمۡ جَهَنَّمُۖ وَبِئۡسَ ٱلۡمِهَادُ
Lil dawk li jwieġbu lil-Sidhom. (bit-twemmin u l- ħarsien tad-digrieti tiegħu) hemm (imħejjija) l-aħjar ħaġa (li hija l-Ġenna). Iżda dawk li ma weġbuhx, li kieku kellhom kulma jinsab fuq l-art, u daqshekk ieħor (miżjud) miegħu, huma (kienu jippruvaw) jinfdew bih (iżda kien ikun kollu għalxejn). Dawk għalihom hemm kont mill- agħar, u l-kenn tagħhom huwa fl-Infern, u ta' għajb il- friex (tagħhom fin-Nar)
أَفَمَن يَعۡلَمُ أَنَّمَآ أُنزِلَ إِلَيۡكَ مِن رَّبِّكَ ٱلۡحَقُّ كَمَنۡ هُوَ أَعۡمَىٰٓۚ إِنَّمَا يَتَذَكَّرُ أُوْلُواْ ٱلۡأَلۡبَٰبِ
Jaqaw (Muħammad), dak li jaf li kulma tniżżillek minn Sidek (il-Qoran) huwa s-sewwa, huwa (l-istess) bħal min hu agħma 7 Huma biss in-nies ta' dehen li jiftakru (u jixtarru dawn it-twissijiet)
ٱلَّذِينَ يُوفُونَ بِعَهۡدِ ٱللَّهِ وَلَا يَنقُضُونَ ٱلۡمِيثَٰقَ
dawk li jżommu mar-rabta ta' Alla u ma jiksrux. il-patt (tagħhom)
وَٱلَّذِينَ يَصِلُونَ مَآ أَمَرَ ٱللَّهُ بِهِۦٓ أَن يُوصَلَ وَيَخۡشَوۡنَ رَبَّهُمۡ وَيَخَافُونَ سُوٓءَ ٱلۡحِسَابِ
u dawk li jgħaqqdu dak li Alla amar li għandu jkun magħqud (ħaġa waħda); jibżgħu minn Sidhom (il-Mulej), u jibżgħu mill-kont tal-biża' (li għad iridu jħallsu)
وَٱلَّذِينَ صَبَرُواْ ٱبۡتِغَآءَ وَجۡهِ رَبِّهِمۡ وَأَقَامُواْ ٱلصَّلَوٰةَ وَأَنفَقُواْ مِمَّا رَزَقۡنَٰهُمۡ سِرًّا وَعَلَانِيَةً وَيَدۡرَءُونَ بِٱلۡحَسَنَةِ ٱلسَّيِّئَةَ أُوْلَٰٓئِكَ لَهُمۡ عُقۡبَى ٱلدَّارِ
u dawk li jistabru biex ifittxu Wiċċ Sidhom (il-Mulej), jagħmlu t-talb, u jonfqu (fil-karità), bil-moħbi jew fil-beraħ, minn dak li tajniehom għall-għajxien tagħhom, u jilqgħu (l- għemil) il-ħażin bit-tajjeb. Dawk. għandhom tmiem (mill- isbaħ) fid-Dar (ta' dejjem)
جَنَّٰتُ عَدۡنٍ يَدۡخُلُونَهَا وَمَن صَلَحَ مِنۡ ءَابَآئِهِمۡ وَأَزۡوَٰجِهِمۡ وَذُرِّيَّٰتِهِمۡۖ وَٱلۡمَلَٰٓئِكَةُ يَدۡخُلُونَ عَلَيۡهِم مِّن كُلِّ بَابٍ
il-Ġonna ta' l-Għeden li huma jidħlu fihom flimkien mal- ġusti minn fost missirijiethom, in-nisa tagħhom, u nisilhom, u l-anġli jidħlu ħdejhom minn kull bieb (biex jagħtuhom merħba, filwaqt li jsellmulhom)
سَلَٰمٌ عَلَيۡكُم بِمَا صَبَرۡتُمۡۚ فَنِعۡمَ عُقۡبَى ٱلدَّارِ
Sliem għalikom għaliex stabartu (ur żammejtu sħiħ fit- tiġrib tad-dinja). Tassew sabiħ (dan) it-tmiem tad-Dar (ta' dejjem)i
وَٱلَّذِينَ يَنقُضُونَ عَهۡدَ ٱللَّهِ مِنۢ بَعۡدِ مِيثَٰقِهِۦ وَيَقۡطَعُونَ مَآ أَمَرَ ٱللَّهُ بِهِۦٓ أَن يُوصَلَ وَيُفۡسِدُونَ فِي ٱلۡأَرۡضِ أُوْلَٰٓئِكَ لَهُمُ ٱللَّعۡنَةُ وَلَهُمۡ سُوٓءُ ٱلدَّارِ
Iżda dawk li jiksru r-rabta ta' Alla wara (li kienu laqgħu) il-patt. tiegħu, jaqtgħu dak li Alla amar li għandu jkun magħqud (ħaġa waħda), u. jagħmlu l-ħsara fuq l-art; dawk għandhom is-saħta, u tagħhom hija l-agħar Darl
ٱللَّهُ يَبۡسُطُ ٱلرِّزۡقَ لِمَن يَشَآءُ وَيَقۡدِرُۚ وَفَرِحُواْ بِٱلۡحَيَوٰةِ ٱلدُّنۡيَا وَمَا ٱلۡحَيَوٰةُ ٱلدُّنۡيَا فِي ٱلۡأٓخِرَةِ إِلَّا مَتَٰعٌ
Alla jifrex il-ġid (tiegħu bix-xaba ') fuq min irid, u jagħtih bil-qjies (u bir-reqqa kollha, skond il-ħtieġa). Huma jifirhu bil-ħajja: (ta' din) id-dinja, iżda l-ħajja fid-dinja: mqabbla mal-(Ħajja) l-Oħra, ma hijiex għajr tgawdija (fiergħa li ma ddumx ma tgħaddi)
وَيَقُولُ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ لَوۡلَآ أُنزِلَ عَلَيۡهِ ءَايَةٌ مِّن رَّبِّهِۦۚ قُلۡ إِنَّ ٱللَّهَ يُضِلُّ مَن يَشَآءُ وَيَهۡدِيٓ إِلَيۡهِ مَنۡ أَنَابَ
U dawk li ma jemmnux (fost il-pagani ta' Mekka) jgħidu: ''Għaliex.ma jinżillux xi sinjal minn Sidu 7' Għidfilhom Muħammad): '' Tabilħaqq li Alla jtellef it-triq lil-min irid, u juri t-triq (li twassal) lejh lil min idur niedem (lejh)
ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَتَطۡمَئِنُّ قُلُوبُهُم بِذِكۡرِ ٱللَّهِۗ أَلَا بِذِكۡرِ ٱللَّهِ تَطۡمَئِنُّ ٱلۡقُلُوبُ
dawk li jemmnu, u qlubhom isibu serħan fit-tifkira ta' Alla. Tabilħaqq li fit-tifkira ta' Alla jsibu s-serħan tagħhom il- qlubl
ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ طُوبَىٰ لَهُمۡ وَحُسۡنُ مَـَٔابٍ
Dawkeli jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba, hena lilhom, u mill-aħjar il-miġja lura (tagħhom fil-Ġenna)f
كَذَٰلِكَ أَرۡسَلۡنَٰكَ فِيٓ أُمَّةٍ قَدۡ خَلَتۡ مِن قَبۡلِهَآ أُمَمٌ لِّتَتۡلُوَاْ عَلَيۡهِمُ ٱلَّذِيٓ أَوۡحَيۡنَآ إِلَيۡكَ وَهُمۡ يَكۡفُرُونَ بِٱلرَّحۡمَٰنِۚ قُلۡ هُوَ رَبِّي لَآ إِلَٰهَ إِلَّا هُوَ عَلَيۡهِ تَوَكَّلۡتُ وَإِلَيۡهِ مَتَابِ
Hekk bgħatniek (Muħammad) għand ġens li qablu għaddew ġnus (oħra), biex taqralu dak. fil-Qoran). li nebbaħnielek, iżda huma ma jemmnux f'Dak li Huwa Kollu Ħniena. Għid(ilhom. Muħammad): ''Huwa Sidi. (il-Mulej), ma hemmx alla ħlieful F'idejh ħallejt u lejh indur
وَلَوۡ أَنَّ قُرۡءَانًا سُيِّرَتۡ بِهِ ٱلۡجِبَالُ أَوۡ قُطِّعَتۡ بِهِ ٱلۡأَرۡضُ أَوۡ كُلِّمَ بِهِ ٱلۡمَوۡتَىٰۗ بَل لِّلَّهِ ٱلۡأَمۡرُ جَمِيعًاۗ أَفَلَمۡ يَاْيۡـَٔسِ ٱلَّذِينَ ءَامَنُوٓاْ أَن لَّوۡ يَشَآءُ ٱللَّهُ لَهَدَى ٱلنَّاسَ جَمِيعًاۗ وَلَا يَزَالُ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ تُصِيبُهُم بِمَا صَنَعُواْ قَارِعَةٌ أَوۡ تَحُلُّ قَرِيبًا مِّن دَارِهِمۡ حَتَّىٰ يَأۡتِيَ وَعۡدُ ٱللَّهِۚ إِنَّ ٱللَّهَ لَا يُخۡلِفُ ٱلۡمِيعَادَ
Kieku kien hemm xi Qoran li (meta jinqara) bih jitħarrku l-iġbla, jew bih tixxaqqaq l-art, inkella bih jintqal kliem lill- mejtin (ix dawn jibdew jitkellmu, kieku kien ikun dan il- Qoran)i Iżda ta' Alla huwa l-amar, f'kolloxi Jaqaw dawk li jemmnu (għadhom) ma qatgħux jieshom (u għadhom jaħsbit li l-pagani xi darba se jemmnu), u ma jafux li, kieku jrid, Alla kien imexxi fit-triq it-tajba lin-nies kollha 7 Iżda dawk li ċaħdu t-twemmin jibqgħu jintlaqtu minn għawġ kbir minħabba (il-ħażen) li għamlu, jew (l-għawġ) jasal (u jolqot) qrib darhom, sa ma tiġi l-wegħda ta' Alla (u l-Islam joħroġ rebbieħ): Tabilħaqq li Alla ma jiksirx il-wegħdal
وَلَقَدِ ٱسۡتُهۡزِئَ بِرُسُلٍ مِّن قَبۡلِكَ فَأَمۡلَيۡتُ لِلَّذِينَ كَفَرُواْ ثُمَّ أَخَذۡتُهُمۡۖ فَكَيۡفَ كَانَ عِقَابِ
Tassew Mibgħutin qablek (Miħarmad) kienu mżebilħin, u tajt ftit taż-żmien lil-dawk li m'emmnux u mbagħad ħadthom (għal għarrieda bil-kastig. tiegħi) u x'kastig (ikrah) kient
أَفَمَنۡ هُوَ قَآئِمٌ عَلَىٰ كُلِّ نَفۡسِۭ بِمَا كَسَبَتۡۗ وَجَعَلُواْ لِلَّهِ شُرَكَآءَ قُلۡ سَمُّوهُمۡۚ أَمۡ تُنَبِّـُٔونَهُۥ بِمَا لَا يَعۡلَمُ فِي ٱلۡأَرۡضِ أَم بِظَٰهِرٍ مِّنَ ٱلۡقَوۡلِۗ بَلۡ زُيِّنَ لِلَّذِينَ كَفَرُواْ مَكۡرُهُمۡ وَصُدُّواْ عَنِ ٱلسَّبِيلِۗ وَمَن يُضۡلِلِ ٱللَّهُ فَمَا لَهُۥ مِنۡ هَادٍ
Jaqaw Dak li jinsab fuq kull ruħ, ( 4 jaf sew) b'dak li kisbet (għaliha nnifisha, huwa bħall-allat foloz)i Iżda lil Alla għamlulu ixirka (oħra miegħu, u għalhekk) għidfilhom Muħammad): ''Semmuhomt Jaqaw. (lil: Alla). qegħdin tħabbrulu dak, fuq l-art, li Huwa ma jafx bih, jew (inkella dan tagħkom ma huwiex għajr) għamla ta' kliem (fieragħ) 7' Iżda lil dawk li ma jemmnux iżżejjen it-tnassis tagħhom (u ħasbuh xi ħaġa tajba), u nżammu lura mit-triq (ta' Alla). U dak li Alla jtelliflu t-triq, ma għandux min immexxi(h)
لَّهُمۡ عَذَابٌ فِي ٱلۡحَيَوٰةِ ٱلدُّنۡيَاۖ وَلَعَذَابُ ٱلۡأٓخِرَةِ أَشَقُّۖ وَمَا لَهُم مِّنَ ٱللَّهِ مِن وَاقٍ
Għalihom hemm kastig fil-ħajja (ra' din) id-dinja. iżda huwa eħrex il-kastig ta' (il-Ħajja) l-Oħra, u ma għandhomx min iħarishom minn Alla
مَّثَلُ ٱلۡجَنَّةِ ٱلَّتِي وُعِدَ ٱلۡمُتَّقُونَۖ تَجۡرِي مِن تَحۡتِهَا ٱلۡأَنۡهَٰرُۖ أُكُلُهَا دَآئِمٌ وَظِلُّهَاۚ تِلۡكَ عُقۡبَى ٱلَّذِينَ ٱتَّقَواْۚ وَّعُقۡبَى ٱلۡكَٰفِرِينَ ٱلنَّارُ
It-tixbiha tal-Ġenna mwiegħda lil-dawk li jibżgħu minn Alla (hija din): ix-xmajjar jiġru taħtha, l-ikel tagħha u d-dell tagħha huma għal dejjem. Dak huwa tmiem dawk li kellhom il-biża' ta' Alla, iżda tmiem dawk li ma jemmnux huwa n- Narl
وَٱلَّذِينَ ءَاتَيۡنَٰهُمُ ٱلۡكِتَٰبَ يَفۡرَحُونَ بِمَآ أُنزِلَ إِلَيۡكَۖ وَمِنَ ٱلۡأَحۡزَابِ مَن يُنكِرُ بَعۡضَهُۥۚ قُلۡ إِنَّمَآ أُمِرۡتُ أَنۡ أَعۡبُدَ ٱللَّهَ وَلَآ أُشۡرِكَ بِهِۦٓۚ إِلَيۡهِ أَدۡعُواْ وَإِلَيۡهِ مَـَٔابِ
U dawk li tajniehom il-Ktieb jifirħu b'li: tniżżillek (Muħammad), iżda wħud mill-ġemgħat (li ngħaqdu biex jeħduha kontrik) jiċħdu taqsimiet minnu, Għid(ilhom Muħammad): ''Jiena ma'ngħatajtx għajr l-amar li nqim lil Alla, u ma nxierek (lil ħadd aktar) miegħu. Lilu nsejjaħ, u għandu nerġa' lura
وَكَذَٰلِكَ أَنزَلۡنَٰهُ حُكۡمًا عَرَبِيًّاۚ وَلَئِنِ ٱتَّبَعۡتَ أَهۡوَآءَهُم بَعۡدَ مَا جَآءَكَ مِنَ ٱلۡعِلۡمِ مَا لَكَ مِنَ ٱللَّهِ مِن وَلِيٍّ وَلَا وَاقٍ
Hekk ukoll (dan il-Qoran) niżżilnieh bħala għerf u ħaqq bl-ilsien Għarbi. Li kieku (Muħammad) kellek timxi wara x- xewqat tagħhom. wara l-għarfien (kollu) li ġiek, ma kienx ikollok min jieħu ħsiebek u jħarsek minn Alla
وَلَقَدۡ أَرۡسَلۡنَا رُسُلًا مِّن قَبۡلِكَ وَجَعَلۡنَا لَهُمۡ أَزۡوَٰجًا وَذُرِّيَّةًۚ وَمَا كَانَ لِرَسُولٍ أَن يَأۡتِيَ بِـَٔايَةٍ إِلَّا بِإِذۡنِ ٱللَّهِۗ لِكُلِّ أَجَلٍ كِتَابٌ
Aħna tassew bgħatna Mibgħutin qablek, u tajniehom nisa u nisel. U ebda Mibgħut ma (seta') iġib xi sinjal jekk mhux bir-rieda ta' Alla. Għal kull żmien hemm Ktieb (imħejji)
يَمۡحُواْ ٱللَّهُ مَا يَشَآءُ وَيُثۡبِتُۖ وَعِندَهُۥٓ أُمُّ ٱلۡكِتَٰبِ
Alla jħassar (mill-Ktieb) u jwettaq (fih) dak li jrid, u għandu tinsab Omm il-Ktieb (il-verżjoni oriġinali tal-Kotba mqaddsa u d-digrieti divini)
وَإِن مَّا نُرِيَنَّكَ بَعۡضَ ٱلَّذِي نَعِدُهُمۡ أَوۡ نَتَوَفَّيَنَّكَ فَإِنَّمَا عَلَيۡكَ ٱلۡبَلَٰغُ وَعَلَيۡنَا ٱلۡحِسَابُ
Jekk nuruk xi ħaġa minn dak (il-kastig) li wegħedniehom jew (inkella) intemmulek ħajtek (biex tinġabar magħna din ma hijiex xi ħaġa tiegħek). Inti dmirek huwa li xxandar (it-tagħlim ta' l-Islam), u xogħolna huwa (li nagħmlu). il- kont (magħhom fl-Aħħar Jum)
أَوَلَمۡ يَرَوۡاْ أَنَّا نَأۡتِي ٱلۡأَرۡضَ نَنقُصُهَا مِنۡ أَطۡرَافِهَاۚ وَٱللَّهُ يَحۡكُمُ لَا مُعَقِّبَ لِحُكۡمِهِۦۚ وَهُوَ سَرِيعُ ٱلۡحِسَابِ
Mela (dawkli ċaħdu t-twemmin) ma rawx li Aħna niġu fl- art. (bil-Mibgħutin. tagħna, u. nagħtuha: lin-nies. ta' twemmin), filwaqt li-nnaqqsuha mit-truf tagħha (lil dawk li ċaħdu r-reliġjon safja) 7 Alla jagħmel ħaqq. Ħadd (u xejn) ma jżomm il-ħaqq tiegħul Huwa malajr jagħmel il-kontijiet
وَقَدۡ مَكَرَ ٱلَّذِينَ مِن قَبۡلِهِمۡ فَلِلَّهِ ٱلۡمَكۡرُ جَمِيعًاۖ يَعۡلَمُ مَا تَكۡسِبُ كُلُّ نَفۡسٍۗ وَسَيَعۡلَمُ ٱلۡكُفَّٰرُ لِمَنۡ عُقۡبَى ٱلدَّارِ
Dawk ta' qabilhom nassu, iżda kull tnassis huwa ta' Alla; Huwa jaf b'dak li tikseb kull ruħ (għaliha nnifisha). Dawk li ma jemmnux se jkunu jafu għal min huwa t-tmiem (mill- isbaħ) fid-Dar (ta' dejjem)
وَيَقُولُ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ لَسۡتَ مُرۡسَلًاۚ قُلۡ كَفَىٰ بِٱللَّهِ شَهِيدَۢا بَيۡنِي وَبَيۡنَكُمۡ وَمَنۡ عِندَهُۥ عِلۡمُ ٱلۡكِتَٰبِ
Dawk li ċaħdu t-twemmin jgħidu: ''Inti (Muħammad) m'intix Mibgħut (ta' Alla)' Għid(ilhom): 'Alla huwa biżżejjed bħala Xhud bejni u bejnkom u (ix-xhieda ta') min għandu l-għarfien tal-Ktieb
Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.