Surah 34 · 54 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah Saba in Maltese

In English with tafsir

بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ

34:1

ٱلۡحَمۡدُ لِلَّهِ ٱلَّذِي لَهُۥ مَا فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَمَا فِي ٱلۡأَرۡضِ وَلَهُ ٱلۡحَمۡدُ فِي ٱلۡأٓخِرَةِۚ وَهُوَ ٱلۡحَكِيمُ ٱلۡخَبِيرُ

Tifħir lil Alla li tiegħu hu kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u tiegħu t-tifħir fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra). Huwa l- Għaref, li jaf sew (dwar kollox u kulħadd)

34:2

يَعۡلَمُ مَا يَلِجُ فِي ٱلۡأَرۡضِ وَمَا يَخۡرُجُ مِنۡهَا وَمَا يَنزِلُ مِنَ ٱلسَّمَآءِ وَمَا يَعۡرُجُ فِيهَاۚ وَهُوَ ٱلرَّحِيمُ ٱلۡغَفُورُ

Huwa jaf b'dak li jidħol fl-art u b'dak li joħroġ minnha, b'dak li jinżel mis-sema u b'dak li jitla' fiha. Huwa l- Ħanin, Kollu Maħfra

34:3

وَقَالَ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ لَا تَأۡتِينَا ٱلسَّاعَةُۖ قُلۡ بَلَىٰ وَرَبِّي لَتَأۡتِيَنَّكُمۡ عَٰلِمِ ٱلۡغَيۡبِۖ لَا يَعۡزُبُ عَنۡهُ مِثۡقَالُ ذَرَّةٍ فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَلَا فِي ٱلۡأَرۡضِ وَلَآ أَصۡغَرُ مِن ذَٰلِكَ وَلَآ أَكۡبَرُ إِلَّا فِي كِتَٰبٍ مُّبِينٍ

Dawk li jiċħdu t-twemmin qalu: ''Is-Siegħa qatt ma hija se tiġi fuqnaf' Għid(ilhom): 'Iva, (naħlef) fuq Sidi (il- Mulej) li tassew tiġi fuqkom, (u dan naħilfu) fuq (dak Sidi) li jaf il-ħwejjeġ mistural Ma jaqbiżlu (xejn, lanqas) it-toqol ta' atomu, la fis-smewwiet u lanqas fl-art, u ma hemmx iżgħar minn dak, u lanqas akbar, li ma jinsabx fi Ktieb mill-aktar ċarl

34:4

لِّيَجۡزِيَ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِۚ أُوْلَٰٓئِكَ لَهُم مَّغۡفِرَةٌ وَرِزۡقٌ كَرِيمٌ

Dan biex jagħti l-ħlas (xieraq) lil dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid. Dawk ikollhom maħfra u ġid tajjeb u kotran

34:5

وَٱلَّذِينَ سَعَوۡ فِيٓ ءَايَٰتِنَا مُعَٰجِزِينَ أُوْلَٰٓئِكَ لَهُمۡ عَذَابٌ مِّن رِّجۡزٍ أَلِيمٌ

Iżda dawk li jħabirku biex ifixklu (u jxejnu) is-sinjali tagħna, ikollhom kastig ta' wġigħ

34:6

وَيَرَى ٱلَّذِينَ أُوتُواْ ٱلۡعِلۡمَ ٱلَّذِيٓ أُنزِلَ إِلَيۡكَ مِن رَّبِّكَ هُوَ ٱلۡحَقَّ وَيَهۡدِيٓ إِلَىٰ صِرَٰطِ ٱلۡعَزِيزِ ٱلۡحَمِيدِ

Dawk li ngħataw l-għarfien jaraw li dak (il-Ktieb) li tniżżillek. (Muħammad) mingħand Sidek huwa s-sewwa, u jmexxi lejn it-triq tal-Felħan, li jistħoqq kull tifħir

34:7

وَقَالَ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ هَلۡ نَدُلُّكُمۡ عَلَىٰ رَجُلٍ يُنَبِّئُكُمۡ إِذَا مُزِّقۡتُمۡ كُلَّ مُمَزَّقٍ إِنَّكُمۡ لَفِي خَلۡقٍ جَدِيدٍ

Dawk li jiċħdu t-twemmin qalu (bi rkasbir): ''Tridux nurukom raġel li jħabbrilkom li, meta tkunu tfarraktu għal kollox (fl-oqbra wara mewtkom), terġgħu. tkunu f'ħolqien ġdid

34:8

أَفۡتَرَىٰ عَلَى ٱللَّهِ كَذِبًا أَم بِهِۦ جِنَّةُۢۗ بَلِ ٱلَّذِينَ لَا يُؤۡمِنُونَ بِٱلۡأٓخِرَةِ فِي ٱلۡعَذَابِ وَٱلضَّلَٰلِ ٱلۡبَعِيدِ

Jaqaw (dan) qala' xi gidba dwar Alla, jew inħakem mill-ispirti) Le (mhux hekk)l Dawk li ma jemmnux fil- (Ħajja) l-Oħra jinsabu fil-kastig, u f'telfien kbir

34:9

أَفَلَمۡ يَرَوۡاْ إِلَىٰ مَا بَيۡنَ أَيۡدِيهِمۡ وَمَا خَلۡفَهُم مِّنَ ٱلسَّمَآءِ وَٱلۡأَرۡضِۚ إِن نَّشَأۡ نَخۡسِفۡ بِهِمُ ٱلۡأَرۡضَ أَوۡ نُسۡقِطۡ عَلَيۡهِمۡ كِسَفًا مِّنَ ٱلسَّمَآءِۚ إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَأٓيَةً لِّكُلِّ عَبۡدٍ مُّنِيبٍ

Mela ma jarawx x'hemm quddiemhom u warajhom fis- sema u fl-art 2 Jekk irridu, inġiegħlu l-art tiblagħhom, jew inwaqqgħu għal fuqhom bċejjeċ mis-sema. Tabilħaqq li f'dan hawn sinjal għal kull qaddej niedem

34:10

وَلَقَدۡ ءَاتَيۡنَا دَاوُۥدَ مِنَّا فَضۡلًاۖ يَٰجِبَالُ أَوِّبِي مَعَهُۥ وَٱلطَّيۡرَۖ وَأَلَنَّا لَهُ ٱلۡحَدِيدَ

Aħna tassew tajna lil David tjieba mingħandna (meta għedna): 'la iġbla u tjur. faħħru (il A/la) flimkien miegħut' (Mhux biss, iżda) rattabnielu l-ħadid

34:11

أَنِ ٱعۡمَلۡ سَٰبِغَٰتٍ وَقَدِّرۡ فِي ٱلسَّرۡدِۖ وَٱعۡمَلُواْ صَٰلِحًاۖ إِنِّي بِمَا تَعۡمَلُونَ بَصِيرٌ

(u għednielu): 'Agħmel (minnu) kurazzi, u kejjel sewwa l-ħoloq (żagħhom)t U (intom ilkoll), agħmlu l-ġidi Jiena tabilħaqq nara kulma tagħmlul

34:12

وَلِسُلَيۡمَٰنَ ٱلرِّيحَ غُدُوُّهَا شَهۡرٌ وَرَوَاحُهَا شَهۡرٌۖ وَأَسَلۡنَا لَهُۥ عَيۡنَ ٱلۡقِطۡرِۖ وَمِنَ ٱلۡجِنِّ مَن يَعۡمَلُ بَيۡنَ يَدَيۡهِ بِإِذۡنِ رَبِّهِۦۖ وَمَن يَزِغۡ مِنۡهُمۡ عَنۡ أَمۡرِنَا نُذِقۡهُ مِنۡ عَذَابِ ٱلسَّعِيرِ

Lil Salamun (rajnieh is-setgħa) fuq ir-riħ: filgħodu jonfoħ u jasal f'bogħod milħuq f'xahar (safar), u filgħaxija jonfoħ u jasal f'bogħod milħuq f'xahar (safar). Aħna ġegħelna għajn ta' ram imdewweb igelgel għalih, u minn fost il-ġinn hemm min jaħdem quddiemu, bir-rieda ta' Sidi, U min minnhom iwarrab l-amar tagħna, indewquh mill-kastig tan-Nar iħeġġeġ

34:13

يَعۡمَلُونَ لَهُۥ مَا يَشَآءُ مِن مَّحَٰرِيبَ وَتَمَٰثِيلَ وَجِفَانٍ كَٱلۡجَوَابِ وَقُدُورٍ رَّاسِيَٰتٍۚ ٱعۡمَلُوٓاْ ءَالَ دَاوُۥدَ شُكۡرًاۚ وَقَلِيلٌ مِّنۡ عِبَادِيَ ٱلشَّكُورُ

Huma għamlulu kulma kien jixtieq: arkati, statwi, skutelli kbar bħal ġwiebi, u kaldaruni (ta' l-ikel) imqegħdin sew (f'posthom). ''Ja nies David, aħdmu b'radd ta' ħajrl' Iżda huma ftit il-qaddejja tiegħi li jagħtu ħajr

34:14

فَلَمَّا قَضَيۡنَا عَلَيۡهِ ٱلۡمَوۡتَ مَا دَلَّهُمۡ عَلَىٰ مَوۡتِهِۦٓ إِلَّا دَآبَّةُ ٱلۡأَرۡضِ تَأۡكُلُ مِنسَأَتَهُۥۖ فَلَمَّا خَرَّ تَبَيَّنَتِ ٱلۡجِنُّ أَن لَّوۡ كَانُواْ يَعۡلَمُونَ ٱلۡغَيۡبَ مَا لَبِثُواْ فِي ٱلۡعَذَابِ ٱلۡمُهِينِ

U meta qtajna li huwa (Salamun) għandu jmut, ħadd ħlief dudu ta' l-art, li nawwarlu l-ħatar tiegħu, ma wriehom li kien miet. U meta (Sa/amn) waqa', il-ġinn intebħu li, kieku kienu jafu l-ħwejjeġ mistura, ma kinux jibqgħu fil-kastig ta' tkasbir

34:15

لَقَدۡ كَانَ لِسَبَإٍ فِي مَسۡكَنِهِمۡ ءَايَةٌۖ جَنَّتَانِ عَن يَمِينٍ وَشِمَالٍۖ كُلُواْ مِن رِّزۡقِ رَبِّكُمۡ وَٱشۡكُرُواْ لَهُۥۚ بَلۡدَةٌ طَيِّبَةٌ وَرَبٌّ غَفُورٌ

(In-nies ta') Saba tassew kellhom sinjal f'arthom: żewġ ġonna; (wieħed): fuq il-lemin u (ieħor) fuq ix-xellug. 'Kulu mill-ġid ta' Sidkom (il-Mulej) u roddulu ħajr. (Għandkom) belt tajba, u Sid Kollu Maħfral

34:16

فَأَعۡرَضُواْ فَأَرۡسَلۡنَا عَلَيۡهِمۡ سَيۡلَ ٱلۡعَرِمِ وَبَدَّلۡنَٰهُم بِجَنَّتَيۡهِمۡ جَنَّتَيۡنِ ذَوَاتَيۡ أُكُلٍ خَمۡطٍ وَأَثۡلٍ وَشَيۡءٍ مِّن سِدۡرٍ قَلِيلٍ

Iżda huma ma tawx kas (u ma tawx ħajr), u għalhekk bgħatna għal fuqhom l-ilmijiet tad-diga (il-kbira) u biddilnielhom iż-żewġ ġonna tagħhom (li kellhom siġar ta' l-aqwa frott) bi tnejn oħra (b'siġar). li jagħmlu frott morr, bruka u xi ftit siġar tax-xewk

34:17

ذَٰلِكَ جَزَيۡنَٰهُم بِمَا كَفَرُواْۖ وَهَلۡ نُجَٰزِيٓ إِلَّا ٱلۡكَفُورَ

Dak (il-ħlas) ħallasniehom talli m'emmnux. Jaqaw se nikkastigaw (/il xi ħadd) ħlief lil-dak li jiċħad it- twemmin

34:18

وَجَعَلۡنَا بَيۡنَهُمۡ وَبَيۡنَ ٱلۡقُرَى ٱلَّتِي بَٰرَكۡنَا فِيهَا قُرًى ظَٰهِرَةً وَقَدَّرۡنَا فِيهَا ٱلسَّيۡرَۖ سِيرُواْ فِيهَا لَيَالِيَ وَأَيَّامًا ءَامِنِينَ

Bejnhom/u bejn il-bliet li berikna qegħedna bliet oħra (qrib xulxin) li jidhru sew. u għamilniehom imbegħdin bil-qjies, għal min isiefer (u għedna): 'Terrqu fihom billejl u binhar, imħarsinf

34:19

فَقَالُواْ رَبَّنَا بَٰعِدۡ بَيۡنَ أَسۡفَارِنَا وَظَلَمُوٓاْ أَنفُسَهُمۡ فَجَعَلۡنَٰهُمۡ أَحَادِيثَ وَمَزَّقۡنَٰهُمۡ كُلَّ مُمَزَّقٍۚ إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَأٓيَٰتٍ لِّكُلِّ صَبَّارٍ شَكُورٍ

Qalu: ''Sidna (il-Mulej), agħmel li s-safriet tagħna jkunu aktar fit-tul'' Huma naqsu lejhom infushom u għalhekk għamilniehom stejjer (biex ħaddieħor jitkellem dwarhom u jieħu tagħlima minnhom) u xerridniehom għal kollox. Tassew li f'dan hawn sinjali għal kulmin jistabar, li jagħti ħajr

34:20

وَلَقَدۡ صَدَّقَ عَلَيۡهِمۡ إِبۡلِيسُ ظَنَّهُۥ فَٱتَّبَعُوهُ إِلَّا فَرِيقًا مِّنَ ٱلۡمُؤۡمِنِينَ

Sewwa ħaseb ix-Xitan fuqhom, u huma mxew warajh, ħlief għal ġemgħa ta' nies li jemmnu

34:21

وَمَا كَانَ لَهُۥ عَلَيۡهِم مِّن سُلۡطَٰنٍ إِلَّا لِنَعۡلَمَ مَن يُؤۡمِنُ بِٱلۡأٓخِرَةِ مِمَّنۡ هُوَ مِنۡهَا فِي شَكٍّۗ وَرَبُّكَ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءٍ حَفِيظٌ

Ma kellux setgħa fuqhom ħlief biex inkunu nafu lil dak (fosthom) li jemmen fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra) minn dak li jinsab fid-dubju dwarha, Sidek (il-Mulej) iħares lil kollox (ar lil kulħadd mill-ħsara)

34:22

قُلِ ٱدۡعُواْ ٱلَّذِينَ زَعَمۡتُم مِّن دُونِ ٱللَّهِ لَا يَمۡلِكُونَ مِثۡقَالَ ذَرَّةٍ فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَلَا فِي ٱلۡأَرۡضِ وَمَا لَهُمۡ فِيهِمَا مِن شِرۡكٍ وَمَا لَهُۥ مِنۡهُم مِّن ظَهِيرٍ

Għid(ilhom Muħammad lill-pagani): 'Sejħu lil dawk (l- allat) li tgħidu li huma minflok Alla. Huma ma għandhomx. it-toqol ta' atomu (wieħed biss, la) fis- smewwiet u lanqas fl-art, u ma għandhom ebda sehem fihom it-tnejn, u ( 4/la) ma għandu (bżonn) lil ħadd minnhom biex jgħimu

34:23

وَلَا تَنفَعُ ٱلشَّفَٰعَةُ عِندَهُۥٓ إِلَّا لِمَنۡ أَذِنَ لَهُۥۚ حَتَّىٰٓ إِذَا فُزِّعَ عَن قُلُوبِهِمۡ قَالُواْ مَاذَا قَالَ رَبُّكُمۡۖ قَالُواْ ٱلۡحَقَّۖ وَهُوَ ٱلۡعَلِيُّ ٱلۡكَبِيرُ

Ma tiswa xejn l-interċessjoni miegħu, ħlief lil-min (Alla). iħallih (li jagħmel dan). U meta l-biża' jħalli qlubhom (dawk (i jinterċedu f'Jum: il-Ġudizzju) jgħidu (lil xulxin): X'qal Sidkomi' Huma jgħidu: ''Is-sewwal Huwa l-Għoli, il-Kbir

34:24

قُلۡ مَن يَرۡزُقُكُم مِّنَ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۖ قُلِ ٱللَّهُۖ وَإِنَّآ أَوۡ إِيَّاكُمۡ لَعَلَىٰ هُدًى أَوۡ فِي ضَلَٰلٍ مُّبِينٍ

(Għidċilhom ukoll. Muħammad): ''Min. jagħtikom. l- għajxien. mis-smewwiet u. l-artf' Għid: 'Allal U tabilħaqq li, jew aħna jew intom, ninsabu fit-triq it-tajba, jew f'telfien mill-aktar ċar

34:25

قُل لَّا تُسۡـَٔلُونَ عَمَّآ أَجۡرَمۡنَا وَلَا نُسۡـَٔلُ عَمَّا تَعۡمَلُونَ

Għid(ilhom): 'Ma tkunux mistoqsijin dwar xi ħażen li għamilna, ti ma nkunux mistoqsijin dwar dak li tagħmlu

34:26

قُلۡ يَجۡمَعُ بَيۡنَنَا رَبُّنَا ثُمَّ يَفۡتَحُ بَيۡنَنَا بِٱلۡحَقِّ وَهُوَ ٱلۡفَتَّاحُ ٱلۡعَلِيمُ

Għid(ilhom lill-paġani): 'Sidna (il-Mulej) jiġmagħna (ilkoll flimkien). imbagħad. jagħmel. ħaqq. minna. fis- sewwa. Huwa l-Imħallef (ġusi) li jaf kollox

34:27

قُلۡ أَرُونِيَ ٱلَّذِينَ أَلۡحَقۡتُم بِهِۦ شُرَكَآءَۖ كـَلَّاۚ بَلۡ هُوَ ٱللَّهُ ٱلۡعَزِيزُ ٱلۡحَكِيمُ

Għid(ilhom Muħammad): ''Uruni lil dawk (l-allat l- aħra) li laqqajtu miegħu bħala ixirka (tiegħu). Le (dan ma tistgħux tagħmluh)i Huwa Alla l-Felħan, l-Għaref

34:28

وَمَآ أَرۡسَلۡنَٰكَ إِلَّا كَآفَّةً لِّلنَّاسِ بَشِيرًا وَنَذِيرًا وَلَٰكِنَّ أَكۡثَرَ ٱلنَّاسِ لَا يَعۡلَمُونَ

Aħna ma bgħatniekx (Muħammad) jekk mhux għall- bnedmin kollha, bħala xandar tal-bxara t-tajba u wieħed li jwissi, iżda ħafna min-nies ma jafux (dwar dan)

34:29

وَيَقُولُونَ مَتَىٰ هَٰذَا ٱلۡوَعۡدُ إِن كُنتُمۡ صَٰدِقِينَ

Huma jgħidu: 'Meta (sseħħ) din il-wegħda, jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

34:30

قُل لَّكُم مِّيعَادُ يَوۡمٍ لَّا تَسۡتَـٔۡخِرُونَ عَنۡهُ سَاعَةً وَلَا تَسۡتَقۡدِمُونَ

Għid(ilhom): ''Għandkom Jum imwiegħed li la titfgħuh lura u lanqas iġibuh 'il quddiem b'siegħa

34:31

وَقَالَ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ لَن نُّؤۡمِنَ بِهَٰذَا ٱلۡقُرۡءَانِ وَلَا بِٱلَّذِي بَيۡنَ يَدَيۡهِۗ وَلَوۡ تَرَىٰٓ إِذِ ٱلظَّٰلِمُونَ مَوۡقُوفُونَ عِندَ رَبِّهِمۡ يَرۡجِعُ بَعۡضُهُمۡ إِلَىٰ بَعۡضٍ ٱلۡقَوۡلَ يَقُولُ ٱلَّذِينَ ٱسۡتُضۡعِفُواْ لِلَّذِينَ ٱسۡتَكۡبَرُواْ لَوۡلَآ أَنتُمۡ لَكُنَّا مُؤۡمِنِينَ

Dawk li jieħdu t-twemmin jgħidu: 'M'aħniex se nemmnu f'dan il-Qoran, u lanqas f'dak (li niżel fiż- żminijiet) ta' qablut' Li kieku tara l-ħżiena meta jkunu mġegħlin jieqfu quddiem Sidhom, kif iwaħħlu f'xulxint Dawk (fosthom). li kienu maħqurin jgħidu lil-dawk li ikabbru: 'Li kieku mhux minħabba fikom, konna nkunu minn dawk li jemmnur

34:32

قَالَ ٱلَّذِينَ ٱسۡتَكۡبَرُواْ لِلَّذِينَ ٱسۡتُضۡعِفُوٓاْ أَنَحۡنُ صَدَدۡنَٰكُمۡ عَنِ ٱلۡهُدَىٰ بَعۡدَ إِذۡ جَآءَكُمۖ بَلۡ كُنتُم مُّجۡرِمِينَ

Dawk li tkabbru jgħidu lil dawk li kienu maħqurin: ZJaqaw aħna żammejniekom mit-tmexxija t-tajba wara li ġietkom/ 7 Le (twaħħlux fina); kontu intom il-ħatjinf

34:33

وَقَالَ ٱلَّذِينَ ٱسۡتُضۡعِفُواْ لِلَّذِينَ ٱسۡتَكۡبَرُواْ بَلۡ مَكۡرُ ٱلَّيۡلِ وَٱلنَّهَارِ إِذۡ تَأۡمُرُونَنَآ أَن نَّكۡفُرَ بِٱللَّهِ وَنَجۡعَلَ لَهُۥٓ أَندَادًاۚ وَأَسَرُّواْ ٱلنَّدَامَةَ لَمَّا رَأَوُاْ ٱلۡعَذَابَۚ وَجَعَلۡنَا ٱلۡأَغۡلَٰلَ فِيٓ أَعۡنَاقِ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْۖ هَلۡ يُجۡزَوۡنَ إِلَّا مَا كَانُواْ يَعۡمَلُونَ

Dawk li kienu maħqurin jgħidu lil dawk li tkabbru: Mhux hekk, iżda kien it-tnassis (tagħkom), lejl u nhar, meta kontu tordnawlna niċħdu lil Alla u nxierku (allat oħra) miegħu;' Huma żammu s-sogħba (moħbija ġewwa fihom) meta raw il-kastig, u Aħna qegħedna l-ktajjen madwar għenuq dawk li ċaħdu t-twemmin: Jaqaw se jitħallsu (ta' xi ħaġa oħra) għajr ta' dak li kienu jagħmlu

34:34

وَمَآ أَرۡسَلۡنَا فِي قَرۡيَةٍ مِّن نَّذِيرٍ إِلَّا قَالَ مُتۡرَفُوهَآ إِنَّا بِمَآ أُرۡسِلۡتُم بِهِۦ كَٰفِرُونَ

Ma'bgħatna (gatt) f'belt lil min iwissi li l-għonja tagħha ma qalux: 'Aħna tabilħaqq niċħdu dak li kontu mibgħutin bihf

34:35

وَقَالُواْ نَحۡنُ أَكۡثَرُ أَمۡوَٰلًا وَأَوۡلَٰدًا وَمَا نَحۡنُ بِمُعَذَّبِينَ

Huma qalu: 'Aħna għandna aktar ġid u wlied, u m'aħniex se nkunu kastigati

34:36

قُلۡ إِنَّ رَبِّي يَبۡسُطُ ٱلرِّزۡقَ لِمَن يَشَآءُ وَيَقۡدِرُ وَلَٰكِنَّ أَكۡثَرَ ٱلنَّاسِ لَا يَعۡلَمُونَ

Għid(ilhom Muħammad): ' Tabilħaqq li Sidi jkattar il- ġid lil min irid, u jnaqqsu (lif min jidhirlu), iżda l-kotra tan-nies ma jafux

34:37

وَمَآ أَمۡوَٰلُكُمۡ وَلَآ أَوۡلَٰدُكُم بِٱلَّتِي تُقَرِّبُكُمۡ عِندَنَا زُلۡفَىٰٓ إِلَّا مَنۡ ءَامَنَ وَعَمِلَ صَٰلِحًا فَأُوْلَٰٓئِكَ لَهُمۡ جَزَآءُ ٱلضِّعۡفِ بِمَا عَمِلُواْ وَهُمۡ فِي ٱلۡغُرُفَٰتِ ءَامِنُونَ

Ma. humiex il-ġid tagħkom u lanqas uliedkom li jqarrbukom lejna. (Ma jersqux lejna) ħlief dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid. Dawk għandhom ħlas doppju ta' dak li għamlu, u jinsabu mħarsin (minn kull ħsara) fl- għamajjar (tal-Ġenna)

34:38

وَٱلَّذِينَ يَسۡعَوۡنَ فِيٓ ءَايَٰتِنَا مُعَٰجِزِينَ أُوْلَٰٓئِكَ فِي ٱلۡعَذَابِ مُحۡضَرُونَ

Iżda dawk li jħabirku kontra s-sinjali tagħna, biex ifixkluhom, dawk jinġiebu fil-kastig

34:39

قُلۡ إِنَّ رَبِّي يَبۡسُطُ ٱلرِّزۡقَ لِمَن يَشَآءُ مِنۡ عِبَادِهِۦ وَيَقۡدِرُ لَهُۥۚ وَمَآ أَنفَقۡتُم مِّن شَيۡءٍ فَهُوَ يُخۡلِفُهُۥۖ وَهُوَ خَيۡرُ ٱلرَّٰزِقِينَ

(Għidfilhom Muħammad): 'Sidi tabilħaqq ikattar il-ġid lil min irid mill-qaddejja tiegħu, u jnaqqsu (lil min jidhirlu): Iżda kull ħaġa li tonfqu (għall-kawża tiegħu), Huwa jroddha (/ura lilkom). Huwa l-Aħjar li jagħti l- ġid

34:40

وَيَوۡمَ يَحۡشُرُهُمۡ جَمِيعًا ثُمَّ يَقُولُ لِلۡمَلَٰٓئِكَةِ أَهَٰٓؤُلَآءِ إِيَّاكُمۡ كَانُواْ يَعۡبُدُونَ

Fil-Jum li (Alla) jiġborhom ilkoll, Huwa jgħid lill- anġli: 'Jaqaw dawn lilkom kienu jqimu

34:41

قَالُواْ سُبۡحَٰنَكَ أَنتَ وَلِيُّنَا مِن دُونِهِمۖ بَلۡ كَانُواْ يَعۡبُدُونَ ٱلۡجِنَّۖ أَكۡثَرُهُم بِهِم مُّؤۡمِنُونَ

Jgħidu (l-anġli): 'Sebħ lilek Inti li tħarisna, mhux huma. Le (mhux lilna taw qima), iżda kienu jqimu lill- ġinn: Il-kotra tagħhom jemmnu fihom

34:42

فَٱلۡيَوۡمَ لَا يَمۡلِكُ بَعۡضُكُمۡ لِبَعۡضٍ نَّفۡعًا وَلَا ضَرًّا وَنَقُولُ لِلَّذِينَ ظَلَمُواْ ذُوقُواْ عَذَابَ ٱلنَّارِ ٱلَّتِي كُنتُم بِهَا تُكَذِّبُونَ

Illum ma tistgħu tkunu la ta' ġid u lanqas ta' deni għal xulxin, U ngħidu lil dawk li għamlu l-ħażen: 'Duqu l- kastig tan-Nar li kontu tgiddbul

34:43

وَإِذَا تُتۡلَىٰ عَلَيۡهِمۡ ءَايَٰتُنَا بَيِّنَٰتٍ قَالُواْ مَا هَٰذَآ إِلَّا رَجُلٌ يُرِيدُ أَن يَصُدَّكُمۡ عَمَّا كَانَ يَعۡبُدُ ءَابَآؤُكُمۡ وَقَالُواْ مَا هَٰذَآ إِلَّآ إِفۡكٌ مُّفۡتَرًىۚ وَقَالَ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ لِلۡحَقِّ لَمَّا جَآءَهُمۡ إِنۡ هَٰذَآ إِلَّا سِحۡرٌ مُّبِينٌ

Meta jingrawlhom il-versi ċari tagħna jgħidu: ''Dan ma huwiex ħlief raġel li jrid iżommkom minn dak li kienu jqimu missirijietkom.' U jgħidu (ukoll): 'Dan ma huwiex ħlief qerq maqlugħ minn żnied (dan ir-raġelji' Dawk li jiċħdu s-sewwa meta jaslilhom, jgħidu: ''Dan ma huwiex ħlief seħer biċ-ċart)

34:44

وَمَآ ءَاتَيۡنَٰهُم مِّن كُتُبٍ يَدۡرُسُونَهَاۖ وَمَآ أَرۡسَلۡنَآ إِلَيۡهِمۡ قَبۡلَكَ مِن نَّذِيرٍ

Ma tajnihomx kotba biex jistudjawhom, u lanqas ma bgħatnielhom qablek (Muħammad) lil min iwissi/hom

34:45

وَكَذَّبَ ٱلَّذِينَ مِن قَبۡلِهِمۡ وَمَا بَلَغُواْ مِعۡشَارَ مَآ ءَاتَيۡنَٰهُمۡ فَكَذَّبُواْ رُسُلِيۖ فَكَيۡفَ كَانَ نَكِيرِ

Dawk ta' qabilhom giddbu (is-sewwa) u (il-pagani) ma laħqux wieħed minn għaxra minn dak li tajniehom ((i/ ta' qabilhom). Huma giddbu l-Mibgħutin tiegħi. U kemm kienet kerha l-kundanna tiegħi (lilhom)i

34:46

قُلۡ إِنَّمَآ أَعِظُكُم بِوَٰحِدَةٍۖ أَن تَقُومُواْ لِلَّهِ مَثۡنَىٰ وَفُرَٰدَىٰ ثُمَّ تَتَفَكَّرُواْۚ مَا بِصَاحِبِكُم مِّن جِنَّةٍۚ إِنۡ هُوَ إِلَّا نَذِيرٌ لَّكُم بَيۡنَ يَدَيۡ عَذَابٍ شَدِيدٍ

(Għidfilhom Muħammad): ''Inwissikom ħaġa waħda biss: li tqumu quddiem Alla, tnejn tnejn, kif ukoll waħidkom, imbagħad aħsbu sewt F'seħibkom (Muħammad) ma hemmx il-ġinn (u huwa f'sensih). Ma huwiex għajr bniedem li jwissikom, quddiem kastig qalil (li riesaq fuqkom)

34:47

قُلۡ مَا سَأَلۡتُكُم مِّنۡ أَجۡرٍ فَهُوَ لَكُمۡۖ إِنۡ أَجۡرِيَ إِلَّا عَلَى ٱللَّهِۖ وَهُوَ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءٍ شَهِيدٌ

(Għidfilhom ukoll): ''Dak il-ħlas li tlabtkom huwa għalikoml Jiena ħlasi minn Alla biss (u lilkom ma nitlobkom xejn), u Huwa Xhud ta' kollox

34:48

قُلۡ إِنَّ رَبِّي يَقۡذِفُ بِٱلۡحَقِّ عَلَّٰمُ ٱلۡغُيُوبِ

Għid (Muħammad): 'Tabilħaqq li Sidi (il-Mulej) jibgħat is-sewwa bil-qawwa. Huwa jaf il-ħwejjeġ mistura

34:49

قُلۡ جَآءَ ٱلۡحَقُّ وَمَا يُبۡدِئُ ٱلۡبَٰطِلُ وَمَا يُعِيدُ

Għid (ukoll): ''Is-sewwa' ġie, filwaqt li l-qerq ma jibda xejn, u lanqas iġedded

34:50

قُلۡ إِن ضَلَلۡتُ فَإِنَّمَآ أَضِلُّ عَلَىٰ نَفۡسِيۖ وَإِنِ ٱهۡتَدَيۡتُ فَبِمَا يُوحِيٓ إِلَيَّ رَبِّيٓۚ إِنَّهُۥ سَمِيعٌ قَرِيبٌ

Għid: 'Jekk nintilef, nintilef biss għalija nnifsi, u jekk inkun fit-triq it-tajba, dan ikun bis-saħħa ta' dak li jnebbaħni Sidi. Huwa tassew jisma' kollox, (dejjem) fil- qrib

34:51

وَلَوۡ تَرَىٰٓ إِذۡ فَزِعُواْ فَلَا فَوۡتَ وَأُخِذُواْ مِن مَّكَانٍ قَرِيبٍ

(Kieku tara/hom) meta jkunu mbeżżgħin, u ma jkunx hemm minn fejn jaħarbu. Imbagħad jittieħdu minn post fil-qrib

34:52

وَقَالُوٓاْ ءَامَنَّا بِهِۦ وَأَنَّىٰ لَهُمُ ٱلتَّنَاوُشُ مِن مَّكَانِۭ بَعِيدٍ

u jgħidu: 'Emminna fih (f'Muħammad u fil-Qoranji' Iżda kif jistgħu jilqgħuh. (it-twemmin) minn. post imbiegħed

34:53

وَقَدۡ كَفَرُواْ بِهِۦ مِن قَبۡلُۖ وَيَقۡذِفُونَ بِٱلۡغَيۡبِ مِن مَّكَانِۭ بَعِيدٍ

meta qabel kienu ċaħduh u kienu jħawdu bla għarfien minn post imbiegħed

34:54

وَحِيلَ بَيۡنَهُمۡ وَبَيۡنَ مَا يَشۡتَهُونَ كَمَا فُعِلَ بِأَشۡيَاعِهِم مِّن قَبۡلُۚ إِنَّهُمۡ كَانُواْ فِي شَكٍّ مُّرِيبِۭ

Ikun hemm x'jifred bejnhom u bejn dak li jixtiequ, kif sar qabel ma' min kien bħalhom. Huma tabilħaqq kienu f'dubju (li ħalliehom) bejn ħalltejn

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.