Surah 24 · 64 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah An-Nur in Maltese

In English with tafsir

بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ

24:1

سُورَةٌ أَنزَلۡنَٰهَا وَفَرَضۡنَٰهَا وَأَنزَلۡنَا فِيهَآ ءَايَٰتِۭ بَيِّنَٰتٍ لَّعَلَّكُمۡ تَذَكَّرُونَ

(Din hija). sura. li niżżilnieha (lilek. Muħammad), għamilnieha obbligu (għall-Misilmin), u niżżilna fiha sinjali ċari biex forsi tiftakru (fit-twissija)

24:2

ٱلزَّانِيَةُ وَٱلزَّانِي فَٱجۡلِدُواْ كُلَّ وَٰحِدٍ مِّنۡهُمَا مِاْئَةَ جَلۡدَةٍۖ وَلَا تَأۡخُذۡكُم بِهِمَا رَأۡفَةٌ فِي دِينِ ٱللَّهِ إِن كُنتُمۡ تُؤۡمِنُونَ بِٱللَّهِ وَٱلۡيَوۡمِ ٱلۡأٓخِرِۖ وَلۡيَشۡهَدۡ عَذَابَهُمَا طَآئِفَةٌ مِّنَ ٱلۡمُؤۡمِنِينَ

Liż-żienja u liż-żieni agħtuhom mitt sawt kull wieħed, u tħennux għalihom fejn tidħol il-liġi ta' Alla, jekk (tassew) temmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum, u (araw) li ġemgħa minn dawk li jemmnu jixhdu għall-kastig tagħhom it-tnejn

24:3

ٱلزَّانِي لَا يَنكِحُ إِلَّا زَانِيَةً أَوۡ مُشۡرِكَةً وَٱلزَّانِيَةُ لَا يَنكِحُهَآ إِلَّا زَانٍ أَوۡ مُشۡرِكٌۚ وَحُرِّمَ ذَٰلِكَ عَلَى ٱلۡمُؤۡمِنِينَ

Iż-żieni ma jiżżewwiġx għajr żienja, jew waħda li xxierek (allat oħra ma' Alla), u liż-żienja ma jiżżewwiġhiex għajr (bniedem) żieni, jew wieħed li jxierek (allat oħra ma' Alla). Dak (iż-żwieġ ma' nies żienja u pagani) huwa projbit għal dawk li jemmnu (ħlief jekk iż-żieni, jew iż-żienja, jindmu)

24:4

وَٱلَّذِينَ يَرۡمُونَ ٱلۡمُحۡصَنَٰتِ ثُمَّ لَمۡ يَأۡتُواْ بِأَرۡبَعَةِ شُهَدَآءَ فَٱجۡلِدُوهُمۡ ثَمَٰنِينَ جَلۡدَةً وَلَا تَقۡبَلُواْ لَهُمۡ شَهَٰدَةً أَبَدًاۚ وَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلۡفَٰسِقُونَ

U dawklijixlu (biż-żina) lin-nisa safjin mingħajr ma jġibu erba' xhieda, agħtuhom tmenin sawt, u la tilqgħu qatt aktar ix-xhieda tagħhom. Dawk huma l-ħżiena

24:5

إِلَّا ٱلَّذِينَ تَابُواْ مِنۢ بَعۡدِ ذَٰلِكَ وَأَصۡلَحُواْ فَإِنَّ ٱللَّهَ غَفُورٌ رَّحِيمٌ

ħlief dawk. li, wara dan, nidmu u sewwew (il-ħsara tal- qlajjiet li qalgħu u tax-xhieda ħażina li taw), għaliex Alla huwa tabilħaqq Kollu Maħfra, Ħanin

24:6

وَٱلَّذِينَ يَرۡمُونَ أَزۡوَٰجَهُمۡ وَلَمۡ يَكُن لَّهُمۡ شُهَدَآءُ إِلَّآ أَنفُسُهُمۡ فَشَهَٰدَةُ أَحَدِهِمۡ أَرۡبَعُ شَهَٰدَٰتِۭ بِٱللَّهِ إِنَّهُۥ لَمِنَ ٱلصَّٰدِقِينَ

U dawk (l-irġiel) li jixlu lin-nisa tagħhom (b'żina) mingħajr ma jkollhom xhieda oħra għajr tagħhom infushom, kull wieħed minnhom għandu jixhed għal erba' darbiet (u jaħlef) b'Alla li qiegħed jgħid is-sewwa

24:7

وَٱلۡخَٰمِسَةُ أَنَّ لَعۡنَتَ ٱللَّهِ عَلَيۡهِ إِن كَانَ مِنَ ٱلۡكَٰذِبِينَ

u l-ħames (ħalfa tkun) li s-saħta ta' Alla fuqu jekk qiegħed jigdeb

24:8

وَيَدۡرَؤُاْ عَنۡهَا ٱلۡعَذَابَ أَن تَشۡهَدَ أَرۡبَعَ شَهَٰدَٰتِۭ بِٱللَّهِ إِنَّهُۥ لَمِنَ ٱلۡكَٰذِبِينَ

U (lil dik il-mara) teħlisha mill-kastig ix-xhieda tagħha għal erba' darbiet (u taħlef) b'Alla li (dak li qiegħed jixliha) huwa mill-giddibin

24:9

وَٱلۡخَٰمِسَةَ أَنَّ غَضَبَ ٱللَّهِ عَلَيۡهَآ إِن كَانَ مِنَ ٱلصَّٰدِقِينَ

ul-ħames (ħalfa tagħha tkun) li l-għadab ta' Alla fuqha jekk (min jixliha) ikun minn dawk li jgħidu s-sewwa

24:10

وَلَوۡلَا فَضۡلُ ٱللَّهِ عَلَيۡكُمۡ وَرَحۡمَتُهُۥ وَأَنَّ ٱللَّهَ تَوَّابٌ حَكِيمٌ

Li mhux għat-tjieba ta' Alla fuqkom, u għall-ħniena tiegħu, u għaliex Alla jdur Kollu Maħfra, u Għaref, (kieku l- kastig jinżel fuqkom għax qed tixlu lil xulxin mingħajr ebda xhud)

24:11

إِنَّ ٱلَّذِينَ جَآءُو بِٱلۡإِفۡكِ عُصۡبَةٌ مِّنكُمۡۚ لَا تَحۡسَبُوهُ شَرًّا لَّكُمۖ بَلۡ هُوَ خَيۡرٌ لَّكُمۡۚ لِكُلِّ ٱمۡرِيٍٕ مِّنۡهُم مَّا ٱكۡتَسَبَ مِنَ ٱلۡإِثۡمِۚ وَٱلَّذِي تَوَلَّىٰ كِبۡرَهُۥ مِنۡهُمۡ لَهُۥ عَذَابٌ عَظِيمٌ

Tabilħaqq li dawk li ġew bil-qerq (u qalgħu qlajjiet dwar. Għajxa, mart. il-Profeta) huma. ġemgħa minn fostkom. Taħsbux li dan huwa ħażin għalikom, anzi, huwa. tajjeb għalikom (għaliex Alla stess jixhed li din il-mara ma hijiex ħatja ta' ebda żina). Ta' kull bniedem minnhom hija l-ħtija li kiseb, u dak li kellu l-akbar sehem fosthom (Għabd Ai/ah bin 'Ubaj bin Saltil, il-mexxej ta' l-ipokriti), għandu kastig. mill-kbar

24:12

لَّوۡلَآ إِذۡ سَمِعۡتُمُوهُ ظَنَّ ٱلۡمُؤۡمِنُونَ وَٱلۡمُؤۡمِنَٰتُ بِأَنفُسِهِمۡ خَيۡرًا وَقَالُواْ هَٰذَآ إِفۡكٌ مُّبِينٌ

Għaliex, meta smajtuha (din il-gidba dwar Għajxa), l- irġiel u. n-nisa. li-jemmnu ma ħasbux tajjeb (f'ħurhom) bħalma jaħsbu fihom' infushom, u ma qalux: 'Dan qerq fiż ġideb) biċ-ċari

24:13

لَّوۡلَا جَآءُو عَلَيۡهِ بِأَرۡبَعَةِ شُهَدَآءَۚ فَإِذۡ لَمۡ يَأۡتُواْ بِٱلشُّهَدَآءِ فَأُوْلَٰٓئِكَ عِندَ ٱللَّهِ هُمُ ٱلۡكَٰذِبُونَ

(Għaliex ma ġabux erba' xhieda għaliha din il-ħaġa) 2 U minħabba li ma ġabux ix-xhieda, għal Alla dawk huma l- giddibin

24:14

وَلَوۡلَا فَضۡلُ ٱللَّهِ عَلَيۡكُمۡ وَرَحۡمَتُهُۥ فِي ٱلدُّنۡيَا وَٱلۡأٓخِرَةِ لَمَسَّكُمۡ فِي مَآ أَفَضۡتُمۡ فِيهِ عَذَابٌ عَظِيمٌ

U li mhux għat-tjieba ta' Alla fuqkom, u l-ħniena tiegħu f'(din) id-dinja u fl-Oħra, kien imisskom kastig mill-kbar talli ġrejtu wisq bi Isienkom

24:15

إِذۡ تَلَقَّوۡنَهُۥ بِأَلۡسِنَتِكُمۡ وَتَقُولُونَ بِأَفۡوَاهِكُم مَّا لَيۡسَ لَكُم بِهِۦ عِلۡمٌ وَتَحۡسَبُونَهُۥ هَيِّنًا وَهُوَ عِندَ ٱللَّهِ عَظِيمٌ

meta (il-kliem fieragħ) ilqajtuh fi lsienkom, u tgħidu b'fommkom dak li ma għandkomx għarfien dwaru, u tqisuh xi ħaġa żgħira, filwaqt li għal Alla (din hija ħaġa) tassew kbira

24:16

وَلَوۡلَآ إِذۡ سَمِعۡتُمُوهُ قُلۡتُم مَّا يَكُونُ لَنَآ أَن نَّتَكَلَّمَ بِهَٰذَا سُبۡحَٰنَكَ هَٰذَا بُهۡتَٰنٌ عَظِيمٌ

U għaliex, meta. smajtuh (dan il-kliem. fieragħ) ma għedtux: ''Mhux xieraq għalina li nitkellmu dwar dan. Sebħ lilek (Mi/ejjt. Din (li qalgħu minn żniedhom dwar Għaxja hija) gidba mill-kbari

24:17

يَعِظُكُمُ ٱللَّهُ أَن تَعُودُواْ لِمِثۡلِهِۦٓ أَبَدًا إِن كُنتُم مُّؤۡمِنِينَ

Alla jwissikom biex qalt ma terġgħu tagħmlu hekk, jekk (tassew) temmnu

24:18

وَيُبَيِّنُ ٱللَّهُ لَكُمُ ٱلۡأٓيَٰتِۚ وَٱللَّهُ عَلِيمٌ حَكِيمٌ

Alla jurikom biċ-ċar il-versi (tal-Qoran). Alla jaf kollox, Għaref

24:19

إِنَّ ٱلَّذِينَ يُحِبُّونَ أَن تَشِيعَ ٱلۡفَٰحِشَةُ فِي ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ لَهُمۡ عَذَابٌ أَلِيمٌ فِي ٱلدُّنۡيَا وَٱلۡأٓخِرَةِۚ وَٱللَّهُ يَعۡلَمُ وَأَنتُمۡ لَا تَعۡلَمُونَ

Tabilħaqq li-dawk li jixtiequ li jixtered il-faħx fost dawk li jemmnu, (dawn) se jkollhom kastig ta' wġigħ f'(din) id- dinja u fl-Oħra. U Alla jaf (b'kollox), filwaqt li intom ma tafuxi

24:20

وَلَوۡلَا فَضۡلُ ٱللَّهِ عَلَيۡكُمۡ وَرَحۡمَتُهُۥ وَأَنَّ ٱللَّهَ رَءُوفٌ رَّحِيمٌ

Ulimhux għat-tjieba ta' Alla fuqkom, u l-ħniena tiegħu, u li Alla huwa Kollu Tjubija, Ħanin, (kieku ilkom megrudin)

24:21

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ لَا تَتَّبِعُواْ خُطُوَٰتِ ٱلشَّيۡطَٰنِۚ وَمَن يَتَّبِعۡ خُطُوَٰتِ ٱلشَّيۡطَٰنِ فَإِنَّهُۥ يَأۡمُرُ بِٱلۡفَحۡشَآءِ وَٱلۡمُنكَرِۚ وَلَوۡلَا فَضۡلُ ٱللَّهِ عَلَيۡكُمۡ وَرَحۡمَتُهُۥ مَا زَكَىٰ مِنكُم مِّنۡ أَحَدٍ أَبَدًا وَلَٰكِنَّ ٱللَّهَ يُزَكِّي مَن يَشَآءُۗ وَٱللَّهُ سَمِيعٌ عَلِيمٌ

Intom li temmnu, timxux fil-passi tax-Xitan (u xxerrau l-qerq u l-gideb bħalu). U min jimxi fil-passi tax-Xitan (għandu jkun jaf illi) huwa (ix-Xitan) tabilħaqq jamar (li jsir) il-faħx u (kull) għemil ħażin. U li mhux għat-tjieba ta' Alla fuqkom, u l-ħniena tiegħu, ħadd minnkom qatt ima kien ikun safi, iżda Alla jsaffi lil min irid. Alla jisma' kollox u jaf kollox

24:22

وَلَا يَأۡتَلِ أُوْلُواْ ٱلۡفَضۡلِ مِنكُمۡ وَٱلسَّعَةِ أَن يُؤۡتُوٓاْ أُوْلِي ٱلۡقُرۡبَىٰ وَٱلۡمَسَٰكِينَ وَٱلۡمُهَٰجِرِينَ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِۖ وَلۡيَعۡفُواْ وَلۡيَصۡفَحُوٓاْۗ أَلَا تُحِبُّونَ أَن يَغۡفِرَ ٱللَّهُ لَكُمۡۚ وَٱللَّهُ غَفُورٌ رَّحِيمٌ

L-għonja fostkom u: dawk. ta' ġid kotran. ma għandhomx jaħilfu li ma jgħinux lill-qraba tagħhom, lill- fqar u lil dawk li emigraw għal Alla, u għandhom jaħfru u jagħdru (ef nuġqasijiet li saru magħhom). Mela ma tixtiqux li Alla jaħfer lilkom 2 Alla Kollu Maħfra, Ħanin

24:23

إِنَّ ٱلَّذِينَ يَرۡمُونَ ٱلۡمُحۡصَنَٰتِ ٱلۡغَٰفِلَٰتِ ٱلۡمُؤۡمِنَٰتِ لُعِنُواْ فِي ٱلدُّنۡيَا وَٱلۡأٓخِرَةِ وَلَهُمۡ عَذَابٌ عَظِيمٌ

Tabilħaqq li dawk li jixlu lin-nisa safjin, li qatt ma' kellhom il-ħsieb ta' għemil faħxi, u li jemmnu, (nies bħal) dawk. jinsteħtu f'/din) id-dinja u. fl-Oħra, u jkollhom kastig mill-kbar

24:24

يَوۡمَ تَشۡهَدُ عَلَيۡهِمۡ أَلۡسِنَتُهُمۡ وَأَيۡدِيهِمۡ وَأَرۡجُلُهُم بِمَا كَانُواْ يَعۡمَلُونَ

dakinhar li l-ilsna tagħhom, idejhom u riġlejhom (stess) jixhdu kontrihom għal dak (il-qerq u l-ħażen) li kienu jagħmlu

24:25

يَوۡمَئِذٍ يُوَفِّيهِمُ ٱللَّهُ دِينَهُمُ ٱلۡحَقَّ وَيَعۡلَمُونَ أَنَّ ٱللَّهَ هُوَ ٱلۡحَقُّ ٱلۡمُبِينُ

Dakinhar (ta' Jum il-Ġudizzju) Alla jħallashom il-ħlas sħiħ tagħhom, u jkunu jafu li Alla huwa, bla dubju, is- Sewwa biċ-ċar

24:26

ٱلۡخَبِيثَٰتُ لِلۡخَبِيثِينَ وَٱلۡخَبِيثُونَ لِلۡخَبِيثَٰتِۖ وَٱلطَّيِّبَٰتُ لِلطَّيِّبِينَ وَٱلطَّيِّبُونَ لِلطَّيِّبَٰتِۚ أُوْلَٰٓئِكَ مُبَرَّءُونَ مِمَّا يَقُولُونَۖ لَهُم مَّغۡفِرَةٌ وَرِزۡقٌ كَرِيمٌ

In-nisa l-ħżiena (jiswew) għall-irġiel il-ħżiena, u l-irġiel il-ħżiena għan-nisa l-ħżiena, filwaqt li n-nisa t-tajbin (bħal Għajxa, tiswa) għall-irġiel it-tajbin (bħall-Profeta Muħammad), u l-irġiel it-tajbin għan-nisa t-tajbin. Dawn huma: ħielsa minn dak (il-ħażen) li. (in-nies) jgħidu (fuqhom), u jkollhom maħfra u ħlas kotran (fil-Ġenna)

24:27

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ لَا تَدۡخُلُواْ بُيُوتًا غَيۡرَ بُيُوتِكُمۡ حَتَّىٰ تَسۡتَأۡنِسُواْ وَتُسَلِّمُواْ عَلَىٰٓ أَهۡلِهَاۚ ذَٰلِكُمۡ خَيۡرٌ لَّكُمۡ لَعَلَّكُمۡ تَذَكَّرُونَ

Intom li temmnu, tidħlux fi djar li ma humiex djarkom, qabel ma titolbu permess u ssellmu lil nieshom. Dak ikun aħjar għalikom (li tagħmlu) biex forsi tiftakru (kif iġġibu rwieħkom)

24:28

فَإِن لَّمۡ تَجِدُواْ فِيهَآ أَحَدًا فَلَا تَدۡخُلُوهَا حَتَّىٰ يُؤۡذَنَ لَكُمۡۖ وَإِن قِيلَ لَكُمُ ٱرۡجِعُواْ فَٱرۡجِعُواْۖ هُوَ أَزۡكَىٰ لَكُمۡۚ وَٱللَّهُ بِمَا تَعۡمَلُونَ عَلِيمٌ

U jekk ma ssibu lil ħadd fihom, tidħlux fihom qabel ma tingħataw permess. U jekk jingħad lilkom: ''Erġgħu lura (minn fejn. ġejtu),' erġgħu lural Dan ikun aktar safi għalikom. Alla jaf b'kulma tagħmlu

24:29

لَّيۡسَ عَلَيۡكُمۡ جُنَاحٌ أَن تَدۡخُلُواْ بُيُوتًا غَيۡرَ مَسۡكُونَةٍ فِيهَا مَتَٰعٌ لَّكُمۡۚ وَٱللَّهُ يَعۡلَمُ مَا تُبۡدُونَ وَمَا تَكۡتُمُونَ

Ma jkollkomx ħtija fuqkom jekk tidħlu (b/a permess) fi djar bla nies (li dejjem jgħixu fihom, bħal lukandi u postijiet pubbliċi) u ssibu. fihom xi qadi (għall-ħtiġijiet tagħkom, bħalma huwa: l-kenn u l-mistrieħ). Alla jaf b'dak li turu u b'dak li taħbu

24:30

قُل لِّلۡمُؤۡمِنِينَ يَغُضُّواْ مِنۡ أَبۡصَٰرِهِمۡ وَيَحۡفَظُواْ فُرُوجَهُمۡۚ ذَٰلِكَ أَزۡكَىٰ لَهُمۡۚ إِنَّ ٱللَّهَ خَبِيرُۢ بِمَا يَصۡنَعُونَ

Għid (Muħammad) lil dawk l-irġiel li jemmnu biex jgħakksu għajnejhom, u jħarsu (is-safa) tal-partijiet privati: tagħhom. Dak huwa aktar. safi: għalihom. Tabilħaqq li Alla jaf sewwa b'dak li jagħmlu

24:31

وَقُل لِّلۡمُؤۡمِنَٰتِ يَغۡضُضۡنَ مِنۡ أَبۡصَٰرِهِنَّ وَيَحۡفَظۡنَ فُرُوجَهُنَّ وَلَا يُبۡدِينَ زِينَتَهُنَّ إِلَّا مَا ظَهَرَ مِنۡهَاۖ وَلۡيَضۡرِبۡنَ بِخُمُرِهِنَّ عَلَىٰ جُيُوبِهِنَّۖ وَلَا يُبۡدِينَ زِينَتَهُنَّ إِلَّا لِبُعُولَتِهِنَّ أَوۡ ءَابَآئِهِنَّ أَوۡ ءَابَآءِ بُعُولَتِهِنَّ أَوۡ أَبۡنَآئِهِنَّ أَوۡ أَبۡنَآءِ بُعُولَتِهِنَّ أَوۡ إِخۡوَٰنِهِنَّ أَوۡ بَنِيٓ إِخۡوَٰنِهِنَّ أَوۡ بَنِيٓ أَخَوَٰتِهِنَّ أَوۡ نِسَآئِهِنَّ أَوۡ مَا مَلَكَتۡ أَيۡمَٰنُهُنَّ أَوِ ٱلتَّٰبِعِينَ غَيۡرِ أُوْلِي ٱلۡإِرۡبَةِ مِنَ ٱلرِّجَالِ أَوِ ٱلطِّفۡلِ ٱلَّذِينَ لَمۡ يَظۡهَرُواْ عَلَىٰ عَوۡرَٰتِ ٱلنِّسَآءِۖ وَلَا يَضۡرِبۡنَ بِأَرۡجُلِهِنَّ لِيُعۡلَمَ مَا يُخۡفِينَ مِن زِينَتِهِنَّۚ وَتُوبُوٓاْ إِلَى ٱللَّهِ جَمِيعًا أَيُّهَ ٱلۡمُؤۡمِنُونَ لَعَلَّكُمۡ تُفۡلِحُونَ

U għid (ikoll) lil dawk in-nisa li jemmnu biex jgħakksu għajnejhom, iħarsu (is-safa) tal-partijiet privati tagħhom, ma jurux ġmielhom ħlief dak li jidher minnu, jiġbdu l- velijiet (li bihom jgħattu rjushom) għal fuq sidirhom, u ma jurux ġmielhom. ħlief lil żwieġhom, jew. lil missirijiethom, jew missirijiet żwieġhom, jew lil uliedhom, jew ulied żwieġhom; jew lil ħuthom subien, jew ulied ħuthom subien, jew lil ulied ħuthom il-bniet, jew lin-nisa tagħhom, jew lill-(iisiera nisa) li-għandhom f'idejhom, jew lill-qaddejja rġiel neqsin mill-ġibda tal- ġisem, inkella lit-tfal li ma jifhmux l-għera fin-nisa. Lanqas ma' għandhom in-nisa jħabbtu (il-brazzuletti milbusa madwar) riġlejhom biex (fil-mixi tagħhom) isir magħruf il-ġmiel moħbi tagħhom. U duru Ikoll nedmin lejn Alla, intom li temmnu, biex forsi toħorġu rebbiħin

24:32

وَأَنكِحُواْ ٱلۡأَيَٰمَىٰ مِنكُمۡ وَٱلصَّٰلِحِينَ مِنۡ عِبَادِكُمۡ وَإِمَآئِكُمۡۚ إِن يَكُونُواْ فُقَرَآءَ يُغۡنِهِمُ ٱللَّهُ مِن فَضۡلِهِۦۗ وَٱللَّهُ وَٰسِعٌ عَلِيمٌ

Żewġu lil dawk (l-irġiel u n-nisa) fostkom li ma humiex miżżewġin, u lit-tajbin minn fost l-ilsiera rġiel u nisa tagħkom. U jekk ikunu foqra, Alla jagħtihom il-ġid mit-tjieba tiegħu. Alla Wiesa' (fit-tjieba tiegħu) u jaf kollox

24:33

وَلۡيَسۡتَعۡفِفِ ٱلَّذِينَ لَا يَجِدُونَ نِكَاحًا حَتَّىٰ يُغۡنِيَهُمُ ٱللَّهُ مِن فَضۡلِهِۦۗ وَٱلَّذِينَ يَبۡتَغُونَ ٱلۡكِتَٰبَ مِمَّا مَلَكَتۡ أَيۡمَٰنُكُمۡ فَكَاتِبُوهُمۡ إِنۡ عَلِمۡتُمۡ فِيهِمۡ خَيۡرًاۖ وَءَاتُوهُم مِّن مَّالِ ٱللَّهِ ٱلَّذِيٓ ءَاتَىٰكُمۡۚ وَلَا تُكۡرِهُواْ فَتَيَٰتِكُمۡ عَلَى ٱلۡبِغَآءِ إِنۡ أَرَدۡنَ تَحَصُّنًا لِّتَبۡتَغُواْ عَرَضَ ٱلۡحَيَوٰةِ ٱلدُّنۡيَاۚ وَمَن يُكۡرِههُّنَّ فَإِنَّ ٱللَّهَ مِنۢ بَعۡدِ إِكۡرَٰهِهِنَّ غَفُورٌ رَّحِيمٌ

Ħa jħarsu s-safa tagħhom dawk li ma jsibux jiżżewġu sama Alla jagħtihom il-ġid mit-tjieba tiegħu. U dawk (l- ilsiera) li għandkom f'idejkom li jitolbu (mingħandkom) il-kitba: (tal-fidwa), iktbuhielhom jekk issibu xi ġid fihom, u agħtuhom mill-ġid li Alla takom. La ġġegħlux lill-ilsiera bniet tagħkom jagħtuha għaż-żina, fil-kilba tagħkom għall-ħwejjeġ. tal-ħajja f'din. id-dinja, meta dawn: iridu jħarsu s-safa tagħhom. Min iġagħalhom (jagħtuha għaż-żina għandu jkun jaf) li, għaliex kienu mġiegħla, Alla tabilħaqq huwa Kollu Maħfra (ma' dawk in-nisa), Ħanin

24:34

وَلَقَدۡ أَنزَلۡنَآ إِلَيۡكُمۡ ءَايَٰتٍ مُّبَيِّنَٰتٍ وَمَثَلًا مِّنَ ٱلَّذِينَ خَلَوۡاْ مِن قَبۡلِكُمۡ وَمَوۡعِظَةً لِّلۡمُتَّقِينَ

Aħna tassew niżżilnielkom versi ċari u (tajna) eżempju b'dawk (il-ġnus) li għaddew qabilkom bħala twissija lil dawk li jibżgħu minn Alla

24:35

ٱللَّهُ نُورُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۚ مَثَلُ نُورِهِۦ كَمِشۡكَوٰةٍ فِيهَا مِصۡبَاحٌۖ ٱلۡمِصۡبَاحُ فِي زُجَاجَةٍۖ ٱلزُّجَاجَةُ كَأَنَّهَا كَوۡكَبٌ دُرِّيٌّ يُوقَدُ مِن شَجَرَةٍ مُّبَٰرَكَةٍ زَيۡتُونَةٍ لَّا شَرۡقِيَّةٍ وَلَا غَرۡبِيَّةٍ يَكَادُ زَيۡتُهَا يُضِيٓءُ وَلَوۡ لَمۡ تَمۡسَسۡهُ نَارٌۚ نُّورٌ عَلَىٰ نُورٍۚ يَهۡدِي ٱللَّهُ لِنُورِهِۦ مَن يَشَآءُۚ وَيَضۡرِبُ ٱللَّهُ ٱلۡأَمۡثَٰلَ لِلنَّاسِۗ وَٱللَّهُ بِكُلِّ شَيۡءٍ عَلِيمٌ

Alla huwa Dawl is-smewwiet u l-art. Id-Dawl tiegħu jixbah niċċa li fiha musbieħ; il-musbieħ jinsab fi ħġieġa (safja); il-ħġieġa qisha. kewkba tleqq; (il-musbieħ) imkebbes minn siġra mbierka: żebbuġa (mxeżrla) la fil- Lvant u lanqas fil-Punent (imma bejniethom, fid-deżert, fejn ix-xemx tisreġ u ssajjar il-frott tagħha aktar), li ż- żejt tagħha (huwa hekk safi u li) għoddu jdawwal mingħajr ma jmissu n-nar. Dawl fuq Dawl: Alla jmexxi lejn id-Dawl tiegħu lil min irid. Alla jġib it-tixbihat lin- nies, u Alla jaf b'kolloxi

24:36

فِي بُيُوتٍ أَذِنَ ٱللَّهُ أَن تُرۡفَعَ وَيُذۡكَرَ فِيهَا ٱسۡمُهُۥ يُسَبِّحُ لَهُۥ فِيهَا بِٱلۡغُدُوِّ وَٱلۡأٓصَالِ

(Id-Dawl ta' Alla jinsab) fi djar (il-moskej) li Alla:ried li jinbnew, u li fihom jissemma Ismu, u jsebbħuh fihom filgħodu u filgħaxija, (bla waqfien)

24:37

رِجَالٌ لَّا تُلۡهِيهِمۡ تِجَٰرَةٌ وَلَا بَيۡعٌ عَن ذِكۡرِ ٱللَّهِ وَإِقَامِ ٱلصَّلَوٰةِ وَإِيتَآءِ ٱلزَّكَوٰةِ يَخَافُونَ يَوۡمًا تَتَقَلَّبُ فِيهِ ٱلۡقُلُوبُ وَٱلۡأَبۡصَٰرُ

irġiel li ebda negozju u bejgħ ma jnessihom isemmu lil Alla, li jagħmlu t-talb u jagħtu l-karità, u jibżgħu minn Jum li fih jitqallbu l-qlub u l-għajnejn (bil-biża)

24:38

لِيَجۡزِيَهُمُ ٱللَّهُ أَحۡسَنَ مَا عَمِلُواْ وَيَزِيدَهُم مِّن فَضۡلِهِۦۗ وَٱللَّهُ يَرۡزُقُ مَن يَشَآءُ بِغَيۡرِ حِسَابٍ

biex Alla jħallashom ta' l-aħjar (għemejjel) li għamlu, u jżidhom mit-tjieba tiegħu, Alla jagħti l-ġid (tiegħu) lil min irid Hu, bla qjies

24:39

وَٱلَّذِينَ كَفَرُوٓاْ أَعۡمَٰلُهُمۡ كَسَرَابِۭ بِقِيعَةٍ يَحۡسَبُهُ ٱلظَّمۡـَٔانُ مَآءً حَتَّىٰٓ إِذَا جَآءَهُۥ لَمۡ يَجِدۡهُ شَيۡـًٔا وَوَجَدَ ٱللَّهَ عِندَهُۥ فَوَفَّىٰهُ حِسَابَهُۥۗ وَٱللَّهُ سَرِيعُ ٱلۡحِسَابِ

Iżda dawk li ċaħdu t-twemmin, l-għemejjel tagħhom. huma bħal miraġġ fid-deżert: l-għatxan jaħsbu ilma, u meta jersaq lejh, isib li ma huwa xejn, iżda (vin/lok) hemmhekk isib lil Alla jħallsu l-kont sħiħ tiegħu, Alla. malajr jagħmel il-kontijiett

24:40

أَوۡ كَظُلُمَٰتٍ فِي بَحۡرٍ لُّجِّيٍّ يَغۡشَىٰهُ مَوۡجٌ مِّن فَوۡقِهِۦ مَوۡجٌ مِّن فَوۡقِهِۦ سَحَابٌۚ ظُلُمَٰتُۢ بَعۡضُهَا فَوۡقَ بَعۡضٍ إِذَآ أَخۡرَجَ يَدَهُۥ لَمۡ يَكَدۡ يَرَىٰهَاۗ وَمَن لَّمۡ يَجۡعَلِ ٱللَّهُ لَهُۥ نُورًا فَمَا لَهُۥ مِن نُّورٍ

Jew (inkella l-qagħda ta' dawk li ċaħdu t-twemmin hija) bħal dlamijiet f'baħar bla qiegħ, mgħotti b'mewġ: b'mewġ (ieħor) fuqu, u fuqhom hemm sħab: dlamijiet fuq xulxin. Jekk (xi ħadd) imidd idu, ikun għoddu ma jarahiex. U lil dak li Alla ma jagħtihx dawl (l-Islami f'qalbu), ma jkollux dawl

24:41

أَلَمۡ تَرَ أَنَّ ٱللَّهَ يُسَبِّحُ لَهُۥ مَن فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِ وَٱلطَّيۡرُ صَٰٓفَّٰتٍۖ كُلٌّ قَدۡ عَلِمَ صَلَاتَهُۥ وَتَسۡبِيحَهُۥۗ وَٱللَّهُ عَلِيمُۢ بِمَا يَفۡعَلُونَ

Mela ma tarax li lil Alla jsebbħu dawk li jinsabu fis- smewwiet u fl-art, u t-tajr (i jittajjar) bil-ġwienaħ mifruxa 7 Kulħadd jaf it-talb u t-tifħir tiegħu. Alla jaf b'dak li jagħmlu

24:42

وَلِلَّهِ مُلۡكُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۖ وَإِلَى ٱللَّهِ ٱلۡمَصِيرُ

U ta' Alla hija s-saltna tas-smewwiet u ta' l-art, u lejn Alla t-tmiem (mill-isbaħ)

24:43

أَلَمۡ تَرَ أَنَّ ٱللَّهَ يُزۡجِي سَحَابًا ثُمَّ يُؤَلِّفُ بَيۡنَهُۥ ثُمَّ يَجۡعَلُهُۥ رُكَامًا فَتَرَى ٱلۡوَدۡقَ يَخۡرُجُ مِنۡ خِلَٰلِهِۦ وَيُنَزِّلُ مِنَ ٱلسَّمَآءِ مِن جِبَالٍ فِيهَا مِنۢ بَرَدٍ فَيُصِيبُ بِهِۦ مَن يَشَآءُ وَيَصۡرِفُهُۥ عَن مَّن يَشَآءُۖ يَكَادُ سَنَا بَرۡقِهِۦ يَذۡهَبُ بِٱلۡأَبۡصَٰرِ

Mela ma tarax li Alla jmexxi s-sħab, imbagħad iġibu flimkien, jagħmlu gods wieħed, u tara x-xita toħroġ minn ġewwa fih 7 Huwa jniżżel mis-sema minn (sħab /i hu bħal) iġbla ta' silġ, u bih jolqot lil min irid, u jżommu 'l bogħod minn min irid. Il-leħħa tal-beraq tiegħu għoddha tagħmi l-għajnejn

24:44

يُقَلِّبُ ٱللَّهُ ٱلَّيۡلَ وَٱلنَّهَارَۚ إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَعِبۡرَةً لِّأُوْلِي ٱلۡأَبۡصَٰرِ

Alla jaqleb (wara xulxin) il-lejl u n-nhar. Tabilhaqq li f'dan hawn tagħlima għal dawk li għandhom imħuħ (biex jaraw u jifhmu)

24:45

وَٱللَّهُ خَلَقَ كُلَّ دَآبَّةٍ مِّن مَّآءٍۖ فَمِنۡهُم مَّن يَمۡشِي عَلَىٰ بَطۡنِهِۦ وَمِنۡهُم مَّن يَمۡشِي عَلَىٰ رِجۡلَيۡنِ وَمِنۡهُم مَّن يَمۡشِي عَلَىٰٓ أَرۡبَعٍۚ يَخۡلُقُ ٱللَّهُ مَا يَشَآءُۚ إِنَّ ٱللَّهَ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءٍ قَدِيرٌ

Alla ħalaq kull ħliqa (li rgħix fl-art) mill-ilma, u hemm minnhom li jimxu fuq żaqghom, minnhom li jimxu fuq riġlejn, u minnhom li jimxu fuq erbgħa. Alla joħloq li jrid. Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan

24:46

لَّقَدۡ أَنزَلۡنَآ ءَايَٰتٍ مُّبَيِّنَٰتٍۚ وَٱللَّهُ يَهۡدِي مَن يَشَآءُ إِلَىٰ صِرَٰطٍ مُّسۡتَقِيمٍ

Aħna tassew niżżilna versi li juru biċ-ċar (it-triġ it- tajba), u Alla jmexxi lil-min irid lejn triq dritta

24:47

وَيَقُولُونَ ءَامَنَّا بِٱللَّهِ وَبِٱلرَّسُولِ وَأَطَعۡنَا ثُمَّ يَتَوَلَّىٰ فَرِيقٌ مِّنۡهُم مِّنۢ بَعۡدِ ذَٰلِكَۚ وَمَآ أُوْلَٰٓئِكَ بِٱلۡمُؤۡمِنِينَ

(Dawk ta' wiċċ b'ieħor) jgħidu: 'Aħna nemmnu F'Alla u fil-Mibgħut, u aħna nobdufhom)i' Imbagħad wara dan (tara) li ġemgħa minnhom tagħti daharha (u ma tagħtix widen). Dawk ma humiex (tassew) nies li jemmnu

24:48

وَإِذَا دُعُوٓاْ إِلَى ٱللَّهِ وَرَسُولِهِۦ لِيَحۡكُمَ بَيۡنَهُمۡ إِذَا فَرِيقٌ مِّنۡهُم مُّعۡرِضُونَ

U meta jissejħu lejn Alla u l-Mibgħut tiegħu biex jagħmel ħaqq minnhom; uħud minnhom ma jkunux iridu

24:49

وَإِن يَكُن لَّهُمُ ٱلۡحَقُّ يَأۡتُوٓاْ إِلَيۡهِ مُذۡعِنِينَ

Iżda jekk (jaħsbu li) għandhom raġun, (arahom) jiġu għandu (il-Mibgħut tiegħu) ubbidjenti

24:50

أَفِي قُلُوبِهِم مَّرَضٌ أَمِ ٱرۡتَابُوٓاْ أَمۡ يَخَافُونَ أَن يَحِيفَ ٱللَّهُ عَلَيۡهِمۡ وَرَسُولُهُۥۚ بَلۡ أُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلظَّٰلِمُونَ

Jaqaw fi qlubhom hemm xi marda, jew jinsabu fid- dubju, jew inkella jibżgħu li Alla u l-Mibgħut tiegħu jonqsu lejhom' Le, (bil-maqlub)i Dawk. (ta' wiċċ b'ieħor) huma l-ħżienal

24:51

إِنَّمَا كَانَ قَوۡلَ ٱلۡمُؤۡمِنِينَ إِذَا دُعُوٓاْ إِلَى ٱللَّهِ وَرَسُولِهِۦ لِيَحۡكُمَ بَيۡنَهُمۡ أَن يَقُولُواْ سَمِعۡنَا وَأَطَعۡنَاۚ وَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلۡمُفۡلِحُونَ

It-tweġiba ta' dawk li jemmnu, meta jissejħu lejn Alla u l-Mibgħut tiegħu, biex jagħmel ħaqq bejniethom, tkun: tAħna nisimgħu u nobduf' Dawk huma r-rebbiħin

24:52

وَمَن يُطِعِ ٱللَّهَ وَرَسُولَهُۥ وَيَخۡشَ ٱللَّهَ وَيَتَّقۡهِ فَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلۡفَآئِزُونَ

U minjobdi lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu, u jibża' minn Alla u joqgħod għalih, dawk huma r-rebbiħin

24:53

وَأَقۡسَمُواْ بِٱللَّهِ جَهۡدَ أَيۡمَٰنِهِمۡ لَئِنۡ أَمَرۡتَهُمۡ لَيَخۡرُجُنَّۖ قُل لَّا تُقۡسِمُواْۖ طَاعَةٌ مَّعۡرُوفَةٌۚ إِنَّ ٱللَّهَ خَبِيرُۢ بِمَا تَعۡمَلُونَ

(Dawk ta' wiċċ b'ieħor) jaħilfu l-aqwa ħalf b'Alla illi kieku kellek (Muħammad) tordnalhom, huma tassew joħorġu (minn djarhom. biex jitqabdu miegħek). Għidilhom: 'La taħilfux (għaliex qarrieq il-ħalf tagħkomjt L-ubbidjenza tagħkom (lejn Alla u l-Mibgħut tiegħu hija) magħrufa (bil-kliem biss)L Tabilħaqq li Alla jaf sew b'dak li tagħmlu

24:54

قُلۡ أَطِيعُواْ ٱللَّهَ وَأَطِيعُواْ ٱلرَّسُولَۖ فَإِن تَوَلَّوۡاْ فَإِنَّمَا عَلَيۡهِ مَا حُمِّلَ وَعَلَيۡكُم مَّا حُمِّلۡتُمۡۖ وَإِن تُطِيعُوهُ تَهۡتَدُواْۚ وَمَا عَلَى ٱلرَّسُولِ إِلَّا ٱلۡبَلَٰغُ ٱلۡمُبِينُ

(Għidfilhom): Oqogħdu għal Alla, u oqogħdu għall- Mibgħutt Iżda jekk tagħtu daharkom ( 4 ma tagħtux widen, il-Mibgħut) ikun responsabbli. ta' dak li tqabbad jagħmel (ix-xandir tal-Kelma ta' Alla), u intom tkunu responsabbli ta' dak li tqabbadtu tagħmlu (/i tisimgħu l- Kelma ta' Alla u timxu fit-triq ta' l-Islam). U jekk toqogħdu għalih (il-Mibgħur), tkunu fit-triq it-tajba. Dmir il-Mibgħut ma huwiex ħlief (li jwassal) it-taħbira mill- aktar ċara

24:55

وَعَدَ ٱللَّهُ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ مِنكُمۡ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ لَيَسۡتَخۡلِفَنَّهُمۡ فِي ٱلۡأَرۡضِ كَمَا ٱسۡتَخۡلَفَ ٱلَّذِينَ مِن قَبۡلِهِمۡ وَلَيُمَكِّنَنَّ لَهُمۡ دِينَهُمُ ٱلَّذِي ٱرۡتَضَىٰ لَهُمۡ وَلَيُبَدِّلَنَّهُم مِّنۢ بَعۡدِ خَوۡفِهِمۡ أَمۡنًاۚ يَعۡبُدُونَنِي لَا يُشۡرِكُونَ بِي شَيۡـًٔاۚ وَمَن كَفَرَ بَعۡدَ ذَٰلِكَ فَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلۡفَٰسِقُونَ

Alla wiegħed lil dawk minnkom li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba li se jagħtihom l-art b'wirt, bħalma kien taha lil-ta' qabilhom, u li jsaħħilhom id-din tagħhom (l- Islam) li Huwa: għażel għalihom, u li tassew jibdlilhom il-biża' tagħhom fi sliem (u ħarsien). (Alla jgħid) VHuma jqimuni u ma jxierku xejn miegħi.' Iżda min. wara dan, jiċħad it-twemmin (ir l-grazzji ta' Alla), dawk ikunu l-ħżiena

24:56

وَأَقِيمُواْ ٱلصَّلَوٰةَ وَءَاتُواْ ٱلزَّكَوٰةَ وَأَطِيعُواْ ٱلرَّسُولَ لَعَلَّكُمۡ تُرۡحَمُونَ

Agħmlu t-talb, agħtu l-karità, u oqogħdu għall-Mibgħut biex forsi ssir ħniena magħkoml

24:57

لَا تَحۡسَبَنَّ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ مُعۡجِزِينَ فِي ٱلۡأَرۡضِۚ وَمَأۡوَىٰهُمُ ٱلنَّارُۖ وَلَبِئۡسَ ٱلۡمَصِيرُ

La taħsibx (Muħammad) li dawk li ċaħdu t-twemmin se jaħarbu minn Alla fuq l-artl Il-kenn tagħhom ikun in- Nar, u ta' għajb it-tmiem (tagħhom)l

24:58

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ لِيَسۡتَـٔۡذِنكُمُ ٱلَّذِينَ مَلَكَتۡ أَيۡمَٰنُكُمۡ وَٱلَّذِينَ لَمۡ يَبۡلُغُواْ ٱلۡحُلُمَ مِنكُمۡ ثَلَٰثَ مَرَّٰتٍۚ مِّن قَبۡلِ صَلَوٰةِ ٱلۡفَجۡرِ وَحِينَ تَضَعُونَ ثِيَابَكُم مِّنَ ٱلظَّهِيرَةِ وَمِنۢ بَعۡدِ صَلَوٰةِ ٱلۡعِشَآءِۚ ثَلَٰثُ عَوۡرَٰتٍ لَّكُمۡۚ لَيۡسَ عَلَيۡكُمۡ وَلَا عَلَيۡهِمۡ جُنَاحُۢ بَعۡدَهُنَّۚ طَوَّٰفُونَ عَلَيۡكُم بَعۡضُكُمۡ عَلَىٰ بَعۡضٍۚ كَذَٰلِكَ يُبَيِّنُ ٱللَّهُ لَكُمُ ٱلۡأٓيَٰتِۗ وَٱللَّهُ عَلِيمٌ حَكِيمٌ

Intom li temmnu; araw li l-ilsiera tagħkom u dawk li għadhom. taħt l-età jitolbukom permess. (gabef jidhru quddiemkom) fi -tliet waqtiet: qabel it-talb ta' filgħodu, x'ħin tinżgħu ħwejjiġkom f'nofsinhar, u wara t-talb ta' filgħaxija. (Dawk huma) it-tliet (waqtiet) għalikom meta (forsi) tkunu għarwenin (fi djarkom). F'ħinijiet oħra, la intom u lanqas huma ma jkollhom ebda ħtija jekk tmorru għand xulxin. Hekk Alla jurikom is-sinjali (tiegħu fil- Qoran). Alla jaf kollox u Għaref

24:59

وَإِذَا بَلَغَ ٱلۡأَطۡفَٰلُ مِنكُمُ ٱلۡحُلُمَ فَلۡيَسۡتَـٔۡذِنُواْ كَمَا ٱسۡتَـٔۡذَنَ ٱلَّذِينَ مِن قَبۡلِهِمۡۚ كَذَٰلِكَ يُبَيِّنُ ٱللَّهُ لَكُمۡ ءَايَٰتِهِۦۗ وَٱللَّهُ عَلِيمٌ حَكِيمٌ

U meta l-ulied fostkom jilħqu l-età tagħhom, araw li (huma wkoll). jitolbu. permess. (qabel. jidhru quddiemkom), bħalma talbu permess dawk ta' qabilhom. Hekk Alla jurikom is-sinjali tiegħu. Alla jaf kollox u Għaref

24:60

وَٱلۡقَوَٰعِدُ مِنَ ٱلنِّسَآءِ ٱلَّٰتِي لَا يَرۡجُونَ نِكَاحًا فَلَيۡسَ عَلَيۡهِنَّ جُنَاحٌ أَن يَضَعۡنَ ثِيَابَهُنَّ غَيۡرَ مُتَبَرِّجَٰتِۭ بِزِينَةٍۖ وَأَن يَسۡتَعۡفِفۡنَ خَيۡرٌ لَّهُنَّۗ وَٱللَّهُ سَمِيعٌ عَلِيمٌ

In-nisa li għaddielhom iż-żmien li jwelldu, u li ma jittamawx (aktar) fiż-żwieġ, ma jkollhom ebda ħtija jekk ineħħu ħwejjiġhom (ta' fuq) mingħajr ma jperrċu l-ġmiel (tagħhom). U jkun aħjar għalihom li joqogħdu kif jixraq. Alla jisma' kollox u jaf kollox

24:61

لَّيۡسَ عَلَى ٱلۡأَعۡمَىٰ حَرَجٌ وَلَا عَلَى ٱلۡأَعۡرَجِ حَرَجٌ وَلَا عَلَى ٱلۡمَرِيضِ حَرَجٌ وَلَا عَلَىٰٓ أَنفُسِكُمۡ أَن تَأۡكُلُواْ مِنۢ بُيُوتِكُمۡ أَوۡ بُيُوتِ ءَابَآئِكُمۡ أَوۡ بُيُوتِ أُمَّهَٰتِكُمۡ أَوۡ بُيُوتِ إِخۡوَٰنِكُمۡ أَوۡ بُيُوتِ أَخَوَٰتِكُمۡ أَوۡ بُيُوتِ أَعۡمَٰمِكُمۡ أَوۡ بُيُوتِ عَمَّٰتِكُمۡ أَوۡ بُيُوتِ أَخۡوَٰلِكُمۡ أَوۡ بُيُوتِ خَٰلَٰتِكُمۡ أَوۡ مَا مَلَكۡتُم مَّفَاتِحَهُۥٓ أَوۡ صَدِيقِكُمۡۚ لَيۡسَ عَلَيۡكُمۡ جُنَاحٌ أَن تَأۡكُلُواْ جَمِيعًا أَوۡ أَشۡتَاتًاۚ فَإِذَا دَخَلۡتُم بُيُوتًا فَسَلِّمُواْ عَلَىٰٓ أَنفُسِكُمۡ تَحِيَّةً مِّنۡ عِندِ ٱللَّهِ مُبَٰرَكَةً طَيِّبَةًۚ كَذَٰلِكَ يُبَيِّنُ ٱللَّهُ لَكُمُ ٱلۡأٓيَٰتِ لَعَلَّكُمۡ تَعۡقِلُونَ

Ebda ħtija ma jkollu l-agħma, iz-zopp, il-marid jew intom infuskom jekk tieklu fi djarkom, jew fi djar missirijietkom; jew fi djar ommijietkom, jew fi djar ħutkom is-subien, jew fi djar ħutkom il-bniet, jew fi djar l-aħwa subien ta' missierkom, jew fi djar l-aħwa bniet ta' missierkom, jew fi djar l-aħwa subien ta' ommijietkom, jew fi djar l-aħwa bniet ta' ommijietkom, jew fi djar li tagħhom għandkom l-imfietaħ, jew (f'dar) seħibkom. Ma għandkom ebda ħtija jekk tieklu flimkien jew waħidkom. U meta tidħlu fi djar, sellmu lil xulxin b'tislima mbierka u tajba mingħand Alla. Hekk Alla jurikom is-sinjali biex forsi tifhmu

24:62

إِنَّمَا ٱلۡمُؤۡمِنُونَ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ بِٱللَّهِ وَرَسُولِهِۦ وَإِذَا كَانُواْ مَعَهُۥ عَلَىٰٓ أَمۡرٍ جَامِعٍ لَّمۡ يَذۡهَبُواْ حَتَّىٰ يَسۡتَـٔۡذِنُوهُۚ إِنَّ ٱلَّذِينَ يَسۡتَـٔۡذِنُونَكَ أُوْلَٰٓئِكَ ٱلَّذِينَ يُؤۡمِنُونَ بِٱللَّهِ وَرَسُولِهِۦۚ فَإِذَا ٱسۡتَـٔۡذَنُوكَ لِبَعۡضِ شَأۡنِهِمۡ فَأۡذَن لِّمَن شِئۡتَ مِنۡهُمۡ وَٱسۡتَغۡفِرۡ لَهُمُ ٱللَّهَۚ إِنَّ ٱللَّهَ غَفُورٌ رَّحِيمٌ

Nies it-twemmin (tassew) huma dawk li jemmnu f'Alla. u fil-Mibgħut tiegħu, li meta jkunu miegħu (mal-Profera) fuq ħaġa li teħtieġ li jiltaqgħu flimkien dwarha, ma jitilqux qabel ma jitolbuh permess, Tassew li dawk li jitolbuk permess (gabel ma jitilqu, Muħammad) dawk huma li jemmnu f'Alla u fil-Mibgħut tiegħu. Mela jekk jitolbuk permess (biex jitilqu) fuq xi ħaġa tagħhom, ħalli jmur lil-min trid minnhom. u itlob il-maħfra ta' Alla fuqhom. Alla tabilħaqq Kollu Maħfra, Ħanin

24:63

لَّا تَجۡعَلُواْ دُعَآءَ ٱلرَّسُولِ بَيۡنَكُمۡ كَدُعَآءِ بَعۡضِكُم بَعۡضًاۚ قَدۡ يَعۡلَمُ ٱللَّهُ ٱلَّذِينَ يَتَسَلَّلُونَ مِنكُمۡ لِوَاذًاۚ فَلۡيَحۡذَرِ ٱلَّذِينَ يُخَالِفُونَ عَنۡ أَمۡرِهِۦٓ أَن تُصِيبَهُمۡ فِتۡنَةٌ أَوۡ يُصِيبَهُمۡ عَذَابٌ أَلِيمٌ

La: ssejħux. (bil-kunfidenza) lill-Mibgħut (b'ismu) bħalma ssejħu lil xulxin. Alla jaf b'dawk minnkom li jbewġu 'l-hemm (u jaħarbu minn dmirhom). Ħalli dawk. li jmorru kontra l-amar tiegħu (tal-Profeta) joqogħdu b'seba' għajnejn li ma jilħaqhomx it-tiġrib, jew jilħaqhom kastig ta' wġigħl

24:64

أَلَآ إِنَّ لِلَّهِ مَا فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۖ قَدۡ يَعۡلَمُ مَآ أَنتُمۡ عَلَيۡهِ وَيَوۡمَ يُرۡجَعُونَ إِلَيۡهِ فَيُنَبِّئُهُم بِمَا عَمِلُواْۗ وَٱللَّهُ بِكُلِّ شَيۡءٍ عَلِيمُۢ

Tabilħaqq li ta' Alla dak li jinsab fis-smewwiet u fl-art, u jaf x'għandkom fi qlubkom; U fil-Jum li (il-bnedmin kollha) jitreġġgħu lura għandu, Huwa jħabbrilhom dak li għamlu. Alla jaf b'kolloxt

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.