Surah 99 · 8 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah Az-Zalzalah in Maltese

In English with tafsir

بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ

99:1

إِذَا زُلۡزِلَتِ ٱلۡأَرۡضُ زِلۡزَالَهَا

Meta l-art titheżżeż bit-theżżiża (qawwija) tagħha

99:2

وَأَخۡرَجَتِ ٱلۡأَرۡضُ أَثۡقَالَهَا

u l-art tferra' t-toqol tagħha (minn ġewwa fiha)

99:3

وَقَالَ ٱلۡإِنسَٰنُ مَا لَهَا

il-bniedem jgħid: 'X'għandha

99:4

يَوۡمَئِذٍ تُحَدِّثُ أَخۡبَارَهَا

Dakinhar hija tħabbar l-aħbar tagħha

99:5

بِأَنَّ رَبَّكَ أَوۡحَىٰ لَهَا

għaliex Sidek nebbaħha

99:6

يَوۡمَئِذٍ يَصۡدُرُ ٱلنَّاسُ أَشۡتَاتًا لِّيُرَوۡاْ أَعۡمَٰلَهُمۡ

Dakinhar in-nies joħorġu, imxerrdin, biex jintwerew (lilhom) l-għemejjel tagħhom (u jieħdu l-ħlas mistħoqq)

99:7

فَمَن يَعۡمَلۡ مِثۡقَالَ ذَرَّةٍ خَيۡرًا يَرَهُۥ

U min jagħmel b'toqol ta' atomu ġid, jarah

99:8

وَمَن يَعۡمَلۡ مِثۡقَالَ ذَرَّةٍ شَرًّا يَرَهُۥ

umin jagħmel b'toqol ta' atomu deni, jarahl

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.