Surah 14 · 52 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah Ibrahim in Maltese

In English with tafsir

بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ

14:1

الٓرۚ كِتَٰبٌ أَنزَلۡنَٰهُ إِلَيۡكَ لِتُخۡرِجَ ٱلنَّاسَ مِنَ ٱلظُّلُمَٰتِ إِلَى ٱلنُّورِ بِإِذۡنِ رَبِّهِمۡ إِلَىٰ صِرَٰطِ ٱلۡعَزِيزِ ٱلۡحَمِيدِ

Alif. Lam. Ra'. Ktieb li niżżilnielek (Muħammad) biex (bih) toħroġ lin-nies mid-dlamijiet għad-dawl, bir-rieda ta' Sidhom (il-Mulej), lejn triq il-Felħan, li jistħoqq kull tifħir

14:2

ٱللَّهِ ٱلَّذِي لَهُۥ مَا فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَمَا فِي ٱلۡأَرۡضِۗ وَوَيۡلٌ لِّلۡكَٰفِرِينَ مِنۡ عَذَابٍ شَدِيدٍ

(triq) Alla li tiegħu huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl- art (u ma jeħtieġ lil ħadd). Ħażin għal dawk li ċaħdu t- twemmin, minħabba l-kastig il-qalil (li se jmisshom)

14:3

ٱلَّذِينَ يَسۡتَحِبُّونَ ٱلۡحَيَوٰةَ ٱلدُّنۡيَا عَلَى ٱلۡأٓخِرَةِ وَيَصُدُّونَ عَن سَبِيلِ ٱللَّهِ وَيَبۡغُونَهَا عِوَجًاۚ أُوْلَٰٓئِكَ فِي ضَلَٰلِۭ بَعِيدٍ

dawk li jħobbu aktar il-ħajja f'(din) id-dinja milli l-Oħra, iżommu (lil ħaddieħor) mit-triq ta' Alla (li hi l-Islam), u jixtiquha. mgħawġa (bil-gideb u x-xewqat tagħhom). Dawk huma f'telfien. kbir (i jinsabu maqtugħin għalihom)

14:4

وَمَآ أَرۡسَلۡنَا مِن رَّسُولٍ إِلَّا بِلِسَانِ قَوۡمِهِۦ لِيُبَيِّنَ لَهُمۡۖ فَيُضِلُّ ٱللَّهُ مَن يَشَآءُ وَيَهۡدِي مَن يَشَآءُۚ وَهُوَ ٱلۡعَزِيزُ ٱلۡحَكِيمُ

Ma bgħatna ebda Mibgħut jekk mhux bi Isien niesu, biex ifehemhom biċ-ċar (id-digrieti ta' Alla). Alla jtellef it-triq lil-min irid, u juriha lil min irid. Huwa l-Qawwi, l- Għaref

14:5

وَلَقَدۡ أَرۡسَلۡنَا مُوسَىٰ بِـَٔايَٰتِنَآ أَنۡ أَخۡرِجۡ قَوۡمَكَ مِنَ ٱلظُّلُمَٰتِ إِلَى ٱلنُّورِ وَذَكِّرۡهُم بِأَيَّىٰمِ ٱللَّهِۚ إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَأٓيَٰتٍ لِّكُلِّ صَبَّارٍ شَكُورٍ

Tabilħaqq bgħatna lil Mosċ- bis-sinjali: tagħna (iċ għednielu): 'Oħroġ lil-niesek mid-dlamijiet għad-dawl, u fakkarhom f'Jiem. Alla. F'dan tabilħaqq hemm sinjali għal kulmin iżomm b'sabru u jiżżi ħajr

14:6

وَإِذۡ قَالَ مُوسَىٰ لِقَوۡمِهِ ٱذۡكُرُواْ نِعۡمَةَ ٱللَّهِ عَلَيۡكُمۡ إِذۡ أَنجَىٰكُم مِّنۡ ءَالِ فِرۡعَوۡنَ يَسُومُونَكُمۡ سُوٓءَ ٱلۡعَذَابِ وَيُذَبِّحُونَ أَبۡنَآءَكُمۡ وَيَسۡتَحۡيُونَ نِسَآءَكُمۡۚ وَفِي ذَٰلِكُم بَلَآءٌ مِّن رَّبِّكُمۡ عَظِيمٌ

U (ftakar) meta Mosċ qal lil niesu: ''Ftakru fil-grazzja ta' Alla fuqkom meta ħeliskom minn nies il-Fargħun li kienu jġarrbukom bl-agħar tbatija: ibiċċru lil uliedkom (subien), filwaqt li jħallu lin-nisa tagħkom ħajjin. F'dan kien hemm tiġrib kbir minn Sidkom (il-Mulej)

14:7

وَإِذۡ تَأَذَّنَ رَبُّكُمۡ لَئِن شَكَرۡتُمۡ لَأَزِيدَنَّكُمۡۖ وَلَئِن كَفَرۡتُمۡ إِنَّ عَذَابِي لَشَدِيدٌ

U (ftakar) meta Sidkom ħabbar (hekk): ''Jekk tiżżu ħajr (ta' kulma għamilt magħkom), tabilħaqq inżidkom (fil- barkiet), iżda jekk tiċħdu (il-grazzji tiegħi u ma: tiżżux ħajr), il-kastig tiegħi jkun tassew qalilf

14:8

وَقَالَ مُوسَىٰٓ إِن تَكۡفُرُوٓاْ أَنتُمۡ وَمَن فِي ٱلۡأَرۡضِ جَمِيعًا فَإِنَّ ٱللَّهَ لَغَنِيٌّ حَمِيدٌ

Mosċ qal (lil niesu): ''Jekk intom, u kulmin jinsab fuq l- art, ma temmnux, (kunu afir li) Alla tabilhaqq Għani (u ma jeħtiġkomx). u jistħoqq kull tifħir

14:9

أَلَمۡ يَأۡتِكُمۡ نَبَؤُاْ ٱلَّذِينَ مِن قَبۡلِكُمۡ قَوۡمِ نُوحٍ وَعَادٍ وَثَمُودَ وَٱلَّذِينَ مِنۢ بَعۡدِهِمۡ لَا يَعۡلَمُهُمۡ إِلَّا ٱللَّهُۚ جَآءَتۡهُمۡ رُسُلُهُم بِٱلۡبَيِّنَٰتِ فَرَدُّوٓاْ أَيۡدِيَهُمۡ فِيٓ أَفۡوَٰهِهِمۡ وَقَالُوٓاْ إِنَّا كَفَرۡنَا بِمَآ أُرۡسِلۡتُم بِهِۦ وَإِنَّا لَفِي شَكٍّ مِّمَّا تَدۡعُونَنَآ إِلَيۡهِ مُرِيبٍ

Jaqaw ma waslitilkomx l-aħbar ta' dawk ta' qabilkom, (jiġifieri) nies Noċ, (u t-tribujiet ta') Għad u Tamid, u ta' dawk li ġew warajhom, li ħadd ma jaf bihom għajr Alla 7 Il-Mibgħutin tagħhom ġewhom bis-sinjali ċ-ċari, iżda huma qiegħdu idejhom fuq ħalqhom u qalu: 'Aħna tabilħaqq. niċħdu dak (li: qegħdin: tgħidu) li intom Mibgħutin bih (u niċħdu lilkom ukoll), u aħna tabilħaqq ninsabu f'dubju (li jħallina) bejn ħalltejn dwar dak. li qegħdin issejħulna għalih

14:10

قَالَتۡ رُسُلُهُمۡ أَفِي ٱللَّهِ شَكٌّ فَاطِرِ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۖ يَدۡعُوكُمۡ لِيَغۡفِرَ لَكُم مِّن ذُنُوبِكُمۡ وَيُؤَخِّرَكُمۡ إِلَىٰٓ أَجَلٍ مُّسَمًّىۚ قَالُوٓاْ إِنۡ أَنتُمۡ إِلَّا بَشَرٌ مِّثۡلُنَا تُرِيدُونَ أَن تَصُدُّونَا عَمَّا كَانَ يَعۡبُدُ ءَابَآؤُنَا فَأۡتُونَا بِسُلۡطَٰنٍ مُّبِينٍ

Il-Mibgħutin tagħhom qalu(/hom): 'Hemm xi dubju dwar Alla, Ħallieq is-smewwiet u l-art 2 Huwa jsejħilkom biex jaħfrilkom dnubietkom, u jagħtikom aktar ħin (biex temmnu, tindmu, u tgħixu. ħajja. xierqa), sa. żmien imsemmi. Qalu: 'M'intomx għajr nies bħalna, u tridu żżommuna minn dak li missirijietna kienu jqimu, Mela ġibulna xi prova ċara (dwar il-missjoni tagħkom) U

14:11

قَالَتۡ لَهُمۡ رُسُلُهُمۡ إِن نَّحۡنُ إِلَّا بَشَرٌ مِّثۡلُكُمۡ وَلَٰكِنَّ ٱللَّهَ يَمُنُّ عَلَىٰ مَن يَشَآءُ مِنۡ عِبَادِهِۦۖ وَمَا كَانَ لَنَآ أَن نَّأۡتِيَكُم بِسُلۡطَٰنٍ إِلَّا بِإِذۡنِ ٱللَّهِۚ وَعَلَى ٱللَّهِ فَلۡيَتَوَكَّلِ ٱلۡمُؤۡمِنُونَ

Il-Mibgħutin- tagħhom qalu(/kom): 'Aħna' tabilħaqq bnedmin bħalkom, iżda Alla jaħseb f'min irid mill- qaddejja tiegħu, u ma għandniex għalfejn inġibulkom xi prova, jekk mhux bir-rieda ta' Alla. F'idejn Alla għandhom iħallu dawk li jemmnu

14:12

وَمَا لَنَآ أَلَّا نَتَوَكَّلَ عَلَى ٱللَّهِ وَقَدۡ هَدَىٰنَا سُبُلَنَاۚ وَلَنَصۡبِرَنَّ عَلَىٰ مَآ ءَاذَيۡتُمُونَاۚ وَعَلَى ٱللَّهِ فَلۡيَتَوَكَّلِ ٱلۡمُتَوَكِّلُونَ

U għalfejn ma nħallux f'idejn Alla wara li wriena triqatna' (li fihom għandna. nimxu) Aħna tabilħaqq se nistabru (u nżommu sod) minkejja. li tweġġgħuna, Ħa jħallu f'idejn Alla dawk kollha) li jafdaw

14:13

وَقَالَ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ لِرُسُلِهِمۡ لَنُخۡرِجَنَّكُم مِّنۡ أَرۡضِنَآ أَوۡ لَتَعُودُنَّ فِي مِلَّتِنَاۖ فَأَوۡحَىٰٓ إِلَيۡهِمۡ رَبُّهُمۡ لَنُهۡلِكَنَّ ٱلظَّٰلِمِينَ

Dawklli ċaħdu t-twemmin qalu lill-Mibgħutin tagħhom: SAħna' tabilħaqq noħorġukom minn artna, jew (inkella) terġgħu lura għat-twemmin tagħnal'' Sidhom (il-Mulej) nebbaħhom (hekk lill-Mibgħutin tiegħu): Aħna tabilħaqq neqirdu lill-ħżiena

14:14

وَلَنُسۡكِنَنَّكُمُ ٱلۡأَرۡضَ مِنۢ بَعۡدِهِمۡۚ ذَٰلِكَ لِمَنۡ خَافَ مَقَامِي وَخَافَ وَعِيدِ

u warajhom inħallukom tgħammru fl-art. Dan għal min jibża' mill-waqfa quddiemi (fl-Aħħar Jum), u jibża' mit- theddida tiegħi.' h

14:15

وَٱسۡتَفۡتَحُواْ وَخَابَ كُلُّ جَبَّارٍ عَنِيدٍ

Huma talbu (/i/ Alla) jagħtihom ir-rebħa, u kull tirann ta' rasu iebsa baqa' b'xejn

14:16

مِّن وَرَآئِهِۦ جَهَنَّمُ وَيُسۡقَىٰ مِن مَّآءٍ صَدِيدٍ

Warajh hemm l-Infern, u jingħata jixrob misħun jinten

14:17

يَتَجَرَّعُهُۥ وَلَا يَكَادُ يُسِيغُهُۥ وَيَأۡتِيهِ ٱلۡمَوۡتُ مِن كُلِّ مَكَانٍ وَمَا هُوَ بِمَيِّتٍۖ وَمِن وَرَآئِهِۦ عَذَابٌ غَلِيظٌ

Huwa jixorbu boqqa boqqa, iżda bilkemm ikun jista' jibilgħu (għaliex jagħli w ħażin wisq). Il-mewt tiġi fuqu minn kullimkien, iżda huwa ma jmutx. Quddiemu hemm kastig (ieħor, aktar) iebes (minn ta' qablu)

14:18

مَّثَلُ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ بِرَبِّهِمۡۖ أَعۡمَٰلُهُمۡ كَرَمَادٍ ٱشۡتَدَّتۡ بِهِ ٱلرِّيحُ فِي يَوۡمٍ عَاصِفٍۖ لَّا يَقۡدِرُونَ مِمَّا كَسَبُواْ عَلَىٰ شَيۡءٍۚ ذَٰلِكَ هُوَ ٱلضَّلَٰلُ ٱلۡبَعِيدُ

It-tixbiha ta' dawk li jiċħdu lil Sidhom (il-Mulej hija din): l-għemejjel tagħhom huma bħal irmied li r-riħ nefaħ fuqu bil-qawwa, f'jum ta' maltemp (ir ġew fix- xejn). Huma ma għandhom setgħa fuq xejn minn dak li kisbu, Dak huwa t-telfien il-kbir

14:19

أَلَمۡ تَرَ أَنَّ ٱللَّهَ خَلَقَ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضَ بِٱلۡحَقِّۚ إِن يَشَأۡ يُذۡهِبۡكُمۡ وَيَأۡتِ بِخَلۡقٍ جَدِيدٍ

Mela ma rajtx li Alla ħalaq is-smewwiet u l-art bis- sewwa. Jekk irid, (jista') jeqridkom u jġib ħolqien ġdid. (li joqgħod għad-digrieti tiegħu)

14:20

وَمَا ذَٰلِكَ عَلَى ٱللَّهِ بِعَزِيزٍ

Dak, għal Alla, ma huwiex xi ħaġa tqila

14:21

وَبَرَزُواْ لِلَّهِ جَمِيعًا فَقَالَ ٱلضُّعَفَٰٓؤُاْ لِلَّذِينَ ٱسۡتَكۡبَرُوٓاْ إِنَّا كُنَّا لَكُمۡ تَبَعًا فَهَلۡ أَنتُم مُّغۡنُونَ عَنَّا مِنۡ عَذَابِ ٱللَّهِ مِن شَيۡءٍۚ قَالُواْ لَوۡ هَدَىٰنَا ٱللَّهُ لَهَدَيۡنَٰكُمۡۖ سَوَآءٌ عَلَيۡنَآ أَجَزِعۡنَآ أَمۡ صَبَرۡنَا مَا لَنَا مِن مَّحِيصٍ

Ilkoll għad jidhru quddiem Alla, u d-dgħajfin jgħidu lil dawk li tkabbru: ''Aħna tabilħaqq imxejna warajkom. (Issa). tistgħu teħilsuna mill-kastig ta' Alla 7' Huma jgħidu: 'Kieku Alla mexxiena (fit-triq tiegħu), konna mmexxukom (fiha). U (issa) xorta waħda għalina, sew jekk nitilfu sabarna, u sew jekk nistabru: ma għandniex minn fejn naħarbu

14:22

وَقَالَ ٱلشَّيۡطَٰنُ لَمَّا قُضِيَ ٱلۡأَمۡرُ إِنَّ ٱللَّهَ وَعَدَكُمۡ وَعۡدَ ٱلۡحَقِّ وَوَعَدتُّكُمۡ فَأَخۡلَفۡتُكُمۡۖ وَمَا كَانَ لِيَ عَلَيۡكُم مِّن سُلۡطَٰنٍ إِلَّآ أَن دَعَوۡتُكُمۡ فَٱسۡتَجَبۡتُمۡ لِيۖ فَلَا تَلُومُونِي وَلُومُوٓاْ أَنفُسَكُمۖ مَّآ أَنَا۠ بِمُصۡرِخِكُمۡ وَمَآ أَنتُم بِمُصۡرِخِيَّ إِنِّي كَفَرۡتُ بِمَآ أَشۡرَكۡتُمُونِ مِن قَبۡلُۗ إِنَّ ٱلظَّٰلِمِينَ لَهُمۡ عَذَابٌ أَلِيمٌ

U meta l-kwistjoni tkun inqatgħet, ix-Xitan jgħid: Tassew li Alla wegħedkom il-wegħda tas-sewwa, u (jiena wkoll) wegħedtkom (u għedtilkom li ma hemmx qawmien mill-imwiet, u ma hemmx kastig), iżda ma żammejtx kelmti magħkom. Jiena ma kelli ebda setgħa fuqkom, ħlief li: sejjaħtilkom (bit-tfesfis. tiegħi), u weġibtuni. Mela (issa (i: wasaltu hawn. fl-Infern) tlumunix, u lumu lilkom infuskom. Jiena ma nistax ngħinkom, u intom ma tistgħux tgħinuni. Jiena niċħad (għemilkom li bih), qabel, għamiltuni xrik ma' Alla. Tabilħaqq li l-ħżiena għandhom kastig ta' wġigħ

14:23

وَأُدۡخِلَ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ جَنَّٰتٍ تَجۡرِي مِن تَحۡتِهَا ٱلۡأَنۡهَٰرُ خَٰلِدِينَ فِيهَا بِإِذۡنِ رَبِّهِمۡۖ تَحِيَّتُهُمۡ فِيهَا سَلَٰمٌ

VU dawkli jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba jiddaħħlu f'Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem, bir-rieda ta' Sidhom (il-Mulej). U t-tislima tagħhom, fihom, tkun: ''Sliemf

14:24

أَلَمۡ تَرَ كَيۡفَ ضَرَبَ ٱللَّهُ مَثَلًا كَلِمَةً طَيِّبَةً كَشَجَرَةٍ طَيِّبَةٍ أَصۡلُهَا ثَابِتٌ وَفَرۡعُهَا فِي ٱلسَّمَآءِ

Mela mattarax kif Alla jxebbah kelma tajba: (hija bħal) siġra tajba bl-għerq tagħha maqbud sew (f'qiegħ l-art), u. bil-fergħa tagħha fis-sema

14:25

تُؤۡتِيٓ أُكُلَهَا كُلَّ حِينِۭ بِإِذۡنِ رَبِّهَاۗ وَيَضۡرِبُ ٱللَّهُ ٱلۡأَمۡثَالَ لِلنَّاسِ لَعَلَّهُمۡ يَتَذَكَّرُونَ

u tagħti l-frott tagħha f'kull ħin, bir-rieda ta' Sidha. Alla jagħti t-tixbihat lin-nies biex forsi jiftakru (u jixtarru t- tagħlim ta' Alla)

14:26

وَمَثَلُ كَلِمَةٍ خَبِيثَةٍ كَشَجَرَةٍ خَبِيثَةٍ ٱجۡتُثَّتۡ مِن فَوۡقِ ٱلۡأَرۡضِ مَا لَهَا مِن قَرَارٍ

U kelma ħażina tixbah lil siġra ħażina: hija titqaċċat minn fuq l-art, u ma tistax tieqaf (waħidha)

14:27

يُثَبِّتُ ٱللَّهُ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ بِٱلۡقَوۡلِ ٱلثَّابِتِ فِي ٱلۡحَيَوٰةِ ٱلدُّنۡيَا وَفِي ٱلۡأٓخِرَةِۖ وَيُضِلُّ ٱللَّهُ ٱلظَّٰلِمِينَۚ وَيَفۡعَلُ ٱللَّهُ مَا يَشَآءُ

Alla jsaħħaħ lil dawk li jemmnu fil-Kelma soda fil- ħajja (f'din) id-dinja u fl-Oħra, u lill-ħżiena joħroġhom mit-triq it-tajba. Alla jagħmel li jridl

14:28

أَلَمۡ تَرَ إِلَى ٱلَّذِينَ بَدَّلُواْ نِعۡمَتَ ٱللَّهِ كُفۡرًا وَأَحَلُّواْ قَوۡمَهُمۡ دَارَ ٱلۡبَوَارِ

Mela ma rajtx lil-dawk li biddlu l-grazzja (u l-barkiet) ta' Alla f'ċaħda tat-twemmin, u qiegħdu lil nieshom f'Dar il-ħerba

14:29

جَهَنَّمَ يَصۡلَوۡنَهَاۖ وَبِئۡسَ ٱلۡقَرَارُ

fl-Infern, fejn jinxtwew 2 Ta' għajb il-qagħda (tagħhom f'dan l-imkien)

14:30

وَجَعَلُواْ لِلَّهِ أَندَادًا لِّيُضِلُّواْ عَن سَبِيلِهِۦۗ قُلۡ تَمَتَّعُواْ فَإِنَّ مَصِيرَكُمۡ إِلَى ٱلنَّارِ

Huma, lil Alla, għamlu(/u) ixirka (li dehrilhom li huma) daqsu, biex itellfu t-triq (lil. ħaddieħor). Għid(ilhom Muħammad): ''Thennew (għal ftit taż-żmien: ieħorjl Tabilħaqq li tmiemkom lejn in-Nart)

14:31

قُل لِّعِبَادِيَ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ يُقِيمُواْ ٱلصَّلَوٰةَ وَيُنفِقُواْ مِمَّا رَزَقۡنَٰهُمۡ سِرًّا وَعَلَانِيَةً مِّن قَبۡلِ أَن يَأۡتِيَ يَوۡمٌ لَّا بَيۡعٌ فِيهِ وَلَا خِلَٰلٌ

Għid (Muħammad) lill-qaddejja tiegħi li emmnu, biex jagħmlu t-talb u jonfqu (fil-karità) mill-ġid li tajniehom, bil-moħbi jew fil-beraħ, qabel ma jasal Jum li fih la jkun hemm bejgħ (u xiri), u lanqas ħbiberija

14:32

ٱللَّهُ ٱلَّذِي خَلَقَ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضَ وَأَنزَلَ مِنَ ٱلسَّمَآءِ مَآءً فَأَخۡرَجَ بِهِۦ مِنَ ٱلثَّمَرَٰتِ رِزۡقًا لَّكُمۡۖ وَسَخَّرَ لَكُمُ ٱلۡفُلۡكَ لِتَجۡرِيَ فِي ٱلۡبَحۡرِ بِأَمۡرِهِۦۖ وَسَخَّرَ لَكُمُ ٱلۡأَنۡهَٰرَ

Huwa Alla li ħalaq is-smewwiet u l-art, iniżżel l-ilma mis-sema u joħroġ bih minn (kull għamla) ta' frott għall- għajxien tagħkom, li qiegħed l-imriekeb għall-qadi tagħkom biex jiġru fil-baħar bir-rieda tiegħu, u qiegħed ix-xmajjar għall-qadi tagħkom

14:33

وَسَخَّرَ لَكُمُ ٱلشَّمۡسَ وَٱلۡقَمَرَ دَآئِبَيۡنِۖ وَسَخَّرَ لَكُمُ ٱلَّيۡلَ وَٱلنَّهَارَ

Huwa qiegħed għall-qadi tagħkom ix-xemx u l-qamar, sħaħ fid-dawrien tagħhom, u qiegħed għall-qadi tagħkom il-lejl u n-nhar

14:34

وَءَاتَىٰكُم مِّن كُلِّ مَا سَأَلۡتُمُوهُۚ وَإِن تَعُدُّواْ نِعۡمَتَ ٱللَّهِ لَا تُحۡصُوهَآۗ إِنَّ ٱلۡإِنسَٰنَ لَظَلُومٌ كَفَّارٌ

Huwa takom minn kulma: tlabtuh, u jekk (tippruvaw) tgħoddu l-grazzja (u l-barkiet) ta' Alla, (tintebħu li) ma tistgħux tgħodduhom. Tabilħaqq li l-bniedem huwa wisq inġust, wisq ingrat

14:35

وَإِذۡ قَالَ إِبۡرَٰهِيمُ رَبِّ ٱجۡعَلۡ هَٰذَا ٱلۡبَلَدَ ءَامِنًا وَٱجۡنُبۡنِي وَبَنِيَّ أَن نَّعۡبُدَ ٱلۡأَصۡنَامَ

(Ftakar) meta Abraham qal: ''Sidi (il-Mulej), agħmel din il-belt (ta' Mekka) imkien ta' ħarsien (u sliem), u warrab lili u lil uliedi mill-qima ta' l-idoli

14:36

رَبِّ إِنَّهُنَّ أَضۡلَلۡنَ كَثِيرًا مِّنَ ٱلنَّاسِۖ فَمَن تَبِعَنِي فَإِنَّهُۥ مِنِّيۖ وَمَنۡ عَصَانِي فَإِنَّكَ غَفُورٌ رَّحِيمٌ

Sidi, huma tellfu t-triq lil ħafna nies. Għalhekk min jimxi warajja, huwa minni (u miegħi), u min ma jobdinix, Inti (Mulej) tabilħaqq kollok maħfra, Ħanin

14:37

رَّبَّنَآ إِنِّيٓ أَسۡكَنتُ مِن ذُرِّيَّتِي بِوَادٍ غَيۡرِ ذِي زَرۡعٍ عِندَ بَيۡتِكَ ٱلۡمُحَرَّمِ رَبَّنَا لِيُقِيمُواْ ٱلصَّلَوٰةَ فَٱجۡعَلۡ أَفۡـِٔدَةً مِّنَ ٱلنَّاسِ تَهۡوِيٓ إِلَيۡهِمۡ وَٱرۡزُقۡهُم مِّنَ ٱلثَّمَرَٰتِ لَعَلَّهُمۡ يَشۡكُرُونَ

Sidna, jiena qegħedt lil-uħud minn nisli (jiġifieri lil ibni Ismagħel u lil marti Haġar) biex jgħammru f'wied mhux miżrugħ, qrib Darek l-imqaddsa (f'Mekka), Sidna. (il- Mulej), biex jagħmlu t-talb. Mela agħmel li l-qlub ta' wħud mill-bnedmin imilu lejhom, u għajjixhom bil-frott biex forsi jiżżu ħajr (ta' kulma għamilt magħhom)

14:38

رَبَّنَآ إِنَّكَ تَعۡلَمُ مَا نُخۡفِي وَمَا نُعۡلِنُۗ وَمَا يَخۡفَىٰ عَلَى ٱللَّهِ مِن شَيۡءٍ فِي ٱلۡأَرۡضِ وَلَا فِي ٱلسَّمَآءِ

Sidna (il-Mulej), Inti taf dak li naħbu u dak li nuru. Ma hemm xejn moħbi minn Alla fl-art, u lanqas fis-sema

14:39

ٱلۡحَمۡدُ لِلَّهِ ٱلَّذِي وَهَبَ لِي عَلَى ٱلۡكِبَرِ إِسۡمَٰعِيلَ وَإِسۡحَٰقَۚ إِنَّ رَبِّي لَسَمِيعُ ٱلدُّعَآءِ

It-tifħir lil Alla li fix-xjuħija tani lil-Ismagħel u lil Iżakk. Sidi tabilħaqq jisma' (u jilqa ' it-talb)

14:40

رَبِّ ٱجۡعَلۡنِي مُقِيمَ ٱلصَّلَوٰةِ وَمِن ذُرِّيَّتِيۚ رَبَّنَا وَتَقَبَّلۡ دُعَآءِ

Sidi, agħmel minni bniedem li jagħmel it-talb, u minn nisli (ukoll agħmel li jkun hemm min jgħożż it-talb bħali). Sidna, ilqa' t-talba tiegħi

14:41

رَبَّنَا ٱغۡفِرۡ لِي وَلِوَٰلِدَيَّ وَلِلۡمُؤۡمِنِينَ يَوۡمَ يَقُومُ ٱلۡحِسَابُ

Sidna (il-Mulej), aħfer lili, lill-ġenituri tiegħi, u lil dawk (kollha) li jemmnu, fil-Jum meta jsiru l-kontijiet

14:42

وَلَا تَحۡسَبَنَّ ٱللَّهَ غَٰفِلًا عَمَّا يَعۡمَلُ ٱلظَّٰلِمُونَۚ إِنَّمَا يُؤَخِّرُهُمۡ لِيَوۡمٍ تَشۡخَصُ فِيهِ ٱلۡأَبۡصَٰرُ

La taħsibx li Alla ma jintebaħx b'dak li jagħmlu l- ħżiena. Huwa qiegħed biss iħallihom għal ħin ieħor, għal Jum meta l-għajnejn għad jiċċassaw (bil-biża)

14:43

مُهۡطِعِينَ مُقۡنِعِي رُءُوسِهِمۡ لَا يَرۡتَدُّ إِلَيۡهِمۡ طَرۡفُهُمۡۖ وَأَفۡـِٔدَتُهُمۡ هَوَآءٌ

Huma jiġru mwerwrin b'ħarsithom ċassa, bi. rjushom merfugħa 'l fuq, mingħajr ma jteptpu (/angas darba) għajnejhom, u qlubhom vojta (minħabba l-biża' kbir li jaħkimhom)

14:44

وَأَنذِرِ ٱلنَّاسَ يَوۡمَ يَأۡتِيهِمُ ٱلۡعَذَابُ فَيَقُولُ ٱلَّذِينَ ظَلَمُواْ رَبَّنَآ أَخِّرۡنَآ إِلَىٰٓ أَجَلٍ قَرِيبٍ نُّجِبۡ دَعۡوَتَكَ وَنَتَّبِعِ ٱلرُّسُلَۗ أَوَلَمۡ تَكُونُوٓاْ أَقۡسَمۡتُم مِّن قَبۡلُ مَا لَكُم مِّن زَوَالٍ

Wissi (Muħammad) lin-nies dwar il-Jum li fih jiġihom il-kastig. Dawk li għamlu l-ħażen għad jgħidu: ''Sidna, agħtina mqar ftit tal-ħin ieħor. Aħna nwieġbu s-sejħa tiegħek, u nimxu wara (il-bxara li ġew biha) il- Mibgħutin.' (U Alla l-Imbierek iweġibhom): 'Mela qabel ma kontux ħliftu li m'intomx se tinqerdu (minn wiċċ l- arti)

14:45

وَسَكَنتُمۡ فِي مَسَٰكِنِ ٱلَّذِينَ ظَلَمُوٓاْ أَنفُسَهُمۡ وَتَبَيَّنَ لَكُمۡ كَيۡفَ فَعَلۡنَا بِهِمۡ وَضَرَبۡنَا لَكُمُ ٱلۡأَمۡثَالَ

Intom għextu fi djar dawk li (fl-imgħoddi kienu) naqsu kontra tagħhom. infushom, u kontu tafu sewwa x'għamilnielhom, u tajniekom it-tixbihat (dwarhom, biex fl-aħħar tifhmu)

14:46

وَقَدۡ مَكَرُواْ مَكۡرَهُمۡ وَعِندَ ٱللَّهِ مَكۡرُهُمۡ وَإِن كَانَ مَكۡرُهُمۡ لِتَزُولَ مِنۡهُ ٱلۡجِبَالُ

Huma nassu t-tnassis tagħhom, iżda Alla kien jaf bit- tnassis tagħhom, minkejja li dak li nassu kien (qalil) biżżejjed biex bih iżulu l-iġbla

14:47

فَلَا تَحۡسَبَنَّ ٱللَّهَ مُخۡلِفَ وَعۡدِهِۦ رُسُلَهُۥٓۚ إِنَّ ٱللَّهَ عَزِيزٌ ذُو ٱنتِقَامٍ

La taħsibx li Alla jmur lura mill-wegħda mal- Mibgħutin tiegħu (fi għad joħroġhom rebbiħin, u jeqred. lill-ħżiena): Alla tabilħaqq Qawwi, u jaf kif ipattiha

14:48

يَوۡمَ تُبَدَّلُ ٱلۡأَرۡضُ غَيۡرَ ٱلۡأَرۡضِ وَٱلسَّمَٰوَٰتُۖ وَبَرَزُواْ لِلَّهِ ٱلۡوَٰحِدِ ٱلۡقَهَّارِ

Fil-Jum meta l-art titbiddel f'art oħra (ġdida, li ma tafx b'ħażen), u s-smewwiet (ukoll jiġrilhom hekk), u f(l- bnedmin kollha) jidhru quddiem Alla l-Wieħed, li jegħleb lil kollox u lil kulħadd

14:49

وَتَرَى ٱلۡمُجۡرِمِينَ يَوۡمَئِذٍ مُّقَرَّنِينَ فِي ٱلۡأَصۡفَادِ

utara lill-ħatjin, dakinhar, imxekklin flimkien bil-ktajjen

14:50

سَرَابِيلُهُم مِّن قَطِرَانٍ وَتَغۡشَىٰ وُجُوهَهُمُ ٱلنَّارُ

ilbieshom (magħmul) mill-qatran (biex jaqbdu malajr), u mi-Nar jiksi l-uċuħ tagħhom

14:51

لِيَجۡزِيَ ٱللَّهُ كُلَّ نَفۡسٍ مَّا كَسَبَتۡۚ إِنَّ ٱللَّهَ سَرِيعُ ٱلۡحِسَابِ

biex Alla jħallas lil kull ruħ ta' dak li kisbet (b'għemilha). Alla tabilħaqq malajr jagħmel il-kontijiet

14:52

هَٰذَا بَلَٰغٌ لِّلنَّاسِ وَلِيُنذَرُواْ بِهِۦ وَلِيَعۡلَمُوٓاْ أَنَّمَا هُوَ إِلَٰهٌ وَٰحِدٌ وَلِيَذَّكَّرَ أُوْلُواْ ٱلۡأَلۡبَٰبِ

Dan (il-Qoran huwa) taħbira lin-nies biex jitwiddbu biha, u jkunu jafu li Huwa Alla Wieħed. U ħalli jiftakru (u jixtarru) dawk ta' dehenl

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.