Surah 64 · 18 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi
Surah At-Taghabun in Maltese
بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ
يُسَبِّحُ لِلَّهِ مَا فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَمَا فِي ٱلۡأَرۡضِۖ لَهُ ٱلۡمُلۡكُ وَلَهُ ٱلۡحَمۡدُۖ وَهُوَ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءٍ قَدِيرٌ
Isebbaħ lil Alla kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art; tiegħu huma s-saltna u t-tifħir, u Huwa fuq kollox Setgħan
هُوَ ٱلَّذِي خَلَقَكُمۡ فَمِنكُمۡ كَافِرٌ وَمِنكُم مُّؤۡمِنٌۚ وَٱللَّهُ بِمَا تَعۡمَلُونَ بَصِيرٌ
Huwali ħalaqkom. Hemm minnkom li ma jemminx, u hemm minnkom li jemmen. Alla jara kulma tagħmlu
خَلَقَ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضَ بِٱلۡحَقِّ وَصَوَّرَكُمۡ فَأَحۡسَنَ صُوَرَكُمۡۖ وَإِلَيۡهِ ٱلۡمَصِيرُ
Huwa ħalaq is-smewwiet u l-art bil-ħaqq, u sawwarkom u għamilkom fl-aħjar għamla. Lejh it-tmiem (ta' kollox u ta' kulħadd)
يَعۡلَمُ مَا فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِ وَيَعۡلَمُ مَا تُسِرُّونَ وَمَا تُعۡلِنُونَۚ وَٱللَّهُ عَلِيمُۢ بِذَاتِ ٱلصُّدُورِ
Huwa jaf x'hemm fis-smewwiet u fl-art, u jaf dak-li taħbu u dak li turu, Alla jaf b'kulma hemm fil-qlub
أَلَمۡ يَأۡتِكُمۡ نَبَؤُاْ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ مِن قَبۡلُ فَذَاقُواْ وَبَالَ أَمۡرِهِمۡ وَلَهُمۡ عَذَابٌ أَلِيمٌ
Jaqaw ma ġitkomx l-aħbar ta' dawk li, qabel, ċaħdu t- twemmin u daqu l-imrar ta' l-imġiba (ħażina) tagħhom Huma jkollhom kastig ta' wġigħ
ذَٰلِكَ بِأَنَّهُۥ كَانَت تَّأۡتِيهِمۡ رُسُلُهُم بِٱلۡبَيِّنَٰتِ فَقَالُوٓاْ أَبَشَرٌ يَهۡدُونَنَا فَكَفَرُواْ وَتَوَلَّواْۖ وَّٱسۡتَغۡنَى ٱللَّهُۚ وَٱللَّهُ غَنِيٌّ حَمِيدٌ
Dak għaliex kienu jiġuhom il-Mibgħutin tagħhom bis- sinjali ċ-ċari, u (dawk li ma jemmmux) kienu jgħidu; 'Jaqaw bnedmin (bħalna) se jmexxuna fit-triq it-tajba 77 Huma m'emmnux u taw daharhom. Alla ma għandux bżonn(hom). Alla Għani u jistħoqq kull tifħir
زَعَمَ ٱلَّذِينَ كَفَرُوٓاْ أَن لَّن يُبۡعَثُواْۚ قُلۡ بَلَىٰ وَرَبِّي لَتُبۡعَثُنَّ ثُمَّ لَتُنَبَّؤُنَّ بِمَا عَمِلۡتُمۡۚ وَذَٰلِكَ عَلَى ٱللَّهِ يَسِيرٌ
Dawk li ma jemmnux jgħidu (i jallegaw) li ma humiex se jitqajmu mill-mewt: Għid(ilhom Muħammad): 'Ival (Naħlef). fuq Sidi li tassew. titqajmu mill-mewt, u mbagħad tkunu mgħarrfin b'dak li għamiltu.' Dak, għal Alla, ħafifl
فَـَٔامِنُواْ بِٱللَّهِ وَرَسُولِهِۦ وَٱلنُّورِ ٱلَّذِيٓ أَنزَلۡنَاۚ وَٱللَّهُ بِمَا تَعۡمَلُونَ خَبِيرٌ
Mela emmnu f'Alla, fil-Mibgħut tiegħu u fid-dawl li Aħna niżżilna, Alla jaf sew b'dak li tagħmlu
يَوۡمَ يَجۡمَعُكُمۡ لِيَوۡمِ ٱلۡجَمۡعِۖ ذَٰلِكَ يَوۡمُ ٱلتَّغَابُنِۗ وَمَن يُؤۡمِنۢ بِٱللَّهِ وَيَعۡمَلۡ صَٰلِحًا يُكَفِّرۡ عَنۡهُ سَيِّـَٔاتِهِۦ وَيُدۡخِلۡهُ جَنَّٰتٍ تَجۡرِي مِن تَحۡتِهَا ٱلۡأَنۡهَٰرُ خَٰلِدِينَ فِيهَآ أَبَدًاۚ ذَٰلِكَ ٱلۡفَوۡزُ ٱلۡعَظِيمُ
Fil-Jum meta jiġborkom għal Jum il-Ġabra, dak ikun Jum it-tilwim u t-telfa tal-ħżiena (għaliex dakinhar iwaħħlu f'xulxin). U min jemmen f'Alla u jagħmel il-ġid, (Alla) iħassarlu l-għemejjel ħżiena tiegħu u jdaħħlu f'Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Dik hija r-rebħa l-kbiral
وَٱلَّذِينَ كَفَرُواْ وَكَذَّبُواْ بِـَٔايَٰتِنَآ أُوْلَٰٓئِكَ أَصۡحَٰبُ ٱلنَّارِ خَٰلِدِينَ فِيهَاۖ وَبِئۡسَ ٱلۡمَصِيرُ
U dawk li ma jemmnux u jgiddbu l-versi tagħna, dawk huma nies in-Nar, u fih jgħammru għal dejjem. (Dak ikun) tassew tmiem mill-agħart
مَآ أَصَابَ مِن مُّصِيبَةٍ إِلَّا بِإِذۡنِ ٱللَّهِۗ وَمَن يُؤۡمِنۢ بِٱللَّهِ يَهۡدِ قَلۡبَهُۥۚ وَٱللَّهُ بِكُلِّ شَيۡءٍ عَلِيمٌ
Ma jiġrix xi għawġ jekk mhux bil-permess ta' Alla. Min jemmen f'Alla, imexxi lil qalbu fit-triq it-tajba. Alla jaf b'kollox
وَأَطِيعُواْ ٱللَّهَ وَأَطِيعُواْ ٱلرَّسُولَۚ فَإِن تَوَلَّيۡتُمۡ فَإِنَّمَا عَلَىٰ رَسُولِنَا ٱلۡبَلَٰغُ ٱلۡمُبِينُ
Obdu lil Alla, u obdu lill-Mibgħutl U jekk tagħtu daharkom. (u terġgħu lura għalli kontu, kunu afir ii) il- Mibgħut tagħna għandu biss ixandar biċ-ċar (it-tagħlim ta' l-Islam. Jekk temmnuhx jew le, din hija l-għażla u r- responsabbiltà tagħkom)
ٱللَّهُ لَآ إِلَٰهَ إِلَّا هُوَۚ وَعَلَى ٱللَّهِ فَلۡيَتَوَكَّلِ ٱلۡمُؤۡمِنُونَ
Allat Ma' hemmx alla (ieħor) għajrul Ħalli jafdaw f'Alla dawk li jemmnut
يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُوٓاْ إِنَّ مِنۡ أَزۡوَٰجِكُمۡ وَأَوۡلَٰدِكُمۡ عَدُوًّا لَّكُمۡ فَٱحۡذَرُوهُمۡۚ وَإِن تَعۡفُواْ وَتَصۡفَحُواْ وَتَغۡفِرُواْ فَإِنَّ ٱللَّهَ غَفُورٌ رَّحِيمٌ
Intom li temmnu, tabilħaqq li fost in-nisa tagħkom u wliedkom hemm min hu għadu tagħkom. Għalhekk oqogħdu attenti għalihoml U jekk tagħdru(hom), tagħlqu għajnejkom ( 4 ma titlewmux magħhom) u taħfru(/hom), Alla tabilħaqq Kollu Maħfra, Ħanin
إِنَّمَآ أَمۡوَٰلُكُمۡ وَأَوۡلَٰدُكُمۡ فِتۡنَةٌۚ وَٱللَّهُ عِندَهُۥٓ أَجۡرٌ عَظِيمٌ
Ġidkom u wliedkom huma biss tiġrib (mingħand Alla, biex jara x'se tagħmlu bihom). Alla għandu ħlas kbir
فَٱتَّقُواْ ٱللَّهَ مَا ٱسۡتَطَعۡتُمۡ وَٱسۡمَعُواْ وَأَطِيعُواْ وَأَنفِقُواْ خَيۡرًا لِّأَنفُسِكُمۡۗ وَمَن يُوقَ شُحَّ نَفۡسِهِۦ فَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلۡمُفۡلِحُونَ
Mela ibżgħu minn Alla, kemm tistgħu, u isimgħu (is- sewwa li jingħad lilkom), obdu (lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu), u onfqu (mill-ġid li takom Alla dak ikun) aħjar għalikom infuskom. U min jitħares mix-xeħħa tiegħu nnifsu, (hies bħal) dawk huma r-rebbiħini
إِن تُقۡرِضُواْ ٱللَّهَ قَرۡضًا حَسَنًا يُضَٰعِفۡهُ لَكُمۡ وَيَغۡفِرۡ لَكُمۡۚ وَٱللَّهُ شَكُورٌ حَلِيمٌ
(Jekk issellfu lil Alla self tajjeb, Huwa jkattarhulkom, u jaħfrilkom. Alla. jiżżijkom) ħajr, u Kollu Sabar mal- midinbin
عَٰلِمُ ٱلۡغَيۡبِ وَٱلشَّهَٰدَةِ ٱلۡعَزِيزُ ٱلۡحَكِيمُ
Huwa jaf dak li ma jidhirx u dak li jidher. Il-Felħan, l- Għaref
Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.