Surah 9 · 129 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah At-Tawbah in Maltese

In English with tafsir
9:1

بَرَآءَةٌ مِّنَ ٱللَّهِ وَرَسُولِهِۦٓ إِلَى ٱلَّذِينَ عَٰهَدتُّم مِّنَ ٱلۡمُشۡرِكِينَ

Stqarrija minn. Alla. u mill-Mibgħut tiegħu (Muħammad) dwar ħelsien minn obbligu lil dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla) li dħaltu f'patt magħhom

9:2

فَسِيحُواْ فِي ٱلۡأَرۡضِ أَرۡبَعَةَ أَشۡهُرٍ وَٱعۡلَمُوٓاْ أَنَّكُمۡ غَيۡرُ مُعۡجِزِي ٱللَّهِ وَأَنَّ ٱللَّهَ مُخۡزِي ٱلۡكَٰفِرِينَ

terrqu (intom il-pagani li xxierku allat oħra ma' Alla) ma' l-art (kollha) għal erba' xhur (u ebda deni ma huwa se jmisskom) iżda kunu afu li intom m'intomx se taħarbu lil Alla, u li Alla tabilħaqq ikasbar lil dawk li ma jemmnux

9:3

وَأَذَٰنٌ مِّنَ ٱللَّهِ وَرَسُولِهِۦٓ إِلَى ٱلنَّاسِ يَوۡمَ ٱلۡحَجِّ ٱلۡأَكۡبَرِ أَنَّ ٱللَّهَ بَرِيٓءٌ مِّنَ ٱلۡمُشۡرِكِينَ وَرَسُولُهُۥۚ فَإِن تُبۡتُمۡ فَهُوَ خَيۡرٌ لَّكُمۡۖ وَإِن تَوَلَّيۡتُمۡ فَٱعۡلَمُوٓاْ أَنَّكُمۡ غَيۡرُ مُعۡجِزِي ٱللَّهِۗ وَبَشِّرِ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ بِعَذَابٍ أَلِيمٍ

U taħbira minn Alla u mill-Mibgħut tiegħu lin-nies (miġbura flimkien) f'jum il-pellegrinaġġ il-kbir: li Alla u l-Mibgħut tiegħu huma ħielsa minn dawk li jxierku (ir ma għandhom ebda obbligu lejhom). Jekk tindmu (u tibdew temmnu f'Alla wieħed) dan ikun aħjar għalikom, iżda jekk tagħtu daharkom (u ma tagħtux widen), kunu afu li m'intomx se taħarbu lil-Alla. Agħti l-bxara (Muħammad) lil dawk li ma jemmnux dwar kastig ta' wġigħ

9:4

إِلَّا ٱلَّذِينَ عَٰهَدتُّم مِّنَ ٱلۡمُشۡرِكِينَ ثُمَّ لَمۡ يَنقُصُوكُمۡ شَيۡـًٔا وَلَمۡ يُظَٰهِرُواْ عَلَيۡكُمۡ أَحَدًا فَأَتِمُّوٓاْ إِلَيۡهِمۡ عَهۡدَهُمۡ إِلَىٰ مُدَّتِهِمۡۚ إِنَّ ٱللَّهَ يُحِبُّ ٱلۡمُتَّقِينَ

ħlief dawk (il-pagani) li jxierku, li dħaltu f'patt magħhom u żammuh u ma naqsukom f'xejn, u lanqas ma għenu lil ħaddieħor (minn fost l-għedewwa tagħkom) kontrikom. Mela żommu. l-pattijiet (li għandkom) magħhom sa tmiemhom. Tabilħaqq li Alla jħobb lil dawk li jibżgħu minnu (u jafix jżommu patt)

9:5

فَإِذَا ٱنسَلَخَ ٱلۡأَشۡهُرُ ٱلۡحُرُمُ فَٱقۡتُلُواْ ٱلۡمُشۡرِكِينَ حَيۡثُ وَجَدتُّمُوهُمۡ وَخُذُوهُمۡ وَٱحۡصُرُوهُمۡ وَٱقۡعُدُواْ لَهُمۡ كُلَّ مَرۡصَدٍۚ فَإِن تَابُواْ وَأَقَامُواْ ٱلصَّلَوٰةَ وَءَاتَوُاْ ٱلزَّكَوٰةَ فَخَلُّواْ سَبِيلَهُمۡۚ إِنَّ ٱللَّهَ غَفُورٌ رَّحِيمٌ

Iżda meta x-xhur imqaddsa jgħaddu, oqtlu (lill-pagani) li jxierku, kull fejn issibuhom, aqbduhom. (ilsiera), dawruhom (minn kullimkien), u oqogħdulhom f'kull moħba. Iżda jekk jindmu, jagħmlu t-talb u jagħtu l-karità, eħilsuhom. Tabilħaqq li Alla Kollu Maħfra u Ħanin

9:6

وَإِنۡ أَحَدٌ مِّنَ ٱلۡمُشۡرِكِينَ ٱسۡتَجَارَكَ فَأَجِرۡهُ حَتَّىٰ يَسۡمَعَ كَلَٰمَ ٱللَّهِ ثُمَّ أَبۡلِغۡهُ مَأۡمَنَهُۥۚ ذَٰلِكَ بِأَنَّهُمۡ قَوۡمٌ لَّا يَعۡلَمُونَ

Jekk wieħed minn dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla) jitolbok tħarsu, agħtih il-ħarsien biex ikun jista' jisma' Kliem Alla (fil-Qoran), imbagħad. (jekk ma jilqax l- Islam) wasslu sa fejn isib il-kenn. Dan minħabba li huma nies li ma jafux (is-siwi kbir ta' l-Islam)

9:7

كَيۡفَ يَكُونُ لِلۡمُشۡرِكِينَ عَهۡدٌ عِندَ ٱللَّهِ وَعِندَ رَسُولِهِۦٓ إِلَّا ٱلَّذِينَ عَٰهَدتُّمۡ عِندَ ٱلۡمَسۡجِدِ ٱلۡحَرَامِۖ فَمَا ٱسۡتَقَٰمُواْ لَكُمۡ فَٱسۡتَقِيمُواْ لَهُمۡۚ إِنَّ ٱللَّهَ يُحِبُّ ٱلۡمُتَّقِينَ

Kifjista' jkun li (il-pagani) li jxierku jkollhom patt ma' Alla u mal-Mibgħut tiegħu (Muħammad), ħlief dawk li għamiltu patt magħhom qrib il-Moskea mqaddsa (u żammuh)i. Sakemm. jimxu sew. magħkom, imxu sew magħhom. Alla tabilħaqq iħobb. lil dawk. li jibżgħu (minnu, u jafu jżommu patt)

9:8

كَيۡفَ وَإِن يَظۡهَرُواْ عَلَيۡكُمۡ لَا يَرۡقُبُواْ فِيكُمۡ إِلًّا وَلَا ذِمَّةًۚ يُرۡضُونَكُم بِأَفۡوَٰهِهِمۡ وَتَأۡبَىٰ قُلُوبُهُمۡ وَأَكۡثَرُهُمۡ فَٰسِقُونَ

Kif (qatt jista' jkun hemm patt magħhom, meta dawn), jekk jegħlbukom, la jqisu li-huma qraba tagħkom u lanqas li hemm patt (Ġejnietkom). Huma. (jippruvaw) jgħaxxqukom bi (kliem). fommhom, iżda qlubhom ma. jridux (li: jkollhom x'jaqsmu magħkom), u. ħafna minnhom huma ħżiena

9:9

ٱشۡتَرَوۡاْ بِـَٔايَٰتِ ٱللَّهِ ثَمَنًا قَلِيلًا فَصَدُّواْ عَن سَبِيلِهِۦٓۚ إِنَّهُمۡ سَآءَ مَا كَانُواْ يَعۡمَلُونَ

Huma biegħu' r-Rivelazzjoni ta' Alla (fil-Qoran) bi prezz irħis, u żammu (lil ħafna) mit-triq tiegħu (li hija l- Islam). Kien tassew ħażin dak li kienu jagħmlu

9:10

لَا يَرۡقُبُونَ فِي مُؤۡمِنٍ إِلًّا وَلَا ذِمَّةًۚ وَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلۡمُعۡتَدُونَ

La jqisu li huma qraba ta' dak li jemmen, u lanqas li hemm patt (miegħu). Dawk huma li jiksru l-liġi

9:11

فَإِن تَابُواْ وَأَقَامُواْ ٱلصَّلَوٰةَ وَءَاتَوُاْ ٱلزَّكَوٰةَ فَإِخۡوَٰنُكُمۡ فِي ٱلدِّينِۗ وَنُفَصِّلُ ٱلۡأٓيَٰتِ لِقَوۡمٍ يَعۡلَمُونَ

Iżda jekk jindmu, jagħmlu t-talb u jagħtu l-karità, (huma jkunu) ħutkom (indaqs) fid-din. Aħna nfissru bir- reqqa r-Rivelazzjoni (tagħna) lil nies li jafu

9:12

وَإِن نَّكَثُوٓاْ أَيۡمَٰنَهُم مِّنۢ بَعۡدِ عَهۡدِهِمۡ وَطَعَنُواْ فِي دِينِكُمۡ فَقَٰتِلُوٓاْ أَئِمَّةَ ٱلۡكُفۡرِ إِنَّهُمۡ لَآ أَيۡمَٰنَ لَهُمۡ لَعَلَّهُمۡ يَنتَهُونَ

Iżda jekk jiksru l-ħalfa tagħhom, wara li daħlu fil-patt (magħkom), u jkasbru d-din tagħkom, mela tqatlu kontra l-irjus taċ-ċaħda tat-twemmin tabilħaqq li għalihom il- ħalf ma huwa xejn biex forsi jieqfu (jagħmlu hekk)

9:13

أَلَا تُقَٰتِلُونَ قَوۡمًا نَّكَثُوٓاْ أَيۡمَٰنَهُمۡ وَهَمُّواْ بِإِخۡرَاجِ ٱلرَّسُولِ وَهُم بَدَءُوكُمۡ أَوَّلَ مَرَّةٍۚ أَتَخۡشَوۡنَهُمۡۚ فَٱللَّهُ أَحَقُّ أَن تَخۡشَوۡهُ إِن كُنتُم مُّؤۡمِنِينَ

Jaqaw (m'intomx lesti) titqatlu kontra nies li kisru l-ħalf tagħhom, raw kif ikeċċu l-Mibgħut (Muħammad minn Mekka), u kienu huma l-ewwel li bdew (iħebbu) għalikomż Jaqaw tibżgħu minnhomż Alla jistħoqqlu aktar li tibżgħu minnu, jekk tassew temmnu

9:14

قَٰتِلُوهُمۡ يُعَذِّبۡهُمُ ٱللَّهُ بِأَيۡدِيكُمۡ وَيُخۡزِهِمۡ وَيَنصُرۡكُمۡ عَلَيۡهِمۡ وَيَشۡفِ صُدُورَ قَوۡمٍ مُّؤۡمِنِينَ

Tqatlu kontrihom, u Alla jikkastigahom: b'idejkom (stess), ikasbarhom, jgħinkom tegħlbuhom, u jserraħ qlub dawk li jemmnu (għaliex jaraw l-Islam rebbieħ)

9:15

وَيُذۡهِبۡ غَيۡظَ قُلُوبِهِمۡۗ وَيَتُوبُ ٱللَّهُ عَلَىٰ مَن يَشَآءُۗ وَٱللَّهُ عَلِيمٌ حَكِيمٌ

Huwa jneħħi l-għadab ta' qlubhom. Alla jdur (bil- maħfra) lejn min irid. Alla jaf kollox u Għaref

9:16

أَمۡ حَسِبۡتُمۡ أَن تُتۡرَكُواْ وَلَمَّا يَعۡلَمِ ٱللَّهُ ٱلَّذِينَ جَٰهَدُواْ مِنكُمۡ وَلَمۡ يَتَّخِذُواْ مِن دُونِ ٱللَّهِ وَلَا رَسُولِهِۦ وَلَا ٱلۡمُؤۡمِنِينَ وَلِيجَةًۚ وَٱللَّهُ خَبِيرُۢ بِمَا تَعۡمَلُونَ

Jew taħsbu li se titħallew (mingħajr tiġrib u tintesew), bla ma Alla jkun jaf b'dawk fostkom li ħabirku u tqabdu (għalih), dawk li ma ħadu (lil ħadd) bi ħbiebhom ħlief lil Alla, lill-Mibgħut tiegħu, u lil dawk li jemmnu. Alla jaf sew b'dak li tagħmlu

9:17

مَا كَانَ لِلۡمُشۡرِكِينَ أَن يَعۡمُرُواْ مَسَٰجِدَ ٱللَّهِ شَٰهِدِينَ عَلَىٰٓ أَنفُسِهِم بِٱلۡكُفۡرِۚ أُوْلَٰٓئِكَ حَبِطَتۡ أَعۡمَٰلُهُمۡ وَفِي ٱلنَّارِ هُمۡ خَٰلِدُونَ

Dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla) ma għandhomx iżuru l-moskej ta' Alla, filwaqt li jixhdu għalihom infushom li huma bla twemmin. Dawk, l-għemejjel tagħhom jiġu fix-xejn, u fin-Nar jgħammru għal dejjem

9:18

إِنَّمَا يَعۡمُرُ مَسَٰجِدَ ٱللَّهِ مَنۡ ءَامَنَ بِٱللَّهِ وَٱلۡيَوۡمِ ٱلۡأٓخِرِ وَأَقَامَ ٱلصَّلَوٰةَ وَءَاتَى ٱلزَّكَوٰةَ وَلَمۡ يَخۡشَ إِلَّا ٱللَّهَۖ فَعَسَىٰٓ أُوْلَٰٓئِكَ أَن يَكُونُواْ مِنَ ٱلۡمُهۡتَدِينَ

Iżur biss il-moskej ta' Alla min jemmen f'Alla u fl- Aħħar Jum, jagħmel it-talb, jagħti l-karità u ma jibżax ħlief minn Alla. Tassew li dawk ikunu fit-triq it-tajba

9:19

أَجَعَلۡتُمۡ سِقَايَةَ ٱلۡحَآجِّ وَعِمَارَةَ ٱلۡمَسۡجِدِ ٱلۡحَرَامِ كَمَنۡ ءَامَنَ بِٱللَّهِ وَٱلۡيَوۡمِ ٱلۡأٓخِرِ وَجَٰهَدَ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِۚ لَا يَسۡتَوُۥنَ عِندَ ٱللَّهِۗ وَٱللَّهُ لَا يَهۡدِي ٱلۡقَوۡمَ ٱلظَّٰلِمِينَ

Jaqaw intom tqisu li, għaliex tisqu l-pellegrin u żżuru l- Moskea mqaddsa, (dan jiswa) daqs dak li jemmen f'Alla u fl-Aħħar Jum, li jħabrek u jitqabad għal Alla 7 (Xejn minn danl) Quddiem Alla (dawk li jemmnu u dawk ta' bla twemmin) ma humiex indaqs. U Alla ma jmexxix lill- ħżiena fit-triq it-tajba

9:20

ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَهَاجَرُواْ وَجَٰهَدُواْ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِ بِأَمۡوَٰلِهِمۡ وَأَنفُسِهِمۡ أَعۡظَمُ دَرَجَةً عِندَ ٱللَّهِۚ وَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلۡفَآئِزُونَ

Dawk li emmnu, emigraw, ħabirku u tqabdu għal Alla b'ġidhom u bihom infushom huma fi grad ogħla quddiem Alla (minn dawk il-pagani li xogħolhom biss li jisqu l- pellegrini u jżuru l-Moskea f'Mekka). Dawk huma r- rebbieħa (tal-Ġonna ta' dejjem)

9:21

يُبَشِّرُهُمۡ رَبُّهُم بِرَحۡمَةٍ مِّنۡهُ وَرِضۡوَٰنٍ وَجَنَّٰتٍ لَّهُمۡ فِيهَا نَعِيمٌ مُّقِيمٌ

Sidhom jagħtihom il-bxara t-tajba dwar ħniena (ġejja) minnu, għaxqa u Ġonna li fihom għandhom l-hena dejjiema

9:22

خَٰلِدِينَ فِيهَآ أَبَدًاۚ إِنَّ ٱللَّهَ عِندَهُۥٓ أَجۡرٌ عَظِيمٌ

Huma jgħammru fihom għal dejjem: Tabilħaqq li għand Alla hemm ħlas ta' kobor bla tarf

9:23

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ لَا تَتَّخِذُوٓاْ ءَابَآءَكُمۡ وَإِخۡوَٰنَكُمۡ أَوۡلِيَآءَ إِنِ ٱسۡتَحَبُّواْ ٱلۡكُفۡرَ عَلَى ٱلۡإِيمَٰنِۚ وَمَن يَتَوَلَّهُم مِّنكُمۡ فَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلظَّٰلِمُونَ

Intom li temmnu, la tiħdux lil missirijietkom u lil ħutkom bħala alleati, jekk (dawn) jgħożżu ċ-ċaħda tat- twemmin flok it-twemmin. Dawk minnkom li jżommuhom b'alleati, dawk ikunu l-ħżiena. j

9:24

قُلۡ إِن كَانَ ءَابَآؤُكُمۡ وَأَبۡنَآؤُكُمۡ وَإِخۡوَٰنُكُمۡ وَأَزۡوَٰجُكُمۡ وَعَشِيرَتُكُمۡ وَأَمۡوَٰلٌ ٱقۡتَرَفۡتُمُوهَا وَتِجَٰرَةٌ تَخۡشَوۡنَ كَسَادَهَا وَمَسَٰكِنُ تَرۡضَوۡنَهَآ أَحَبَّ إِلَيۡكُم مِّنَ ٱللَّهِ وَرَسُولِهِۦ وَجِهَادٍ فِي سَبِيلِهِۦ فَتَرَبَّصُواْ حَتَّىٰ يَأۡتِيَ ٱللَّهُ بِأَمۡرِهِۦۗ وَٱللَّهُ لَا يَهۡدِي ٱلۡقَوۡمَ ٱلۡفَٰسِقِينَ

Għid (Muħammad): ''Jekk missirijietkom, uliedkom, ħutkom, in-nisa tagħkom, nieskom, xi ġid li ksibtu, xi kummerċ li tibżgħu li jmur lura, u xi djar li jogħġbukom huma egħżeż għalikom minn Alla u mill-Mibgħut tiegħu, u mit-tħabrik u t-taħbit (tagħkom). għalih (għal Alla), mela stennew sa ma Alla jġib fis-seħħ l-amar tiegħu (is jagħmel ħaqq minnkom kif jixraq). Alla ma jmexxix lill- ħżiena fit-triq it-tajba

9:25

لَقَدۡ نَصَرَكُمُ ٱللَّهُ فِي مَوَاطِنَ كَثِيرَةٍ وَيَوۡمَ حُنَيۡنٍ إِذۡ أَعۡجَبَتۡكُمۡ كَثۡرَتُكُمۡ فَلَمۡ تُغۡنِ عَنكُمۡ شَيۡـًٔا وَضَاقَتۡ عَلَيۡكُمُ ٱلۡأَرۡضُ بِمَا رَحُبَتۡ ثُمَّ وَلَّيۡتُم مُّدۡبِرِينَ

Alla għenkom f'ħafna mkejjen (tat-taqbid), kif ukoll dakinhar ta' Ħunajn,' meta tgħaxxaqtu bl-għadd kbir tagħkom (rnax-il elf ruħ, u ħsibtu li tegħlbu. l-erbat elef suldat ta' l-għadu), mingħajr (iżda) ma swielkom xejn, u (dehrilkom li) l-art. (tat-taqbida) saritilkom dejqa, minkejja li kienet wesgħa kbira, u mbagħad dortu lura

9:26

ثُمَّ أَنزَلَ ٱللَّهُ سَكِينَتَهُۥ عَلَىٰ رَسُولِهِۦ وَعَلَى ٱلۡمُؤۡمِنِينَ وَأَنزَلَ جُنُودًا لَّمۡ تَرَوۡهَا وَعَذَّبَ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْۚ وَذَٰلِكَ جَزَآءُ ٱلۡكَٰفِرِينَ

Imbagħad Alla niżżel is-sliem tiegħu fuq il-Mibgħut tiegħu u fuq dawk li jemmnu (biex iserrħilhom rashom, jagħmlilhom il-qalb u jżidhom fil-ħeġġa għat-taqbid), u niżżel (l-anġli mis-sema u dehru f'għamla ta') suldati li intom ma rajtux, u kkastiga lil dawk bla twemmin. Dak huwa l-ħlas għal dawk li ma jemmnux

9:27

ثُمَّ يَتُوبُ ٱللَّهُ مِنۢ بَعۡدِ ذَٰلِكَ عَلَىٰ مَن يَشَآءُۗ وَٱللَّهُ غَفُورٌ رَّحِيمٌ

Imbagħad wara dan Alla jdur (bil-maħfra u bil-ħniena) lejn min irid. Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin

9:28

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُوٓاْ إِنَّمَا ٱلۡمُشۡرِكُونَ نَجَسٌ فَلَا يَقۡرَبُواْ ٱلۡمَسۡجِدَ ٱلۡحَرَامَ بَعۡدَ عَامِهِمۡ هَٰذَاۚ وَإِنۡ خِفۡتُمۡ عَيۡلَةً فَسَوۡفَ يُغۡنِيكُمُ ٱللَّهُ مِن فَضۡلِهِۦٓ إِن شَآءَۚ إِنَّ ٱللَّهَ عَلِيمٌ حَكِيمٌ

Intom li temmnu, (kunu afu li) dawk biss. li jxierku (allat oħra ma' Alla) huma mniġġsa (minħabba t- twemmin fl-idoli u għaliex jiċħdu lil-Alla), u għalhekk ma għandhomx joqorbu lejn il-Moskea mqaddsa wara din is- sena tagħhom. U jekk tibżgħu li tiftaqru (għażiex il- pellegrini pagani ma. jiġux (aktar f'Mekka), Alla jagħnikom mit-tjieba tiegħu, jekk irid. Alla tabilħaqq jaf kollox u Għaref

9:29

قَٰتِلُواْ ٱلَّذِينَ لَا يُؤۡمِنُونَ بِٱللَّهِ وَلَا بِٱلۡيَوۡمِ ٱلۡأٓخِرِ وَلَا يُحَرِّمُونَ مَا حَرَّمَ ٱللَّهُ وَرَسُولُهُۥ وَلَا يَدِينُونَ دِينَ ٱلۡحَقِّ مِنَ ٱلَّذِينَ أُوتُواْ ٱلۡكِتَٰبَ حَتَّىٰ يُعۡطُواْ ٱلۡجِزۡيَةَ عَن يَدٍ وَهُمۡ صَٰغِرُونَ

Tqatlu kontra dawk minn fost Nies il-Ktieb (li jaħbtu għalikom), li la jemmnu f'Alla (kif suppost) u lanqas fl- Aħħar Jum, li ma jipprojbixxux dak li Alla (fil-Ktieb tiegħu) u l-Mibgħut tiegħu (fit-tradizzjoni profetika) għamlu projbit, u li ma. jimxux fuq id-din tas-sewwa (li huwa l-Islam), sa ma jagħtu l-ġiżja minn. jeddhom, filwaqt li juru umiltà. ħ

9:30

وَقَالَتِ ٱلۡيَهُودُ عُزَيۡرٌ ٱبۡنُ ٱللَّهِ وَقَالَتِ ٱلنَّصَٰرَى ٱلۡمَسِيحُ ٱبۡنُ ٱللَّهِۖ ذَٰلِكَ قَوۡلُهُم بِأَفۡوَٰهِهِمۡۖ يُضَٰهِـُٔونَ قَوۡلَ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ مِن قَبۡلُۚ قَٰتَلَهُمُ ٱللَّهُۖ أَنَّىٰ يُؤۡفَكُونَ

Il-Lhud qalu li Esdra huwa bin Alla, '' u l-Insara qalu li l-Messija huwa bin Alla hekk qalu b'fommhom stess, bħalma kienu jgħidu dawk li m'emmnux qabel (jiġifieri li lanġli huma l-ulied bniet ta' Alla). Narra Alla jitqatel kontrihoml Kemm tbiegħdu mis-sewwal

9:31

ٱتَّخَذُوٓاْ أَحۡبَارَهُمۡ وَرُهۡبَٰنَهُمۡ أَرۡبَابًا مِّن دُونِ ٱللَّهِ وَٱلۡمَسِيحَ ٱبۡنَ مَرۡيَمَ وَمَآ أُمِرُوٓاْ إِلَّا لِيَعۡبُدُوٓاْ إِلَٰهًا وَٰحِدًاۖ لَّآ إِلَٰهَ إِلَّا هُوَۚ سُبۡحَٰنَهُۥ عَمَّا يُشۡرِكُونَ

Huma (il-Lhud u l-Insara) għamlu lill-qassisin u lill- irħieb tagħhom sidien (tagħhom u qagħdu għalihom), minflok Alla, u (anki) lill-Messija bin Marija (l-insara għamluh sidhom u tawh qima), meta huma ma kinux ordnati ħlief li jqimu Alla Wieħed, li ma hemmx alla (ieħor) ħliefu. Sebħ lilu (u ħalli jkun mgħolli u ħieles) minn dak (il-paganiżmu) li jxierku (miegħu)l

9:32

يُرِيدُونَ أَن يُطۡفِـُٔواْ نُورَ ٱللَّهِ بِأَفۡوَٰهِهِمۡ وَيَأۡبَى ٱللَّهُ إِلَّآ أَن يُتِمَّ نُورَهُۥ وَلَوۡ كَرِهَ ٱلۡكَٰفِرُونَ

Huma (il-pagani, dawk li ma jemmnu f'xejn, u Nies il- Ktieb li ma jemmnux kif suppost) iridu jitfu d-Dawl ta' Alla. fli: huwa. l-Islam) b'fommhom (bil-ħafna kwistjonijiet fiergħa li jaqilgħu), iżda Alla ma jridx għajr li jġib il-milja tad-Dawl tiegħu, minkejja li dawk li ma jemmnux jistkerrhu (dan)

9:33

هُوَ ٱلَّذِيٓ أَرۡسَلَ رَسُولَهُۥ بِٱلۡهُدَىٰ وَدِينِ ٱلۡحَقِّ لِيُظۡهِرَهُۥ عَلَى ٱلدِّينِ كُلِّهِۦ وَلَوۡ كَرِهَ ٱلۡمُشۡرِكُونَ

Huwa li bagħat lill-Mibgħut tiegħu (Muħammad) bit- imexxija t-tajba u d-din tas-sewwa, biex joħorġu rebbieħ fuq kull din (ieħor), minkejja li (dan) jistkerrhu/h) dawk li xierku miegħu (allat oħra)

9:34

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُوٓاْ إِنَّ كَثِيرًا مِّنَ ٱلۡأَحۡبَارِ وَٱلرُّهۡبَانِ لَيَأۡكُلُونَ أَمۡوَٰلَ ٱلنَّاسِ بِٱلۡبَٰطِلِ وَيَصُدُّونَ عَن سَبِيلِ ٱللَّهِۗ وَٱلَّذِينَ يَكۡنِزُونَ ٱلذَّهَبَ وَٱلۡفِضَّةَ وَلَا يُنفِقُونَهَا فِي سَبِيلِ ٱللَّهِ فَبَشِّرۡهُم بِعَذَابٍ أَلِيمٍ

Intonili temmnu, (kunu afu li) ħafna mill-qassisin (tal- Lhud) u l-irħieb (ta' l-Insara) jieklu ġid in-nies bil-qerq, u jżommu (lil ħaddieħor) mit-triq ta' Alla (li hija l- Islam). U dawk li jgeddsu d-deheb u l-fidda, u ma jonfquhomx għal Alla, mela agħtihom il-bxara dwar kastig ta' wġigħ

9:35

يَوۡمَ يُحۡمَىٰ عَلَيۡهَا فِي نَارِ جَهَنَّمَ فَتُكۡوَىٰ بِهَا جِبَاهُهُمۡ وَجُنُوبُهُمۡ وَظُهُورُهُمۡۖ هَٰذَا مَا كَنَزۡتُمۡ لِأَنفُسِكُمۡ فَذُوقُواْ مَا كُنتُمۡ تَكۡنِزُونَ

Fil-Jum meta (it-teżor. tagħhom) jinħema f'nar l-Infern u l-imħuħ tagħhom, ġnubhom u daharhom jinkwew bih. (Jintqalilhom): ''Dan kien li geddistu għalikom infuskom. Mela duqu dak li kontu tgeddsul

9:36

إِنَّ عِدَّةَ ٱلشُّهُورِ عِندَ ٱللَّهِ ٱثۡنَا عَشَرَ شَهۡرًا فِي كِتَٰبِ ٱللَّهِ يَوۡمَ خَلَقَ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضَ مِنۡهَآ أَرۡبَعَةٌ حُرُمٌۚ ذَٰلِكَ ٱلدِّينُ ٱلۡقَيِّمُۚ فَلَا تَظۡلِمُواْ فِيهِنَّ أَنفُسَكُمۡۚ وَقَٰتِلُواْ ٱلۡمُشۡرِكِينَ كَآفَّةً كَمَا يُقَٰتِلُونَكُمۡ كَآفَّةًۚ وَٱعۡلَمُوٓاْ أَنَّ ٱللَّهَ مَعَ ٱلۡمُتَّقِينَ

Tabilħaqq li l-għadd tax-xhur, għal Alla, huwa tnax-il xahar, fil-Ktieb ta' Alla, meta ħalaq is-smewwiet u l-art, u erbgħa minnhom huma (x/ur) imqaddsa (għaliex ma jistax iseħħ ġlied fihom): Dan huwa d-din tas-sewwa. Għalhekk tonqsux lejkom infuskom fihom. Tqatlu kontra dawk kollha li jxierku, bħalma huma jitqatlu kontrikom ilkoll, u kunu afu li Alla ma' dawk li jibżgħu minnu

9:37

إِنَّمَا ٱلنَّسِيٓءُ زِيَادَةٌ فِي ٱلۡكُفۡرِۖ يُضَلُّ بِهِ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ يُحِلُّونَهُۥ عَامًا وَيُحَرِّمُونَهُۥ عَامًا لِّيُوَاطِـُٔواْ عِدَّةَ مَا حَرَّمَ ٱللَّهُ فَيُحِلُّواْ مَا حَرَّمَ ٱللَّهُۚ زُيِّنَ لَهُمۡ سُوٓءُ أَعۡمَٰلِهِمۡۗ وَٱللَّهُ لَا يَهۡدِي ٱلۡقَوۡمَ ٱلۡكَٰفِرِينَ

Li tħalli (xahar imqaddes) għal żmien ieħor (biex tibqa' għaddej bit-taqbid kontra l-għedewwa tiegħek). jitqies żjieda fiċ-ċaħda tat-twemmin, u b'dan (il-mod) dawk li ma jemmnux jintilfu. F'sena minnhom it-tibdil ta' xahar. qaddis iqisuh permess u f'sena oħra jqisuh projbit, biex b'hekk jiġu jaqblu fl-għadd (ra' xhur) li Alla qaddes, u jkunu qegħdin jippermettu dak li Alla pprojbixxa. Il- ħażen ta' għemilhom iżżejnilhom (u ntwerielhom sabiħ). Alla ma jmexxix fit-triq it-tajba lil dawk li ma jemmnux

9:38

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ مَا لَكُمۡ إِذَا قِيلَ لَكُمُ ٱنفِرُواْ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِ ٱثَّاقَلۡتُمۡ إِلَى ٱلۡأَرۡضِۚ أَرَضِيتُم بِٱلۡحَيَوٰةِ ٱلدُّنۡيَا مِنَ ٱلۡأٓخِرَةِۚ فَمَا مَتَٰعُ ٱلۡحَيَوٰةِ ٱلدُّنۡيَا فِي ٱلۡأٓخِرَةِ إِلَّا قَلِيلٌ

Intom li temmnu, x'għandkom 7 (Għaliex) meta jintqalilkom: 'Oħorġu (tqabdu) għal Alla' (bħalma ntqalilkom. f'Tabiik), intom tkunu tqal. (fit-tweġiba tagħkom) u tinġibdu lejn l-art 2 Jaqaw il-ħajja f'(din) id- dinja togħġobkom aktar mill-(ħajja) l-Oħra 7 Hija żgħira t-tgawdija tal-ħajja f'(din) id-dinja (meta mqabbla ma' dik) fil-Ħajja l-Oħra

9:39

إِلَّا تَنفِرُواْ يُعَذِّبۡكُمۡ عَذَابًا أَلِيمًا وَيَسۡتَبۡدِلۡ قَوۡمًا غَيۡرَكُمۡ وَلَا تَضُرُّوهُ شَيۡـًٔاۗ وَٱللَّهُ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءٍ قَدِيرٌ

Jekk. ma toħorġux. (titqabdu mal-Profeta, Alla) jikkastigakom b'kastig ta' wġigħ, jibdilkom ma' nies oħra (li jkunu aktar lesti joqogħdu għar-rieda tiegħu u tal-Mibgħut tiegħu), u intom xejn ma (tistgħu) tagħmlulu ħsara (minkejja li bqajtu lura u ma ridtux titqatlu). Ala huwa fuq kollox Setgħan (u ma jeħtieġx l-għajnuna tagħkom)

9:40

إِلَّا تَنصُرُوهُ فَقَدۡ نَصَرَهُ ٱللَّهُ إِذۡ أَخۡرَجَهُ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ ثَانِيَ ٱثۡنَيۡنِ إِذۡ هُمَا فِي ٱلۡغَارِ إِذۡ يَقُولُ لِصَٰحِبِهِۦ لَا تَحۡزَنۡ إِنَّ ٱللَّهَ مَعَنَاۖ فَأَنزَلَ ٱللَّهُ سَكِينَتَهُۥ عَلَيۡهِ وَأَيَّدَهُۥ بِجُنُودٍ لَّمۡ تَرَوۡهَا وَجَعَلَ كَلِمَةَ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ ٱلسُّفۡلَىٰۗ وَكَلِمَةُ ٱللَّهِ هِيَ ٱلۡعُلۡيَاۗ وَٱللَّهُ عَزِيزٌ حَكِيمٌ

Jekk ma tgħinuhx (/il Muħammad, kunu afu li) Alla għenu meta dawk (f'Mekka) li ma jemmnux. ġegħluh joħroġ (minn Mekka), (meta) miegħu (ma kellux għajr) bniedem ieħor (biss, (il 'Abif Bakr). U meta kienu fl-għar, huwa (Muħammad) qal lil sieħbu: 'La titnikkitxi Alla tabilħaqq magħnaf' U Alla niżżel is-sliem tiegħu fuqu, u saħħu b'suldati (li kienu anġli mis-sema) li intom ma rajtux, u niżżel 'l isfel (u kasbar) il-kelma ta' dawk li ma jemmnux. Il-Kelma ta' Alla (/i ma hemmx alla ħlief Alla) hija l-ogħla, u Alla Felħan u Għaref

9:41

ٱنفِرُواْ خِفَافًا وَثِقَالًا وَجَٰهِدُواْ بِأَمۡوَٰلِكُمۡ وَأَنفُسِكُمۡ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِۚ ذَٰلِكُمۡ خَيۡرٌ لَّكُمۡ إِن كُنتُمۡ تَعۡلَمُونَ

Oħorġu, ħfief jew tqal (bl-armi tagħkom, żgħażagħ u xjuħ, fuq saqajkom jew rekbin) u tqabdu b'ġidkom u bikom infuskom għal Alla. Dan ikun aħjar għalikom, jekk tassew tafu

9:42

لَوۡ كَانَ عَرَضًا قَرِيبًا وَسَفَرًا قَاصِدًا لَّٱتَّبَعُوكَ وَلَٰكِنۢ بَعُدَتۡ عَلَيۡهِمُ ٱلشُّقَّةُۚ وَسَيَحۡلِفُونَ بِٱللَّهِ لَوِ ٱسۡتَطَعۡنَا لَخَرَجۡنَا مَعَكُمۡ يُهۡلِكُونَ أَنفُسَهُمۡ وَٱللَّهُ يَعۡلَمُ إِنَّهُمۡ لَكَٰذِبُونَ

Likieku kien hemm xi qligħ ta' malajr, jew safar mhux fit-tul, (dawk ta' wiċċ b'ieħor) kienu jimxu warajk, iżda t-triq kienet imbiegħda (wisq) għalihom ( 4 fl-għażż tagħhom baqgħu ma ħarġux). Iżda huma għad jaħilfu b'Alla (biex mingħalihom jiskużaw irwieħhom, u jgħidu): SLi kieku stajna, konna noħorġu magħkom.' Huma qegħdin jeqirdu lilhom infushom (b'dan il-kliem), u Alla jaf li huma giddibin

9:43

عَفَا ٱللَّهُ عَنكَ لِمَ أَذِنتَ لَهُمۡ حَتَّىٰ يَتَبَيَّنَ لَكَ ٱلَّذِينَ صَدَقُواْ وَتَعۡلَمَ ٱلۡكَٰذِبِينَ

Alla jaħfirlek (Muħammad)l Għaliex tajthom permess (meta ġabu l-iskużi tagħhom għaliex baqgħu lura u ma ħarġux jitqabdu) qabel ma kont taf min (minnhom) qal is-sewwa, u taf (min minnhom kienu) il-giddibin

9:44

لَا يَسۡتَـٔۡذِنُكَ ٱلَّذِينَ يُؤۡمِنُونَ بِٱللَّهِ وَٱلۡيَوۡمِ ٱلۡأٓخِرِ أَن يُجَٰهِدُواْ بِأَمۡوَٰلِهِمۡ وَأَنفُسِهِمۡۗ وَٱللَّهُ عَلِيمُۢ بِٱلۡمُتَّقِينَ

Dawk li jemmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum ma jitolbukx tiskużahom biex ma joħorġux jitqabdu b'ġidhom u bihom. infushom. Alla jaf sewwa b'dawk li jibżgħu minnu (u huma sħaħ fi twemminhom)

9:45

إِنَّمَا يَسۡتَـٔۡذِنُكَ ٱلَّذِينَ لَا يُؤۡمِنُونَ بِٱللَّهِ وَٱلۡيَوۡمِ ٱلۡأٓخِرِ وَٱرۡتَابَتۡ قُلُوبُهُمۡ فَهُمۡ فِي رَيۡبِهِمۡ يَتَرَدَّدُونَ

Huma biss dawk li ma jemmnux f'Alla u fl-Aħħar Jum li jitolbuk tiskużahom f(mit-taqbid). dawk li qlubhom jinsabu bejn ħalltejn u b'hekk ma jafux fejn jagħtu rashom

9:46

وَلَوۡ أَرَادُواْ ٱلۡخُرُوجَ لَأَعَدُّواْ لَهُۥ عُدَّةً وَلَٰكِن كَرِهَ ٱللَّهُ ٱنۢبِعَاثَهُمۡ فَثَبَّطَهُمۡ وَقِيلَ ٱقۡعُدُواْ مَعَ ٱلۡقَٰعِدِينَ

Likieku riedu joħorġu (jitqabdu), kienu jitħejjew tajjeb għalih fit-taqbid), iżda Alla stkerrab li huma jitilqu (biex jitqabdu), żammhom lura, u ntqal(ilhom): ''Oqogħdu mal-qiegħda (man-nisa u mat-tfal, bla ma tagħmlu xejnji)

9:47

لَوۡ خَرَجُواْ فِيكُم مَّا زَادُوكُمۡ إِلَّا خَبَالًا وَلَأَوۡضَعُواْ خِلَٰلَكُمۡ يَبۡغُونَكُمُ ٱلۡفِتۡنَةَ وَفِيكُمۡ سَمَّٰعُونَ لَهُمۡۗ وَٱللَّهُ عَلِيمُۢ بِٱلظَّٰلِمِينَ

Li kieku ħarġu magħkom, ma kinux iżidukom ħlief fit- tfixkil. Kienu jiġġerrew fostkom, u jaraw kif joħolqu t- tixwix u l-firda (bejnietkom). Fostkom (kien ikun hemm) min jisma' minnhom. Alla jaf sewwa bil-ħżiena (ta' wiċċ b'ieħor)

9:48

لَقَدِ ٱبۡتَغَوُاْ ٱلۡفِتۡنَةَ مِن قَبۡلُ وَقَلَّبُواْ لَكَ ٱلۡأُمُورَ حَتَّىٰ جَآءَ ٱلۡحَقُّ وَظَهَرَ أَمۡرُ ٱللَّهِ وَهُمۡ كَٰرِهُونَ

Tabilħaqq li huma (qabel it-taġbida ta' Tabiik kienu) diġà xtaqu (jaqilgħu) it-tixwix u l-firda, u nassu kontrik, sa ma (imbagħad) ġie s-sewwa (u r-rebħa), u dehret ir- rieda ta' Alla, (minkejja li) huma stkerrhu (din il-ħaġa)

9:49

وَمِنۡهُم مَّن يَقُولُ ٱئۡذَن لِّي وَلَا تَفۡتِنِّيٓۚ أَلَا فِي ٱلۡفِتۡنَةِ سَقَطُواْۗ وَإِنَّ جَهَنَّمَ لَمُحِيطَةُۢ بِٱلۡكَٰفِرِينَ

(Fosthom hemm min jgħid//ek Muħammad): Ħallini (noqgħod lura u ma noħroġx nitqabad), u ta ġġarrabnixt' Mela mhux (diġġ) waqgħu fit-tiġribż Tabilħaqq li l- Infern idur minn kull naħa madwar dawk li ma jemmnux (hekk li qatt ma jkunu jistgħu jaħarbu minnu)

9:50

إِن تُصِبۡكَ حَسَنَةٌ تَسُؤۡهُمۡۖ وَإِن تُصِبۡكَ مُصِيبَةٌ يَقُولُواْ قَدۡ أَخَذۡنَآ أَمۡرَنَا مِن قَبۡلُ وَيَتَوَلَّواْ وَّهُمۡ فَرِحُونَ

Jekk tmissek xi ħaġa tajba (bħal rebħ militari u l-priża li jġib miegħu, arahom) jitqarrsu, iżda meta jmissek xi saram, (ismagħhom) jgħidu: 'Ħsibnielu minn qabel (u għaliex konna nafu li-se' nkunu telliefa, ma' ridniex nissugraw għalxejn).' U jitilqu lil hemm ferħanin

9:51

قُل لَّن يُصِيبَنَآ إِلَّا مَا كَتَبَ ٱللَّهُ لَنَا هُوَ مَوۡلَىٰنَاۚ وَعَلَى ٱللَّهِ فَلۡيَتَوَكَّلِ ٱلۡمُؤۡمِنُونَ

(Għidiilhom Muħammad): ''Xejn ma jmissna għajr dak (il-ġid jew id-deni) li kitbilna Alla. Huwa l-Mulej tagħna (li jħarisna). Ħalli jħallu f'idejn Alla dawk li jemmnu

9:52

قُلۡ هَلۡ تَرَبَّصُونَ بِنَآ إِلَّآ إِحۡدَى ٱلۡحُسۡنَيَيۡنِۖ وَنَحۡنُ نَتَرَبَّصُ بِكُمۡ أَن يُصِيبَكُمُ ٱللَّهُ بِعَذَابٍ مِّنۡ عِندِهِۦٓ أَوۡ بِأَيۡدِينَاۖ فَتَرَبَّصُوٓاْ إِنَّا مَعَكُم مُّتَرَبِّصُونَ

(Għidfilhom ukoll): 'X'tistennew li jiġrilna, għajr li (ikollna) waħda minn (dawn) iż-żewġ ħwejjeġ sbieħ (jew li mmutu bħala martri għal Alla, jew li niksbu r-rebħa fuq. l-aggressuri,) Għalikom, aħna nistennew li Alla jibagħtilkom kastig mingħandu, jew (li tinqarlu) b'idejna (stess). Mela oqogħdu stennew (biex taraw x'se jiġrilna). Aħna tabilħaqq nistennew magħkom' (u naraw x'se jmisskom)U

9:53

قُلۡ أَنفِقُواْ طَوۡعًا أَوۡ كَرۡهًا لَّن يُتَقَبَّلَ مِنكُمۡ إِنَّكُمۡ كُنتُمۡ قَوۡمًا فَٰسِقِينَ

Għid(ilhom Muħammad lil ta' wiċċ b'ieħor): ''Sew jekk tagħtu minn qalbkom, u sew. (jekk tagħtu) għaliex imġegħlin, ma jintlaqax mingħandkom. Intom tassew nies ħżiena

9:54

وَمَا مَنَعَهُمۡ أَن تُقۡبَلَ مِنۡهُمۡ نَفَقَٰتُهُمۡ إِلَّآ أَنَّهُمۡ كَفَرُواْ بِٱللَّهِ وَبِرَسُولِهِۦ وَلَا يَأۡتُونَ ٱلصَّلَوٰةَ إِلَّا وَهُمۡ كُسَالَىٰ وَلَا يُنفِقُونَ إِلَّا وَهُمۡ كَٰرِهُونَ

Xejn ma jżomm l-infiq (u l-għoti tagħhom). milli jintlaqa' ħlief minħabba li huma ma jemmnux f'Alla u fil-Mibgħut tiegħu, u ma jiġux għat-talb jekk mhux bl- għażż (u bla ħeġġa), u ma jonfqu (xejn għall-karità) jekk mhux fuq qalbhom

9:55

فَلَا تُعۡجِبۡكَ أَمۡوَٰلُهُمۡ وَلَآ أَوۡلَٰدُهُمۡۚ إِنَّمَا يُرِيدُ ٱللَّهُ لِيُعَذِّبَهُم بِهَا فِي ٱلۡحَيَوٰةِ ٱلدُّنۡيَا وَتَزۡهَقَ أَنفُسُهُمۡ وَهُمۡ كَٰفِرُونَ

Arali majogħġbukx ġidhom u (l-għadd ta') uliedhom. Alla jrid biss jikkastigahom bihom fil-ħajja (f'din) id- dinja, u li rwieħhom jinqerdu filwaqt li jkunu (għadhom) ma jemmnux

9:56

وَيَحۡلِفُونَ بِٱللَّهِ إِنَّهُمۡ لَمِنكُمۡ وَمَا هُم مِّنكُمۡ وَلَٰكِنَّهُمۡ قَوۡمٌ يَفۡرَقُونَ

Huma jaħilfu b'Alla li huma minnkom, iżda (fil-fatt) ma humiex minnkom, iżda huma nies li jibżgħu (juru dak li tassew huma, biex ma jitilfux il-privileġġi tagħhom)

9:57

لَوۡ يَجِدُونَ مَلۡجَـًٔا أَوۡ مَغَٰرَٰتٍ أَوۡ مُدَّخَلًا لَّوَلَّوۡاْ إِلَيۡهِ وَهُمۡ يَجۡمَحُونَ

Li kieku jistgħu jsibu xi Kenn, xi għerien jew xi mkien fejn jitrekknu, (kont tarahom) jitilqu lejh mgħaġġlin (biex jaħarbu minnkom)

9:58

وَمِنۡهُم مَّن يَلۡمِزُكَ فِي ٱلصَّدَقَٰتِ فَإِنۡ أُعۡطُواْ مِنۡهَا رَضُواْ وَإِن لَّمۡ يُعۡطَوۡاْ مِنۡهَآ إِذَا هُمۡ يَسۡخَطُونَ

Fosthom hemm min ilumek (Muħammad) dwar. (it- tqassim). tal-karità: jekk jingħataw. minnha, jithennew, iżda jekk ma jingħatawx minnha, arahom jimtlew bl- għadab

9:59

وَلَوۡ أَنَّهُمۡ رَضُواْ مَآ ءَاتَىٰهُمُ ٱللَّهُ وَرَسُولُهُۥ وَقَالُواْ حَسۡبُنَا ٱللَّهُ سَيُؤۡتِينَا ٱللَّهُ مِن فَضۡلِهِۦ وَرَسُولُهُۥٓ إِنَّآ إِلَى ٱللَّهِ رَٰغِبُونَ

(Kien ikun aħijar għalihom) li kieku thennew b'dak li tawhom Alla u l-Mibgħut tiegħu, u qalu: 'Alla huwa biżżejjed għalinal Alla.se jagħtina it-tjieba tiegħu, u anki l-Mibgħut tiegħu. Aħna tassew lil Alla nfittxut

9:60

إِنَّمَا ٱلصَّدَقَٰتُ لِلۡفُقَرَآءِ وَٱلۡمَسَٰكِينِ وَٱلۡعَٰمِلِينَ عَلَيۡهَا وَٱلۡمُؤَلَّفَةِ قُلُوبُهُمۡ وَفِي ٱلرِّقَابِ وَٱلۡغَٰرِمِينَ وَفِي سَبِيلِ ٱللَّهِ وَٱبۡنِ ٱلسَّبِيلِۖ فَرِيضَةً مِّنَ ٱللَّهِۗ وَٱللَّهُ عَلِيمٌ حَكِيمٌ

Il-karitajiet huma biss għall-foqra, għall-imsejknin, għal dawk imqabbdin biex jiġbruhom, għal dawk. li qlubhom inġibdu (jew qegħdin jinġibdu lejn l-Islam), għal dawk fil-jasar (biex jinfdew), għall-midjunin (biex iħallsu d-dejn li ddejnu) għall-kawża ta' Alla (fis-servizz tar-reliġjon u tal-komunità), u għal dak li jterraq. (Dan huwa) l-amar minn Alla. Alla jaf kollox u Għaref

9:61

وَمِنۡهُمُ ٱلَّذِينَ يُؤۡذُونَ ٱلنَّبِيَّ وَيَقُولُونَ هُوَ أُذُنٌۚ قُلۡ أُذُنُ خَيۡرٍ لَّكُمۡ يُؤۡمِنُ بِٱللَّهِ وَيُؤۡمِنُ لِلۡمُؤۡمِنِينَ وَرَحۡمَةٌ لِّلَّذِينَ ءَامَنُواْ مِنكُمۡۚ وَٱلَّذِينَ يُؤۡذُونَ رَسُولَ ٱللَّهِ لَهُمۡ عَذَابٌ أَلِيمٌ

Fosthom (dawk ta' wiċċ b'ieħor) hemm min iweġġa' lill-Profeta (Muħammad bil-kliem u bl-għemil). u jgħidu: Huwa widna (għaliex jisma' u jemmen kolloxji' Għidilhom): 'Huwa jisma' dak kollu li hu tajjeb għalikom, jemmen f'Alla, joqgħod fuq dawk li jemmnu (għaliex jaf li huma ġusti), u huwa ħniena għal dawk fostkom li jemmnu.'' Dawk li jweġġgħu (u jżebilħu) lill- Mibgħut ta' Alla jkollhom kastig ta' wġigħ

9:62

يَحۡلِفُونَ بِٱللَّهِ لَكُمۡ لِيُرۡضُوكُمۡ وَٱللَّهُ وَرَسُولُهُۥٓ أَحَقُّ أَن يُرۡضُوهُ إِن كَانُواْ مُؤۡمِنِينَ

Huma jaħilfulkom b'Alla biex jogħġbukom, iżda Alla flimkien mal-Mibgħut tiegħu jistħoqq aktar li huma jogħġbuh. jekk tassew jemmnu

9:63

أَلَمۡ يَعۡلَمُوٓاْ أَنَّهُۥ مَن يُحَادِدِ ٱللَّهَ وَرَسُولَهُۥ فَأَنَّ لَهُۥ نَارَ جَهَنَّمَ خَٰلِدًا فِيهَاۚ ذَٰلِكَ ٱلۡخِزۡيُ ٱلۡعَظِيمُ

Mela ma jafux li min jeħodha kontra Alla u l-Mibgħut tiegħu hemm għalih nar l-Infern, u fih jgħammar għal dejjem. Dan huwa għajb tassew kbir

9:64

يَحۡذَرُ ٱلۡمُنَٰفِقُونَ أَن تُنَزَّلَ عَلَيۡهِمۡ سُورَةٌ تُنَبِّئُهُم بِمَا فِي قُلُوبِهِمۡۚ قُلِ ٱسۡتَهۡزِءُوٓاْ إِنَّ ٱللَّهَ مُخۡرِجٌ مَّا تَحۡذَرُونَ

Ta' wiċċ b'ieħor jibżgħu li titniżżel dwarhom xi sura li tgħarrafhom b'dak li hemm (tassew) fi qlubhom. Għidfilhom Muħammad): 'Iddieħku (bir-reliġjon ta' Alla kemm tridu, iżda kunu afu li) Alla se joħroġ (fil-beraħ) dak li qegħdin tibżgħu (/i jsir magħruf dwarkom)

9:65

وَلَئِن سَأَلۡتَهُمۡ لَيَقُولُنَّ إِنَّمَا كُنَّا نَخُوضُ وَنَلۡعَبُۚ قُلۡ أَبِٱللَّهِ وَءَايَٰتِهِۦ وَرَسُولِهِۦ كُنتُمۡ تَسۡتَهۡزِءُونَ

Jekk tistaqsihom. (Muħammad), jgħidulek: ''Aħna konna biss inlabalbu (u ngħidu kliem fieragħ, u ngħaddu ż-żmien) fil-logħob'' Għid(ilhom Muħammad): 'Jaqaw kontu qegħdin tiddieħku b'Alla, bir-Rivelazzjoni tiegħu u bil-Mibgħut tiegħu

9:66

لَا تَعۡتَذِرُواْ قَدۡ كَفَرۡتُم بَعۡدَ إِيمَٰنِكُمۡۚ إِن نَّعۡفُ عَن طَآئِفَةٍ مِّنكُمۡ نُعَذِّبۡ طَآئِفَةَۢ بِأَنَّهُمۡ كَانُواْ مُجۡرِمِينَ

Ma għandkomx skużal Cħadtu t-twemmin wara li emmintu. Jekk naħfru lil-xi ġemgħa minn fostkom (għaliex nidmet), Aħna (xorta waħda) nikkastigaw ġemgħa (oħra minnkom), għaliex huma kienu ħatjin ( 4 baqgħu juru wiċċ b'ieħor sa l-aħħar)

9:67

ٱلۡمُنَٰفِقُونَ وَٱلۡمُنَٰفِقَٰتُ بَعۡضُهُم مِّنۢ بَعۡضٍۚ يَأۡمُرُونَ بِٱلۡمُنكَرِ وَيَنۡهَوۡنَ عَنِ ٱلۡمَعۡرُوفِ وَيَقۡبِضُونَ أَيۡدِيَهُمۡۚ نَسُواْ ٱللَّهَ فَنَسِيَهُمۡۚ إِنَّ ٱلۡمُنَٰفِقِينَ هُمُ ٱلۡفَٰسِقُونَ

Dawk l-irġiel u n-nisa li huma ta' wiċċ b'ieħor huma (kollha) ta' qatgħa waħda: huma jamru (li jsir) il-ħażin, ma jħallux it-tajjeb, u għandhom idejhom magħluqin (bix-xeħħa u ma jagħtux karità). Huma nsew lil Alla, u għalhekk (Hu) nesiehom. Tabilħaqq li ta' wiċċ b'ieħor huma l-ħżiena

9:68

وَعَدَ ٱللَّهُ ٱلۡمُنَٰفِقِينَ وَٱلۡمُنَٰفِقَٰتِ وَٱلۡكُفَّارَ نَارَ جَهَنَّمَ خَٰلِدِينَ فِيهَاۚ هِيَ حَسۡبُهُمۡۚ وَلَعَنَهُمُ ٱللَّهُۖ وَلَهُمۡ عَذَابٌ مُّقِيمٌ

Alla wiegħed in-nar ta' l-Infern lil ta' wiċċ b'ieħor, irġiel u nisa, u lil dawk li ma jemmnux, u fih jgħammru għal dejjem. Huwa jkun biżżejjed għalihom. Alla seħithom, u għalihom hemm kastig għal dejjem

9:69

كَٱلَّذِينَ مِن قَبۡلِكُمۡ كَانُوٓاْ أَشَدَّ مِنكُمۡ قُوَّةً وَأَكۡثَرَ أَمۡوَٰلًا وَأَوۡلَٰدًا فَٱسۡتَمۡتَعُواْ بِخَلَٰقِهِمۡ فَٱسۡتَمۡتَعۡتُم بِخَلَٰقِكُمۡ كَمَا ٱسۡتَمۡتَعَ ٱلَّذِينَ مِن قَبۡلِكُم بِخَلَٰقِهِمۡ وَخُضۡتُمۡ كَٱلَّذِي خَاضُوٓاْۚ أُوْلَٰٓئِكَ حَبِطَتۡ أَعۡمَٰلُهُمۡ فِي ٱلدُّنۡيَا وَٱلۡأٓخِرَةِۖ وَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلۡخَٰسِرُونَ

Bħal dawk ta' qabilkom; huma kienu eqqel minnkom fil-qawwa, u akbar fil-ġid u fl-ulied. Huma thennew b'sehemhom, u. intom. thennejtu b'sehemkom; bħalma thennew b'sehemhom dawk ta' qabilkom. Intom (ukoll) tlabalbu fieragħ, bħal dawk li labalbu. Dawk, l-għemejjel tagħhom jisfaw fix-xejn f'(din) id-dinja u fl-Oħra, u dawk huma t-tellifin

9:70

أَلَمۡ يَأۡتِهِمۡ نَبَأُ ٱلَّذِينَ مِن قَبۡلِهِمۡ قَوۡمِ نُوحٍ وَعَادٍ وَثَمُودَ وَقَوۡمِ إِبۡرَٰهِيمَ وَأَصۡحَٰبِ مَدۡيَنَ وَٱلۡمُؤۡتَفِكَٰتِۚ أَتَتۡهُمۡ رُسُلُهُم بِٱلۡبَيِّنَٰتِۖ فَمَا كَانَ ٱللَّهُ لِيَظۡلِمَهُمۡ وَلَٰكِن كَانُوٓاْ أَنفُسَهُمۡ يَظۡلِمُونَ

Jaqaw ma waslitilhomx l-aħbar (dwar kif inqerdu għal kollox) dawk ta' qabilhom: nies Noċ (u n-nies) ta' Għad, ta' Tamid, nies Abraham, nies Madjan, u l-bliet (ra' Sodoma u Gomorra) li nqalbu ta' taħt fuq 2 Il-Mibgħutin tagħhom ġewhom bis-sinjali ċ-ċari, u mhux Alla li naqas lejhom, iżda. kienu. huma: li naqsu lejhom. infushom (għaliex ma ridux jagħtu widen)

9:71

وَٱلۡمُؤۡمِنُونَ وَٱلۡمُؤۡمِنَٰتُ بَعۡضُهُمۡ أَوۡلِيَآءُ بَعۡضٍۚ يَأۡمُرُونَ بِٱلۡمَعۡرُوفِ وَيَنۡهَوۡنَ عَنِ ٱلۡمُنكَرِ وَيُقِيمُونَ ٱلصَّلَوٰةَ وَيُؤۡتُونَ ٱلزَّكَوٰةَ وَيُطِيعُونَ ٱللَّهَ وَرَسُولَهُۥٓۚ أُوْلَٰٓئِكَ سَيَرۡحَمُهُمُ ٱللَّهُۗ إِنَّ ٱللَّهَ عَزِيزٌ حَكِيمٌ

Dawk li jemmnu, irġiel u nisa, jieħdu ħsieb (i/ jħarsu) lil xulxin. Huma jamru (li jsir). it-tajjeb, ma jħallux il- ħażin, jagħmlu t-talb, jagħtu l-karità, u joqogħdu għal: J Alla u. għall-Mibgħut tiegħu. Dawk Alla se jħenn J għalihom. Alla tabilħaqq Felħan u Għaref

9:72

وَعَدَ ٱللَّهُ ٱلۡمُؤۡمِنِينَ وَٱلۡمُؤۡمِنَٰتِ جَنَّٰتٍ تَجۡرِي مِن تَحۡتِهَا ٱلۡأَنۡهَٰرُ خَٰلِدِينَ فِيهَا وَمَسَٰكِنَ طَيِّبَةً فِي جَنَّٰتِ عَدۡنٍۚ وَرِضۡوَٰنٌ مِّنَ ٱللَّهِ أَكۡبَرُۚ ذَٰلِكَ هُوَ ٱلۡفَوۡزُ ٱلۡعَظِيمُ

Alla wiegħed lil-dawk li jemmnu, irġiel u nisa, Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom fihom jgħammru għal dejjem wdjar sbieħ fil-Ġonna ta' l-Għeden. U għaxqa minn Alla (hija ħlas) akbar (minn dan kollu): Din hija l-akbar rebħa

9:73

يَٰٓأَيُّهَا ٱلنَّبِيُّ جَٰهِدِ ٱلۡكُفَّارَ وَٱلۡمُنَٰفِقِينَ وَٱغۡلُظۡ عَلَيۡهِمۡۚ وَمَأۡوَىٰهُمۡ جَهَنَّمُۖ وَبِئۡسَ ٱلۡمَصِيرُ

Ja Profeta, ħabrek u tqabad kontra dawk li ma jemmnux u ta' wiċċ b'ieħor, u kun qalil magħhom. Il-kenn tagħhom huwa l-Infern, u (dan ikun tassew) tmiem ta' għajb

9:74

يَحۡلِفُونَ بِٱللَّهِ مَا قَالُواْ وَلَقَدۡ قَالُواْ كَلِمَةَ ٱلۡكُفۡرِ وَكَفَرُواْ بَعۡدَ إِسۡلَٰمِهِمۡ وَهَمُّواْ بِمَا لَمۡ يَنَالُواْۚ وَمَا نَقَمُوٓاْ إِلَّآ أَنۡ أَغۡنَىٰهُمُ ٱللَّهُ وَرَسُولُهُۥ مِن فَضۡلِهِۦۚ فَإِن يَتُوبُواْ يَكُ خَيۡرًا لَّهُمۡۖ وَإِن يَتَوَلَّوۡاْ يُعَذِّبۡهُمُ ٱللَّهُ عَذَابًا أَلِيمًا فِي ٱلدُّنۡيَا وَٱلۡأٓخِرَةِۚ وَمَا لَهُمۡ فِي ٱلۡأَرۡضِ مِن وَلِيٍّ وَلَا نَصِيرٍ

Huma jaħilfu b'Alla li ma qalu xejn, iżda (tabilħaqq) qalu kliem li jiċħad it-twemmin, u wara li kienu daħlu fl- Islam, (reġgħu) m'emmnux. Huma fasslu xi ħaġa li ma seħħetilhomx, u ma vvendikawx irwieħhom jekk mhux għaliex Alla kattar fuqhom it-tjieba (u l-barka) tiegħu, u l-Mibgħut tiegħu (ukol/)l Għalhekk ikun aħjar għalihom jekk jindmu, iżda jekk jagħtu daharhom (għat-twemmin), Alla jikkastigahom b'kastig ta' wġigħ f'(din) id-dinja u fl-Oħra. U fuq l-art ma jkollhom ħadd li jħarishom u jgħinhom

9:75

وَمِنۡهُم مَّنۡ عَٰهَدَ ٱللَّهَ لَئِنۡ ءَاتَىٰنَا مِن فَضۡلِهِۦ لَنَصَّدَّقَنَّ وَلَنَكُونَنَّ مِنَ ٱلصَّٰلِحِينَ

Fosthom (dawk ta' wiċċ b'ieħor) hemm min daħal f'rabta ma' Alla (u qal): 'Jekk ( 4/la) jagħtina mit-tjieba tiegħu, aħna tassew nagħtu l-karità u nkunu mill-ġusti

9:76

فَلَمَّآ ءَاتَىٰهُم مِّن فَضۡلِهِۦ بَخِلُواْ بِهِۦ وَتَوَلَّواْ وَّهُم مُّعۡرِضُونَ

Iżda meta tahom mit-tjieba tiegħu, huma xxaħħu f'dak li ngħataw, warrbu (ir-rabta tagħhom ma' Alla), u ma ridux joqogħdu għaliha

9:77

فَأَعۡقَبَهُمۡ نِفَاقًا فِي قُلُوبِهِمۡ إِلَىٰ يَوۡمِ يَلۡقَوۡنَهُۥ بِمَآ أَخۡلَفُواْ ٱللَّهَ مَا وَعَدُوهُ وَبِمَا كَانُواْ يَكۡذِبُونَ

Għalhekk ikkastigahom (u refagħlhom) il-wiċċ b'ieħor fi qlubhom sal-Jum li fih jiltaqgħu miegħu, għaliex huma marru kontra dak li kienu wiegħdu lil Alla, u għaliex kienu jigdbu

9:78

أَلَمۡ يَعۡلَمُوٓاْ أَنَّ ٱللَّهَ يَعۡلَمُ سِرَّهُمۡ وَنَجۡوَىٰهُمۡ وَأَنَّ ٱللَّهَ عَلَّٰمُ ٱلۡغُيُوبِ

Mela ma jafux li Alla jaf bis-sigriet tagħhom, b'dak li jintqal (bil-moħbi). bejniethom, u li Alla jaf sew bil- mistur

9:79

ٱلَّذِينَ يَلۡمِزُونَ ٱلۡمُطَّوِّعِينَ مِنَ ٱلۡمُؤۡمِنِينَ فِي ٱلصَّدَقَٰتِ وَٱلَّذِينَ لَا يَجِدُونَ إِلَّا جُهۡدَهُمۡ فَيَسۡخَرُونَ مِنۡهُمۡ سَخِرَ ٱللَّهُ مِنۡهُمۡ وَلَهُمۡ عَذَابٌ أَلِيمٌ

Dawk (in-nies il-ħżiena) li jmaqdru lil min, fost dawk li jemmnu, jagħti l-karità minn jeddu, (kif ukoll jixlu) lil dawk li ma jsibux x'jagħtu għajr il-ħidma tagħhom (li/ min jeħtieġha), u jżebilħuhom, ikun Alla li jżeblaħhom, u għalihom hemm kastig ta' wġigħ

9:80

ٱسۡتَغۡفِرۡ لَهُمۡ أَوۡ لَا تَسۡتَغۡفِرۡ لَهُمۡ إِن تَسۡتَغۡفِرۡ لَهُمۡ سَبۡعِينَ مَرَّةً فَلَن يَغۡفِرَ ٱللَّهُ لَهُمۡۚ ذَٰلِكَ بِأَنَّهُمۡ كَفَرُواْ بِٱللَّهِ وَرَسُولِهِۦۗ وَٱللَّهُ لَا يَهۡدِي ٱلۡقَوۡمَ ٱلۡفَٰسِقِينَ

Sew jekk titlob biex jiksbu l-maħfra, u sew jekk ma titlobx maħfra għalihom, ( 4I 1a ma huwiex se jaħfrilhom). U jekk titlob għalihom sebgħin darba biex jiksbu l-maħfra, Alla ma huwiex se jaħfrilhom. Dan għaliex. huma m'emmnux f'Alla u fil-Mibgħut. tiegħu. Alla ma jmexxix fit-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena

9:81

فَرِحَ ٱلۡمُخَلَّفُونَ بِمَقۡعَدِهِمۡ خِلَٰفَ رَسُولِ ٱللَّهِ وَكَرِهُوٓاْ أَن يُجَٰهِدُواْ بِأَمۡوَٰلِهِمۡ وَأَنفُسِهِمۡ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِ وَقَالُواْ لَا تَنفِرُواْ فِي ٱلۡحَرِّۗ قُلۡ نَارُ جَهَنَّمَ أَشَدُّ حَرًّاۚ لَّوۡ كَانُواْ يَفۡقَهُونَ

Ferħu dawk (ra' wiċċ b'ieħor) li baqgħu wara l-Mibgħut (Muħammad u ma ħarġux għat-taqbida f'Tabiik) għaliex baqgħu fejn kienu, u stkerrhu li jħabirku u jitqabdu b'ġidhom u bihom infushom għal Alla, u qalu (fil xulxin): Toħorġux. fis-sħanaf' Għidfilhom Muħammad): 'Nar l- Infern jaħraq wisq aktarf' Li kieku kienu jifhmul

9:82

فَلۡيَضۡحَكُواْ قَلِيلًا وَلۡيَبۡكُواْ كَثِيرًا جَزَآءَۢ بِمَا كَانُواْ يَكۡسِبُونَ

Ħalli jidħku xi ftit (għalissa), iżda (imbagħad) ħalli jibku ħafna, bi ħlas ta' dak (il-ħażen) li kienu jiksbu (b'għemilhom)

9:83

فَإِن رَّجَعَكَ ٱللَّهُ إِلَىٰ طَآئِفَةٍ مِّنۡهُمۡ فَٱسۡتَـٔۡذَنُوكَ لِلۡخُرُوجِ فَقُل لَّن تَخۡرُجُواْ مَعِيَ أَبَدًا وَلَن تُقَٰتِلُواْ مَعِيَ عَدُوًّاۖ إِنَّكُمۡ رَضِيتُم بِٱلۡقُعُودِ أَوَّلَ مَرَّةٍ فَٱقۡعُدُواْ مَعَ ٱلۡخَٰلِفِينَ

Għalhekk jekk Alla (wara t-taqbid f'Tabiik) ireġġgħek għand ġemgħa minnhom, u jitolbuk permess biex joħorġu (jitqabdu. miegħek fi spedizzjoni oħra), għid(ilhom): ''Qatt m'intom ħerġin miegħi, u m'intom se titqatlu miegħi kontra ebda għadul L-ewwel darba (meta l-Misilmin l-oħra kienu sejrin lejn Tabik) intom għoġobkom tibqgħu qiegħda, Mela oqogħdu ma' dawk li baqgħu lural

9:84

وَلَا تُصَلِّ عَلَىٰٓ أَحَدٍ مِّنۡهُم مَّاتَ أَبَدًا وَلَا تَقُمۡ عَلَىٰ قَبۡرِهِۦٓۖ إِنَّهُمۡ كَفَرُواْ بِٱللَّهِ وَرَسُولِهِۦ وَمَاتُواْ وَهُمۡ فَٰسِقُونَ

Qatt (ma għandek) titlob: (Muħammad) għal xi ħadd minnhom: (ta' wiċċ b'ieħor) li miet, u lanqas ma għandek tieqaf fuq qabru. Huma ċaħdu lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu, u mietu fil-ħażen tagħhom

9:85

وَلَا تُعۡجِبۡكَ أَمۡوَٰلُهُمۡ وَأَوۡلَٰدُهُمۡۚ إِنَّمَا يُرِيدُ ٱللَّهُ أَن يُعَذِّبَهُم بِهَا فِي ٱلدُّنۡيَا وَتَزۡهَقَ أَنفُسُهُمۡ وَهُمۡ كَٰفِرُونَ

Lanqas (ma għandhom) jogħġbuk ġidhom u (l-għadd kbir) ta' wliedhom: Alla jrid biss jikkastigahom bihom fid-dinja, u'li rwieħhom jinqerdu filwaqt li (kunu għadhom qegħdin) jiċħdu (lif Alla u lill-Islam)

9:86

وَإِذَآ أُنزِلَتۡ سُورَةٌ أَنۡ ءَامِنُواْ بِٱللَّهِ وَجَٰهِدُواْ مَعَ رَسُولِهِ ٱسۡتَـٔۡذَنَكَ أُوْلُواْ ٱلطَّوۡلِ مِنۡهُمۡ وَقَالُواْ ذَرۡنَا نَكُن مَّعَ ٱلۡقَٰعِدِينَ

U meta titniżżel sura li (tħeġġiġhom u tgħidilhom): ċEmmmu F'Alla, u ħabirku u tqabdu mal-Mibgħut tiegħu,' dawk fosthom li għandhom ħafna ġid jitolbuk tiskużahom u jgħidulek, Muħammad, dawk ta' wiċċ b'ieħor): 'Ħallina nkunu mal-qiegħda (li jibqgħu lura u ma joħorġux jitqabdu)

9:87

رَضُواْ بِأَن يَكُونُواْ مَعَ ٱلۡخَوَالِفِ وَطُبِعَ عَلَىٰ قُلُوبِهِمۡ فَهُمۡ لَا يَفۡقَهُونَ

Huma jogħġobhom li jkunu ma' dawk (in-nisa, it-tfal, il-morda u oħrajn li ma għandhomx is-saħħa u l-ħila jitqatlu) li baqgħu lura, u tqiegħed siġill fuq qlubhom, hekk li ma jifhmux

9:88

لَٰكِنِ ٱلرَّسُولُ وَٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ مَعَهُۥ جَٰهَدُواْ بِأَمۡوَٰلِهِمۡ وَأَنفُسِهِمۡۚ وَأُوْلَٰٓئِكَ لَهُمُ ٱلۡخَيۡرَٰتُۖ وَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلۡمُفۡلِحُونَ

Iżda l-Mibgħut u dawk li jemmnu miegħu, ħabirku u tqabdu b'ġidhom u bihom infushom. Ta' dawk huma l- ħwejjeġ tajba (kollha), u dawk huma r-rebbieħa

9:89

أَعَدَّ ٱللَّهُ لَهُمۡ جَنَّٰتٍ تَجۡرِي مِن تَحۡتِهَا ٱلۡأَنۡهَٰرُ خَٰلِدِينَ فِيهَاۚ ذَٰلِكَ ٱلۡفَوۡزُ ٱلۡعَظِيمُ

Alla ħejjielhom Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Dik hija r-rebħa l-kbira

9:90

وَجَآءَ ٱلۡمُعَذِّرُونَ مِنَ ٱلۡأَعۡرَابِ لِيُؤۡذَنَ لَهُمۡ وَقَعَدَ ٱلَّذِينَ كَذَبُواْ ٱللَّهَ وَرَسُولَهُۥۚ سَيُصِيبُ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ مِنۡهُمۡ عَذَابٌ أَلِيمٌ

Minn fost l-Għarab tad-deżert kien hemm dawk li ġew b'xi skuża biex jingħataw permess (biex ma joħorġux jitqabdu). Dawk li giddbu lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu qagħdu lura (i ma ħarġux għat-taqbid.) Lil dawk li ma jemmnux se jmiss kastig ta' wġigħ

9:91

لَّيۡسَ عَلَى ٱلضُّعَفَآءِ وَلَا عَلَى ٱلۡمَرۡضَىٰ وَلَا عَلَى ٱلَّذِينَ لَا يَجِدُونَ مَا يُنفِقُونَ حَرَجٌ إِذَا نَصَحُواْ لِلَّهِ وَرَسُولِهِۦۚ مَا عَلَى ٱلۡمُحۡسِنِينَ مِن سَبِيلٍۚ وَٱللَّهُ غَفُورٌ رَّحِيمٌ

La d-dgħajfin, la l-morda, u lanqas dawk li ma jsibux (ġid) x'jonfqu, jekk huma sinċieri ma' Alla u mal- Mibgħut tiegħu (u jagħmlu għemejjel tajba), ma għandhom ebda ħtija. Ma hemm ebda triq (/i twassal għall-kundanna) ta' dawk li jagħmlu t-tajjeb. Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin

9:92

وَلَا عَلَى ٱلَّذِينَ إِذَا مَآ أَتَوۡكَ لِتَحۡمِلَهُمۡ قُلۡتَ لَآ أَجِدُ مَآ أَحۡمِلُكُمۡ عَلَيۡهِ تَوَلَّواْ وَّأَعۡيُنُهُمۡ تَفِيضُ مِنَ ٱلدَّمۡعِ حَزَنًا أَلَّا يَجِدُواْ مَا يُنفِقُونَ

Lanqas (ma għandhom ħtija) dawk li, meta ġew għandek jitolbuk biex trikkibhom (fuq żwiemel jew iġmla, biex joħorġu jitqabdu miegħek), u inti weġibthom: 'Ma nsibx fuq xiex inrikkibkom,' huma telqu mnikktin, bid-dmugħ igelgel minn għajnejhom, għaliex ma kellhom xejn x'jonfqu (għall-kawża ta' Alla)

9:93

إِنَّمَا ٱلسَّبِيلُ عَلَى ٱلَّذِينَ يَسۡتَـٔۡذِنُونَكَ وَهُمۡ أَغۡنِيَآءُۚ رَضُواْ بِأَن يَكُونُواْ مَعَ ٱلۡخَوَالِفِ وَطَبَعَ ٱللَّهُ عَلَىٰ قُلُوبِهِمۡ فَهُمۡ لَا يَعۡلَمُونَ

Il-ħtija hija biss fuq dawk l-għonja li' jitolbuk tiskużahom (biex jibqgħu lura u ma joħorġux jitqatlu). Huma jogħġobhom li jkunu ma' dawk (in-nisa, it-tfal, il- morda u l-oħrajn) li baqgħu lura. Alla qiegħed siġill fuq qlubhom, u għalhekk ma jafux

9:94

يَعۡتَذِرُونَ إِلَيۡكُمۡ إِذَا رَجَعۡتُمۡ إِلَيۡهِمۡۚ قُل لَّا تَعۡتَذِرُواْ لَن نُّؤۡمِنَ لَكُمۡ قَدۡ نَبَّأَنَا ٱللَّهُ مِنۡ أَخۡبَارِكُمۡۚ وَسَيَرَى ٱللَّهُ عَمَلَكُمۡ وَرَسُولُهُۥ ثُمَّ تُرَدُّونَ إِلَىٰ عَٰلِمِ ٱلۡغَيۡبِ وَٱلشَّهَٰدَةِ فَيُنَبِّئُكُم بِمَا كُنتُمۡ تَعۡمَلُونَ

Huma jitolbikom tagħdruhom meta terġgħu lura għandhom: Għid(ilhom. Muħammad): ''Iġġibux skużil M'aħniex se nemmnukomt Alla kien diġà għarrafna b'aħbarkom (u bil-ħażen u bil-wiċċ b'ieħor tagħkom). Alla se jara l-għemil tagħkom, u ('iegħu) il-Mibgħut tiegħu, imbagħad tintbagħtu lura lejn Dak li jaf il-mistur u'li jidher, u jgħarrafkom b'dak li kontu tagħmlu

9:95

سَيَحۡلِفُونَ بِٱللَّهِ لَكُمۡ إِذَا ٱنقَلَبۡتُمۡ إِلَيۡهِمۡ لِتُعۡرِضُواْ عَنۡهُمۡۖ فَأَعۡرِضُواْ عَنۡهُمۡۖ إِنَّهُمۡ رِجۡسٌۖ وَمَأۡوَىٰهُمۡ جَهَنَّمُ جَزَآءَۢ بِمَا كَانُواْ يَكۡسِبُونَ

Meta tmorru lura għandhom (wara t-taqbida f'Tabiik) se jaħilfulkom b'Alla biex tħalluhom waħidhom. Mela ħalluhom waħidhomi Huma tabilħaqq tinġis, u l-kenn tagħhom huwa fl-Infern, bi ħlas ta' (il-ħażen) li kienu jiksbu (b'għemilhom)

9:96

يَحۡلِفُونَ لَكُمۡ لِتَرۡضَوۡاْ عَنۡهُمۡۖ فَإِن تَرۡضَوۡاْ عَنۡهُمۡ فَإِنَّ ٱللَّهَ لَا يَرۡضَىٰ عَنِ ٱلۡقَوۡمِ ٱلۡفَٰسِقِينَ

Huma se jaħilfulkom biex tithennew bihom, iżda jekk tithennew bihom (ikun kollu għalxejn għaliex) Alla ma jithenniex bin-nies il-ħżiena

9:97

ٱلۡأَعۡرَابُ أَشَدُّ كُفۡرًا وَنِفَاقًا وَأَجۡدَرُ أَلَّا يَعۡلَمُواْ حُدُودَ مَآ أَنزَلَ ٱللَّهُ عَلَىٰ رَسُولِهِۦۗ وَٱللَّهُ عَلِيمٌ حَكِيمٌ

L-Għarab tad-deżert huma l-aktar (nies) li ma jemmnux (minħabba l-qalb xierfa tagħhom, l-aktar) li juru wiċċ b'ieħor, u l-aktar li jixirqilhom li ma jkunu jafu (xejn) mid-digrieti li Alla niżżel lill-Mibgħut tiegħu (Muħammad). Alla jaf kollox u Għaref

9:98

وَمِنَ ٱلۡأَعۡرَابِ مَن يَتَّخِذُ مَا يُنفِقُ مَغۡرَمًا وَيَتَرَبَّصُ بِكُمُ ٱلدَّوَآئِرَۚ عَلَيۡهِمۡ دَآئِرَةُ ٱلسَّوۡءِۗ وَٱللَّهُ سَمِيعٌ عَلِيمٌ

Fost l-Għarab tad-deżert hemm min iqis dak li jonfoq (għal Alla) bħallikieku xi multa (u relf), u jistenna li jolqotkom l-għaks u s-saram. Ħalli jkun fuqhom is- saraml Alla jisma' kollox u jaf kollox

9:99

وَمِنَ ٱلۡأَعۡرَابِ مَن يُؤۡمِنُ بِٱللَّهِ وَٱلۡيَوۡمِ ٱلۡأٓخِرِ وَيَتَّخِذُ مَا يُنفِقُ قُرُبَٰتٍ عِندَ ٱللَّهِ وَصَلَوَٰتِ ٱلرَّسُولِۚ أَلَآ إِنَّهَا قُرۡبَةٌ لَّهُمۡۚ سَيُدۡخِلُهُمُ ٱللَّهُ فِي رَحۡمَتِهِۦٓۚ إِنَّ ٱللَّهَ غَفُورٌ رَّحِيمٌ

Iżda fost l-Għarab tad-deżert hemm min jemmen f'Alla u fl-Aħħar Jum, u jqis dak li jonfoq (għal A/la) bħala għotjiet li jqarrbu/A) lejn Alla u lejn it-talb tal-Mibgħut (għalih, biex jikseb il-maħfra). Dan tassew iqarribhoml l Alla se jdaħħalhom fil-ħniena tiegħu. Alla tabilħaqq huwa Kollu Maħfra u Ħanin

9:100

وَٱلسَّٰبِقُونَ ٱلۡأَوَّلُونَ مِنَ ٱلۡمُهَٰجِرِينَ وَٱلۡأَنصَارِ وَٱلَّذِينَ ٱتَّبَعُوهُم بِإِحۡسَٰنٍ رَّضِيَ ٱللَّهُ عَنۡهُمۡ وَرَضُواْ عَنۡهُ وَأَعَدَّ لَهُمۡ جَنَّٰتٍ تَجۡرِي تَحۡتَهَا ٱلۡأَنۡهَٰرُ خَٰلِدِينَ فِيهَآ أَبَدًاۚ ذَٰلِكَ ٱلۡفَوۡزُ ٱلۡعَظِيمُ

Dawk (il-Misilmin) li kienu minn ta' l-ewwel (li taw widen għas-sejħa ta' l-Islam) fost l-emigranti (minn Mekka il-Muhaġirin) u dawk (minn nies Medina 'al- 'Ansar) li tawhom (kull) għajnuna, u dawk li mxew warajhom: fl-għemejjel tajba, Alla jithenna bihom, u huma. jithennew bih. Huwa ħejjielhom: Ġonna bix- xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Dik hija l-akbar rebħa

9:101

وَمِمَّنۡ حَوۡلَكُم مِّنَ ٱلۡأَعۡرَابِ مُنَٰفِقُونَۖ وَمِنۡ أَهۡلِ ٱلۡمَدِينَةِ مَرَدُواْ عَلَى ٱلنِّفَاقِ لَا تَعۡلَمُهُمۡۖ نَحۡنُ نَعۡلَمُهُمۡۚ سَنُعَذِّبُهُم مَّرَّتَيۡنِ ثُمَّ يُرَدُّونَ إِلَىٰ عَذَابٍ عَظِيمٍ

Uħud mill-Għarab tad-deżert ta' madwarkom juru wiċċ b'ieħor, u wħud minn nies ta' Medina webbsu rashom fil- wiċċ b'ieħor. Inti ma tafhomx (biżżejjed, Muħammad). iżda. Aħna. nafuhom. (fajjeb). Darbtejn se nikkastigawhom, imbagħad jintbagħtu lura għal kastig kbir

9:102

وَءَاخَرُونَ ٱعۡتَرَفُواْ بِذُنُوبِهِمۡ خَلَطُواْ عَمَلًا صَٰلِحًا وَءَاخَرَ سَيِّئًا عَسَى ٱللَّهُ أَن يَتُوبَ عَلَيۡهِمۡۚ إِنَّ ٱللَّهَ غَفُورٌ رَّحِيمٌ

Oħrajn. għarfu u stqarru dnubiethom: huma ħalltu għemil tajjeb ma' ieħor ħażin. Alla għandu mnejn idu lejhom. (bil-maħfra). .Alla tabilħaqq Kollu Maħfra 1 Ħanin

9:103

خُذۡ مِنۡ أَمۡوَٰلِهِمۡ صَدَقَةً تُطَهِّرُهُمۡ وَتُزَكِّيهِم بِهَا وَصَلِّ عَلَيۡهِمۡۖ إِنَّ صَلَوٰتَكَ سَكَنٌ لَّهُمۡۗ وَٱللَّهُ سَمِيعٌ عَلِيمٌ

Ħu (Muħammad) minn ġidhom karità li biha int ssaffihom u tnaddafhom (minn dnubiethom), u itlot għalihom (biex Alla jaħfrilhom). Tabilħaqq li. talbek iserraħhom. Alla jisma' kollox u jaf kollox

9:104

أَلَمۡ يَعۡلَمُوٓاْ أَنَّ ٱللَّهَ هُوَ يَقۡبَلُ ٱلتَّوۡبَةَ عَنۡ عِبَادِهِۦ وَيَأۡخُذُ ٱلصَّدَقَٰتِ وَأَنَّ ٱللَّهَ هُوَ ٱلتَّوَّابُ ٱلرَّحِيمُ

Mela ma jafux li huwa Alla li jilqa' l-indiema mill qaddejja tiegħu, u jieħu l-karitajiet (li jagħmlu minr qalbhom), li Alla jdur Kollu Maħfra u Ħanin

9:105

وَقُلِ ٱعۡمَلُواْ فَسَيَرَى ٱللَّهُ عَمَلَكُمۡ وَرَسُولُهُۥ وَٱلۡمُؤۡمِنُونَۖ وَسَتُرَدُّونَ إِلَىٰ عَٰلِمِ ٱلۡغَيۡبِ وَٱلشَّهَٰدَةِ فَيُنَبِّئُكُم بِمَا كُنتُمۡ تَعۡمَلُونَ

għidfi/homj: Agħmlu (li: tridu) Alla se jarż għemilkom, u l-Mibgħut tiegħu u dawk li jemmnu (s: jarawh ukoll), u se tintbagħtu lura lejn Dak li jaf il-mistu u. li jidher, u jgħarrafkom b'dak li kontu tagħmlu

9:106

وَءَاخَرُونَ مُرۡجَوۡنَ لِأَمۡرِ ٱللَّهِ إِمَّا يُعَذِّبُهُمۡ وَإِمَّا يَتُوبُ عَلَيۡهِمۡۗ وَٱللَّهُ عَلِيمٌ حَكِيمٌ

Oħrajn jitħallew. jistennew l-amar ta' Alla: jeki jikkastigahomx jew inkella jdur lejhom bil-maħfra. All: jaf kollox u Għaref

9:107

وَٱلَّذِينَ ٱتَّخَذُواْ مَسۡجِدًا ضِرَارًا وَكُفۡرًا وَتَفۡرِيقَۢا بَيۡنَ ٱلۡمُؤۡمِنِينَ وَإِرۡصَادًا لِّمَنۡ حَارَبَ ٱللَّهَ وَرَسُولَهُۥ مِن قَبۡلُۚ وَلَيَحۡلِفُنَّ إِنۡ أَرَدۡنَآ إِلَّا ٱلۡحُسۡنَىٰۖ وَٱللَّهُ يَشۡهَدُ إِنَّهُمۡ لَكَٰذِبُونَ

U (hemm ukoll) dawk (ta' wiċċ b'ieħor) li bnew (bini li kellhom il-wiċċ isejħulu) moskea biex iġibu ħsara, ċaħda tat-twemmin u firda bejn dawk li jemmnu, u biex (dik il- moskea) tkun kenn għal min, qabel, kien tqabad kontra Alla u l-Mibgħut tiegħu, U tabilħaqq se jaħilfu (u jgħidu): ''Aħna (meta bnejna din il-moskea) ridna biss it- tajjeb,' iżda Alla jixhed li huma tassew giddibin

9:108

لَا تَقُمۡ فِيهِ أَبَدًاۚ لَّمَسۡجِدٌ أُسِّسَ عَلَى ٱلتَّقۡوَىٰ مِنۡ أَوَّلِ يَوۡمٍ أَحَقُّ أَن تَقُومَ فِيهِۚ فِيهِ رِجَالٌ يُحِبُّونَ أَن يَتَطَهَّرُواْۚ وَٱللَّهُ يُحِبُّ ٱلۡمُطَّهِّرِينَ

Inti (Muħammad, ara (i) ma tieqaf qatt (f'dik il-moskea biex titlob) fihal Moskea (bħal dik ta' Qubagħ) imsejsa, sa mill-ewwel jum, fuq il-qima (/ejn 4//a) tistħoqq aktar li tieqaf fiha (għar-ralb), Fiha hemm irġiel (ġusti minn Medina) li jħobbu jissaffew (minn dnubiethom). Alla jħobb lill-imsoffijin

9:109

أَفَمَنۡ أَسَّسَ بُنۡيَٰنَهُۥ عَلَىٰ تَقۡوَىٰ مِنَ ٱللَّهِ وَرِضۡوَٰنٍ خَيۡرٌ أَم مَّنۡ أَسَّسَ بُنۡيَٰنَهُۥ عَلَىٰ شَفَا جُرُفٍ هَارٍ فَٱنۡهَارَ بِهِۦ فِي نَارِ جَهَنَّمَۗ وَٱللَّهُ لَا يَهۡدِي ٱلۡقَوۡمَ ٱلظَّٰلِمِينَ

Min hu l-aħjar; min sejjes. il-bini tiegħu fuq. (l- ubbidjenza u) il-biża' ta' Alla u l-għaxqa tiegħu, jew min sejjes il-bini tiegħu fuq xifer irdum li therra, hekk li jinżel bih f'nar l-Infern. Alla ma jmexxix fit-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena

9:110

لَا يَزَالُ بُنۡيَٰنُهُمُ ٱلَّذِي بَنَوۡاْ رِيبَةً فِي قُلُوبِهِمۡ إِلَّآ أَن تَقَطَّعَ قُلُوبُهُمۡۗ وَٱللَّهُ عَلِيمٌ حَكِيمٌ

Il-bini tagħhom: li bnew ma jehda qatt. (iqanqal) id- dubju fi qlubhom ( 4 l-għadab għall-Misilmin), sa'ma (dawn) qlubhom. jitqattgħu biċċiet. Alla jaf kollox u Għaref

9:111

إِنَّ ٱللَّهَ ٱشۡتَرَىٰ مِنَ ٱلۡمُؤۡمِنِينَ أَنفُسَهُمۡ وَأَمۡوَٰلَهُم بِأَنَّ لَهُمُ ٱلۡجَنَّةَۚ يُقَٰتِلُونَ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِ فَيَقۡتُلُونَ وَيُقۡتَلُونَۖ وَعۡدًا عَلَيۡهِ حَقًّا فِي ٱلتَّوۡرَىٰةِ وَٱلۡإِنجِيلِ وَٱلۡقُرۡءَانِۚ وَمَنۡ أَوۡفَىٰ بِعَهۡدِهِۦ مِنَ ٱللَّهِۚ فَٱسۡتَبۡشِرُواْ بِبَيۡعِكُمُ ٱلَّذِي بَايَعۡتُم بِهِۦۚ وَذَٰلِكَ هُوَ ٱلۡفَوۡزُ ٱلۡعَظِيمُ

Tabilħaqq li mingħand dawk li jemmnu Alla xtara ħajjithom u ġidhom, biex ikollhom il-Ġenna. Huma jitqatlu għal-Alla: huma joqtlu u jinqatlu (din. hi) wegħda li (A/la huwa) marbut biha tabilħaqq fit-Tord, fl- Evanġelju, u fil-Qoran. U min, aktar minn Alla, iżomm il-wegħda tiegħu' Mela ifirħu bil-bejgħ li għamiltul Dik hija r-rebħa l-kbira

9:112

ٱلتَّٰٓئِبُونَ ٱلۡعَٰبِدُونَ ٱلۡحَٰمِدُونَ ٱلسَّٰٓئِحُونَ ٱلرَّٰكِعُونَ ٱلسَّٰجِدُونَ ٱلۡأٓمِرُونَ بِٱلۡمَعۡرُوفِ وَٱلنَّاهُونَ عَنِ ٱلۡمُنكَرِ وَٱلۡحَٰفِظُونَ لِحُدُودِ ٱللَّهِۗ وَبَشِّرِ ٱلۡمُؤۡمِنِينَ

(Għad jifirħu u jithennew) dawk li jduru nedmin (lejn Alla), li jqimu(h), li jfaħħru(ħ), li jterrqu ma' l-art kollha (għal Alla biex jiksbu aktar għerf dwaru), li jmilu u li jinxteħtu fl-art (fit-talb), li jamru (li jsir) it-tajjeb, ma jħallux il-ħażin, u li jżommu d-digrieti ta' Alla. Agħti l- bxara lil-dawk li jemmnu (/i hemm il-Ġenna tistenniehom)

9:113

مَا كَانَ لِلنَّبِيِّ وَٱلَّذِينَ ءَامَنُوٓاْ أَن يَسۡتَغۡفِرُواْ لِلۡمُشۡرِكِينَ وَلَوۡ كَانُوٓاْ أُوْلِي قُرۡبَىٰ مِنۢ بَعۡدِ مَا تَبَيَّنَ لَهُمۡ أَنَّهُمۡ أَصۡحَٰبُ ٱلۡجَحِيمِ

Ma huwiex xieraq li l-Profeta u dawk li jemmnu jitolbu maħfra għal dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla), anki jekk huma qraba, wara li raw biċ-ċar li (dawn il-pagani) huma nies in-Nar iħeġġeġ

9:114

وَمَا كَانَ ٱسۡتِغۡفَارُ إِبۡرَٰهِيمَ لِأَبِيهِ إِلَّا عَن مَّوۡعِدَةٍ وَعَدَهَآ إِيَّاهُ فَلَمَّا تَبَيَّنَ لَهُۥٓ أَنَّهُۥ عَدُوٌّ لِّلَّهِ تَبَرَّأَ مِنۡهُۚ إِنَّ إِبۡرَٰهِيمَ لَأَوَّٰهٌ حَلِيمٌ

U Abraham ma kienx jitlob maħfra għal missieru (Àżar) jekk mhux minħabba wegħda li kien (laħaq) wiegħdu. U meta ra biċ-ċar li hu (missieru) kien għadu ta' Alla (u webbes rasu f'din. it-triq tat-telfien), hu (Abraham). inħall minn (kull rabta li kellu) miegħu. Tabilħaqq li Abraham kien qalbu tajba, u kollu ħlewwa u sabar

9:115

وَمَا كَانَ ٱللَّهُ لِيُضِلَّ قَوۡمَۢا بَعۡدَ إِذۡ هَدَىٰهُمۡ حَتَّىٰ يُبَيِّنَ لَهُم مَّا يَتَّقُونَۚ إِنَّ ٱللَّهَ بِكُلِّ شَيۡءٍ عَلِيمٌ

Alla ma jtellifx it-triq lil-xi nies wara li jkun mexxiehom (fiha), sa ma jurihom minn xiex għandhom jibżgħu (u joqogħdu lura, biex ma jidinbux). Alla tabilħaqq jaf b'kollox

9:116

إِنَّ ٱللَّهَ لَهُۥ مُلۡكُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۖ يُحۡيِۦ وَيُمِيتُۚ وَمَا لَكُم مِّن دُونِ ٱللَّهِ مِن وَلِيٍّ وَلَا نَصِيرٍ

Tabilħaqq li ta' Alla hija s-saltna tas-smewwiet u l-art. Huwa jagħti l-ħajja u l-mewt. Ma għandkomx, għajr lil Alla, min iħariskom u jgħinkom

9:117

لَّقَد تَّابَ ٱللَّهُ عَلَى ٱلنَّبِيِّ وَٱلۡمُهَٰجِرِينَ وَٱلۡأَنصَارِ ٱلَّذِينَ ٱتَّبَعُوهُ فِي سَاعَةِ ٱلۡعُسۡرَةِ مِنۢ بَعۡدِ مَا كَادَ يَزِيغُ قُلُوبُ فَرِيقٍ مِّنۡهُمۡ ثُمَّ تَابَ عَلَيۡهِمۡۚ إِنَّهُۥ بِهِمۡ رَءُوفٌ رَّحِيمٌ

Alla dar bil-maħfra lejn il-Profeta (minkejja li kien ħalla lil ta' wiċċ b'ieħor jibqgħu lura u ma joħorġux għat-taqbid); lejn dawk (minn Mekka) li emigraw, u dawk (minn. Medina) li għenu (lill-Misilmin), dawk li mxew warajh fis-siegħa iebsa (tat-taqbida f'Tabiek), wara li qlub uħud minnhom kienu għoddhom xaqilbu (lejn il- ħażen), imbagħad dar lejhom bil-maħfra. Tabilħaqq li Huwa Kollu Tjubija u Ħanin magħhom

9:118

وَعَلَى ٱلثَّلَٰثَةِ ٱلَّذِينَ خُلِّفُواْ حَتَّىٰٓ إِذَا ضَاقَتۡ عَلَيۡهِمُ ٱلۡأَرۡضُ بِمَا رَحُبَتۡ وَضَاقَتۡ عَلَيۡهِمۡ أَنفُسُهُمۡ وَظَنُّوٓاْ أَن لَّا مَلۡجَأَ مِنَ ٱللَّهِ إِلَّآ إِلَيۡهِ ثُمَّ تَابَ عَلَيۡهِمۡ لِيَتُوبُوٓاْۚ إِنَّ ٱللَّهَ هُوَ ٱلتَّوَّابُ ٱلرَّحِيمُ

(Bħalma dar bil-maħfra) lejn it-tlieta li baqgħu lura (mit-taqbid u li ħassuhom hekk ħatja minħabba dan: li) saħansitra. (dehrilhom) li. l-art kienet djieqet għalihom, minkejja l-kobor tagħha, bħalma ħassu lilhom infushom maqbuda f'diqa, u fehmu li ma hemmx kenn minn Alla, jekk mhux (li jmorru) lejh. Imbagħad dar lejhom bil- maħfra. biex (sergħu) jindmu. Alla tabilħaqq idur Kollu Maħfra, il-Ħanin

9:119

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ ٱتَّقُواْ ٱللَّهَ وَكُونُواْ مَعَ ٱلصَّٰدِقِينَ

Intom li temmnu, ibżgħu minn Alla u kunu ma' dawk li jgħidu u jagħmlu s-sewwa

9:120

مَا كَانَ لِأَهۡلِ ٱلۡمَدِينَةِ وَمَنۡ حَوۡلَهُم مِّنَ ٱلۡأَعۡرَابِ أَن يَتَخَلَّفُواْ عَن رَّسُولِ ٱللَّهِ وَلَا يَرۡغَبُواْ بِأَنفُسِهِمۡ عَن نَّفۡسِهِۦۚ ذَٰلِكَ بِأَنَّهُمۡ لَا يُصِيبُهُمۡ ظَمَأٌ وَلَا نَصَبٌ وَلَا مَخۡمَصَةٌ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِ وَلَا يَطَـُٔونَ مَوۡطِئًا يَغِيظُ ٱلۡكُفَّارَ وَلَا يَنَالُونَ مِنۡ عَدُوٍّ نَّيۡلًا إِلَّا كُتِبَ لَهُم بِهِۦ عَمَلٌ صَٰلِحٌۚ إِنَّ ٱللَّهَ لَا يُضِيعُ أَجۡرَ ٱلۡمُحۡسِنِينَ

Ma'kienx xieraq li nies Medina u l-Għarab tad-deżert ta' madwarhom iżommu lura mill-Mibgħut ta' Alla (u ma joħorġux miegħu għat-taqbida ta' Tabilk), jew li jibżgħu għal ħajjithom minflok għal tiegħu. Dan għaliex ma jaqbadhomx għatx, għeja, jew ġuħ għal Alla, ma jagħmlux pass li jqanqal l-għadab ta' dawk li ma jemmnux, u lanqas jiksbu xi qligħ mill-għadu, lima jjinkitbilhomx bħala għemil tajjeb. Tabilħaqq li Alla ma jtellifx il-ħlas ta' dawk li jagħmlu t-tajjeb

9:121

وَلَا يُنفِقُونَ نَفَقَةً صَغِيرَةً وَلَا كَبِيرَةً وَلَا يَقۡطَعُونَ وَادِيًا إِلَّا كُتِبَ لَهُمۡ لِيَجۡزِيَهُمُ ٱللَّهُ أَحۡسَنَ مَا كَانُواْ يَعۡمَلُونَ

Lanqas ma jonfqu nefqa żgħira jew kbira, jew jaqsmu xi wied (għal Alla), li-ma jinkitbilhomx (fil-ktieb tagħhom), biex Alla jħallashom ta' l-aħjar (għemejjel) li kienu għamlu

9:122

وَمَا كَانَ ٱلۡمُؤۡمِنُونَ لِيَنفِرُواْ كَآفَّةًۚ فَلَوۡلَا نَفَرَ مِن كُلِّ فِرۡقَةٍ مِّنۡهُمۡ طَآئِفَةٌ لِّيَتَفَقَّهُواْ فِي ٱلدِّينِ وَلِيُنذِرُواْ قَوۡمَهُمۡ إِذَا رَجَعُوٓاْ إِلَيۡهِمۡ لَعَلَّهُمۡ يَحۡذَرُونَ

Dawk li jemmnu ma għandhomx joħorġu Ikoll flimkien (għat-taqbid). Xi tajta minn kull ġemgħa għandha tibqa' lura (u ma toħroġx titqabad), biex tagħtiha għall-istudju tar-reliġjon u biex twissi lil niesha meta jerġgħu lura Iejha (mit-taqbid), forsi jitħarsu (mid-deni)

9:123

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ قَٰتِلُواْ ٱلَّذِينَ يَلُونَكُم مِّنَ ٱلۡكُفَّارِ وَلۡيَجِدُواْ فِيكُمۡ غِلۡظَةًۚ وَٱعۡلَمُوٓاْ أَنَّ ٱللَّهَ مَعَ ٱلۡمُتَّقِينَ

Intomli temmnu, tqatlu kontra dawk li ma jemmnux li jinsabu qribkom, u ħalluhom isibu l-qilla fikom. U kunu afu li Alla ma' dawk li jibżgħu minnu

9:124

وَإِذَا مَآ أُنزِلَتۡ سُورَةٌ فَمِنۡهُم مَّن يَقُولُ أَيُّكُمۡ زَادَتۡهُ هَٰذِهِۦٓ إِيمَٰنًاۚ فَأَمَّا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ فَزَادَتۡهُمۡ إِيمَٰنًا وَهُمۡ يَسۡتَبۡشِرُونَ

Kull meta tinżel xi sura, hemm minnhom (ta' wiċċ b'ieħor) li jgħidu (bi tkasbir): 'Lil min minnkom (din is- sura) żiditu fit-twemmin) Iżda lil-dawk li jemmnu (tassew) żidithom fit-twemmin, u huma ferħanin (b'dan, għaliex kull vers fil-Qoran jagħmel minnhom. Misilmin tajbin)

9:125

وَأَمَّا ٱلَّذِينَ فِي قُلُوبِهِم مَّرَضٌ فَزَادَتۡهُمۡ رِجۡسًا إِلَىٰ رِجۡسِهِمۡ وَمَاتُواْ وَهُمۡ كَٰفِرُونَ

Iżda dawk li fi qlubhom hemm marda (taċ-ċaħda tat- twemmin u tal-wiċċ b'ieħor, is-sura li tinżel) tkompli żżidilhom it-tinġis tagħhom (il-wiċċ b'ieħor) b'faktar) tinġis, u jmutu meta jkunu għadhom ma jemmnux

9:126

أَوَلَا يَرَوۡنَ أَنَّهُمۡ يُفۡتَنُونَ فِي كُلِّ عَامٍ مَّرَّةً أَوۡ مَرَّتَيۡنِ ثُمَّ لَا يَتُوبُونَ وَلَا هُمۡ يَذَّكَّرُونَ

Mela (ta' wiċċ b'ieħor) ma jarawx li kull sena qegħdin jiġġarrbu darba jew darbtejn, imbagħad la jindmu u lanqas jiftakru (fit-twissija ta' Alla)

9:127

وَإِذَا مَآ أُنزِلَتۡ سُورَةٌ نَّظَرَ بَعۡضُهُمۡ إِلَىٰ بَعۡضٍ هَلۡ يَرَىٰكُم مِّنۡ أَحَدٍ ثُمَّ ٱنصَرَفُواْۚ صَرَفَ ٱللَّهُ قُلُوبَهُم بِأَنَّهُمۡ قَوۡمٌ لَّا يَفۡقَهُونَ

Kull darba li titniżżel sura, uħud minnhom iħarsu lejn xulxin (u jgħidu): ''Tgħid qiegħed jarakom xi ħadd (mill- Misilminj 7' Imbagħad jitilqu. Alla telaq qlubhom (għa kollox) għaliex huma nies li ma jifhmux

9:128

لَقَدۡ جَآءَكُمۡ رَسُولٌ مِّنۡ أَنفُسِكُمۡ عَزِيزٌ عَلَيۡهِ مَا عَنِتُّمۡ حَرِيصٌ عَلَيۡكُم بِٱلۡمُؤۡمِنِينَ رَءُوفٌ رَّحِيمٌ

Għadu kif ġiekom Mibgħut minnkom infuskom. Is- saram: tagħkom ikiddu, u moħħu fikom. Huwa kollu tjieba u ħanin ma' dawk li jemmnu

9:129

فَإِن تَوَلَّوۡاْ فَقُلۡ حَسۡبِيَ ٱللَّهُ لَآ إِلَٰهَ إِلَّا هُوَۖ عَلَيۡهِ تَوَكَّلۡتُۖ وَهُوَ رَبُّ ٱلۡعَرۡشِ ٱلۡعَظِيمِ

Iżda jekk jagħtu daharhom. (u ma' jkunux iridu jisimgħu), għid (Muħammad): ''Alla huwa biżżejjed għalija. Ma hemmx alla ħliefu. F'idejh ħallejt, u huwa Sid it-Tron il-kbir (tas-sebħ tiegħu)

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.