Surah 98 · 8 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi
Surah Al-Bayyinah in Maltese
بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ
لَمۡ يَكُنِ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ مِنۡ أَهۡلِ ٱلۡكِتَٰبِ وَٱلۡمُشۡرِكِينَ مُنفَكِّينَ حَتَّىٰ تَأۡتِيَهُمُ ٱلۡبَيِّنَةُ
Dawk li ma jemmnux (fl-Islam) minn Nies il-Ktieb (il- Lhud u l-Insara) u dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla) ma jieqfux (min-nuqqas ta' twemminhom), sa ma tiġihom il- prova ċara
رَسُولٌ مِّنَ ٱللَّهِ يَتۡلُواْ صُحُفًا مُّطَهَّرَةً
Mibgħut minn Alla (Muħammad), jaqra Paġni msaffija
وَمَا تَفَرَّقَ ٱلَّذِينَ أُوتُواْ ٱلۡكِتَٰبَ إِلَّا مِنۢ بَعۡدِ مَا جَآءَتۡهُمُ ٱلۡبَيِّنَةُ
U dawk li ngħataw il-Ktieb ma nfirdux ħlief wara li ġiethom il-prova ċ-ċara
وَمَآ أُمِرُوٓاْ إِلَّا لِيَعۡبُدُواْ ٱللَّهَ مُخۡلِصِينَ لَهُ ٱلدِّينَ حُنَفَآءَ وَيُقِيمُواْ ٱلصَّلَوٰةَ وَيُؤۡتُواْ ٱلزَّكَوٰةَۚ وَذَٰلِكَ دِينُ ٱلۡقَيِّمَةِ
Huma ma tqabbdux għajr li jqimu lil Alla u joqogħdu biss għad-din tiegħu, bi twemmin safi, u jagħmlu t-talb u jagħtu l-karità. Dik hija r-reliġjon sewwa
إِنَّ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ مِنۡ أَهۡلِ ٱلۡكِتَٰبِ وَٱلۡمُشۡرِكِينَ فِي نَارِ جَهَنَّمَ خَٰلِدِينَ فِيهَآۚ أُوْلَٰٓئِكَ هُمۡ شَرُّ ٱلۡبَرِيَّةِ
Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux (fil-Qoran u fil-Profeta) minn Nies il-Ktieb u l-pagani se jkunu f'nar l-Infern għal dejjem. Dawk huma l-agħar ħlejjaq
إِنَّ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ أُوْلَٰٓئِكَ هُمۡ خَيۡرُ ٱلۡبَرِيَّةِ
Tabilħaqq li dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid, dawk huma l-aħjar ħlejjaq
جَزَآؤُهُمۡ عِندَ رَبِّهِمۡ جَنَّٰتُ عَدۡنٍ تَجۡرِي مِن تَحۡتِهَا ٱلۡأَنۡهَٰرُ خَٰلِدِينَ فِيهَآ أَبَدًاۖ رَّضِيَ ٱللَّهُ عَنۡهُمۡ وَرَضُواْ عَنۡهُۚ ذَٰلِكَ لِمَنۡ خَشِيَ رَبَّهُۥ
Ħlashom għand Sidhom: il-Ġonna ta' l-Għeden bix- xmajjar jiġru taħthom; fihom jgħammru għal. dejjem. Huwa jithenna bihom, u huma jithennew bih. Dak (il- ħlas) għal min jibża' minn Sidu
Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.