Surah 97 · 5 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah Al-Qadr in Maltese

In English with tafsir

بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ

97:1

إِنَّآ أَنزَلۡنَٰهُ فِي لَيۡلَةِ ٱلۡقَدۡرِ

Aħna tabilħaqq niżżilnieh (il-Qoran imqaddes) f'lejlet id- destin u l-glorja

97:2

وَمَآ أَدۡرَىٰكَ مَا لَيۡلَةُ ٱلۡقَدۡرِ

U x'inhu li jgħarrfek (Muħammad) x'inhi lejlet id-destin u l-glorja

97:3

لَيۡلَةُ ٱلۡقَدۡرِ خَيۡرٌ مِّنۡ أَلۡفِ شَهۡرٍ

Lejlet id-destin aħjar minn elf xahar

97:4

تَنَزَّلُ ٱلۡمَلَٰٓئِكَةُ وَٱلرُّوحُ فِيهَا بِإِذۡنِ رَبِّهِم مِّن كُلِّ أَمۡرٍ

L-anġli u r-ruħ (l-anġlu Gabrijel) jinżlu fiha bil-permess ta' Sidhom, b'kull digriet

97:5

سَلَٰمٌ هِيَ حَتَّىٰ مَطۡلَعِ ٱلۡفَجۡرِ

Sliem hija (din il-lejla), sa tlugħ is-sebħ

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.