Surah 32 · 30 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah As-Sajdah in Maltese

In English with tafsir

بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ

32:1

الٓمٓ

VAlif Lam, Mim

32:2

تَنزِيلُ ٱلۡكِتَٰبِ لَا رَيۡبَ فِيهِ مِن رَّبِّ ٱلۡعَٰلَمِينَ

Tinżil il-Ktieb (tal-Qoran lilek, Muħammad) li fih ma. hemmx dubju; minn Sid il-ħolqien

32:3

أَمۡ يَقُولُونَ ٱفۡتَرَىٰهُۚ بَلۡ هُوَ ٱلۡحَقُّ مِن رَّبِّكَ لِتُنذِرَ قَوۡمًا مَّآ أَتَىٰهُم مِّن نَّذِيرٍ مِّن قَبۡلِكَ لَعَلَّهُمۡ يَهۡتَدُونَ

Jaqaw (il-pagani ta' Mekka) qegħdin. jgħidu: 'Qalgħu (Muħammad) minn żniedu'' 2 Le (mhux hekkji Iżda huwa s- sewwa minn Sidek (il-Mulej lilek Muħammad) biex. twissi nies li ma ġihomx min iwissihom qablek, biex forsi jaqbdu t-triq it-tajba

32:4

ٱللَّهُ ٱلَّذِي خَلَقَ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضَ وَمَا بَيۡنَهُمَا فِي سِتَّةِ أَيَّامٍ ثُمَّ ٱسۡتَوَىٰ عَلَى ٱلۡعَرۡشِۖ مَا لَكُم مِّن دُونِهِۦ مِن وَلِيٍّ وَلَا شَفِيعٍۚ أَفَلَا تَتَذَكَّرُونَ

Huwa Alla li ħalaq is-smewwiet u l-art, u dak li jinsab bejniethom, f'sitt ijiem, imbagħad intasab fuq it-Tron. Ma għandkomx min iħariskom, jew jidħol għalikom għajru. Jaqaw ma tiftakrux

32:5

يُدَبِّرُ ٱلۡأَمۡرَ مِنَ ٱلسَّمَآءِ إِلَى ٱلۡأَرۡضِ ثُمَّ يَعۡرُجُ إِلَيۡهِ فِي يَوۡمٍ كَانَ مِقۡدَارُهُۥٓ أَلۡفَ سَنَةٍ مِّمَّا تَعُدُّونَ

Imexxi kollox mis-sema għall-art, imbagħad kollox jitla' lura fejh (għall-Ġudizzji) f'Jum (hekk tal-biża' li taħsbu) li tulu jkun ta' elf sena bl-għadd tagħkom (ra' bnedmin li intom)

32:6

ذَٰلِكَ عَٰلِمُ ٱلۡغَيۡبِ وَٱلشَّهَٰدَةِ ٱلۡعَزِيزُ ٱلرَّحِيمُ

Dak huwa (A/la) li jaf il-mistur u l-mikxuf, il-Qawwi, il- Ħanin

32:7

ٱلَّذِيٓ أَحۡسَنَ كُلَّ شَيۡءٍ خَلَقَهُۥۖ وَبَدَأَ خَلۡقَ ٱلۡإِنسَٰنِ مِن طِينٍ

li għamel tajjeb kulma ħalaq, u beda ħolqien il-bniedem minn tajn

32:8

ثُمَّ جَعَلَ نَسۡلَهُۥ مِن سُلَٰلَةٍ مِّن مَّآءٍ مَّهِينٍ

imbagħad għamel lil nislu maħruġ minn ilma mkasbar fl- isperma

32:9

ثُمَّ سَوَّىٰهُ وَنَفَخَ فِيهِ مِن رُّوحِهِۦۖ وَجَعَلَ لَكُمُ ٱلسَّمۡعَ وَٱلۡأَبۡصَٰرَ وَٱلۡأَفۡـِٔدَةَۚ قَلِيلًا مَّا تَشۡكُرُونَ

imbagħad sawru, nefaħ fih minn Ruħu, u għamlilkom is- smigħ, dawl għajnejkom, u l-qlub (u l-imħuħ biex iħossu u tifhmu bihom. Madanakollu). tassew ftit tiżżu ħajr rlill- Mulejjt

32:10

وَقَالُوٓاْ أَءِذَا ضَلَلۡنَا فِي ٱلۡأَرۡضِ أَءِنَّا لَفِي خَلۡقٍ جَدِيدِۭۚ بَلۡ هُم بِلِقَآءِ رَبِّهِمۡ كَٰفِرُونَ

(fil-pagani ta' Mekka) jgħidu: 'Jaqaw meta niġu fix-xejn (u nkunu midfunin) fl-art, se nkunu f'ħolqien ġdid'' Le, (ma jridux jemmmu)t Huma jiċħdu l-laqgħa ma' Sidhom

32:11

قُلۡ يَتَوَفَّىٰكُم مَّلَكُ ٱلۡمَوۡتِ ٱلَّذِي وُكِّلَ بِكُمۡ ثُمَّ إِلَىٰ رَبِّكُمۡ تُرۡجَعُونَ

Għid(ilhom Muħammad): 'L-Anġlu tal-mewt li tqabbad (minn. Alla) biex jiġi għalikom, jeħdilkom. ħajjitkom, u mbagħad titreġġgħu lura lejn Sidkom

32:12

وَلَوۡ تَرَىٰٓ إِذِ ٱلۡمُجۡرِمُونَ نَاكِسُواْ رُءُوسِهِمۡ عِندَ رَبِّهِمۡ رَبَّنَآ أَبۡصَرۡنَا وَسَمِعۡنَا فَٱرۡجِعۡنَا نَعۡمَلۡ صَٰلِحًا إِنَّا مُوقِنُونَ

Kieku tara l-ħatjin (dakinhar tal-Ġudizzju), filwaqt li jbaxxu rashom (bil-mistħija) quddiem Sidhom, (kieku tismagħhom jgħidu): ''Sidna (il-Mulej), rajna. (is-sewwa tiegħek) u smajna (dak li konna niċħdu u ngiddbu), Mela. 4 reġġagħna lura (lejn l-art) biex nagħmlu l-ġid. Aħna J (issa) tassew nemmnu bis-sħiħ

32:13

وَلَوۡ شِئۡنَا لَأٓتَيۡنَا كُلَّ نَفۡسٍ هُدَىٰهَا وَلَٰكِنۡ حَقَّ ٱلۡقَوۡلُ مِنِّي لَأَمۡلَأَنَّ جَهَنَّمَ مِنَ ٱلۡجِنَّةِ وَٱلنَّاسِ أَجۡمَعِينَ

Kieku ridna, konna nagħtu. lil kull ruħ it-tmexxija t- tajba tagħha, iżda (issa) Kliemi (dwar il-kastig tal- ħżiena) seħħ, u tassew nimla l-Infern (bil-midinbin) minn fost il-ġinn u n-nies, ilkoll flimkien

32:14

فَذُوقُواْ بِمَا نَسِيتُمۡ لِقَآءَ يَوۡمِكُمۡ هَٰذَآ إِنَّا نَسِينَٰكُمۡۖ وَذُوقُواْ عَذَابَ ٱلۡخُلۡدِ بِمَا كُنتُمۡ تَعۡمَلُونَ

Mela duqu (il-kasrig), talli nsejtu l-laqgħa ta' dan il- Jum tagħkom. Tabilħaqq li Aħna (ukoll) insejniekoml U duqu l-kastig ta' dejjem ta' dak li kontu tagħmlul

32:15

إِنَّمَا يُؤۡمِنُ بِـَٔايَٰتِنَا ٱلَّذِينَ إِذَا ذُكِّرُواْ بِهَا خَرُّواْۤ سُجَّدًاۤ وَسَبَّحُواْ بِحَمۡدِ رَبِّهِمۡ وَهُمۡ لَا يَسۡتَكۡبِرُونَ

Jemmnu biss fis-sinjali tagħna dawk li, meta jitfakkru fihom, jinxteħtu fl-art iqimu (lil Alla), li jfaħħru s-sebħ ta' Sidhom, u ma jitkabbrux

32:16

تَتَجَافَىٰ جُنُوبُهُمۡ عَنِ ٱلۡمَضَاجِعِ يَدۡعُونَ رَبَّهُمۡ خَوۡفًا وَطَمَعًا وَمِمَّا رَزَقۡنَٰهُمۡ يُنفِقُونَ

Ġisimhom iħalli l-friex u huma jsejħu lil Sidhom, fil- biża' u fit-tama, u jonfqu (fil-karità) minn dak. li tajniehom

32:17

فَلَا تَعۡلَمُ نَفۡسٌ مَّآ أُخۡفِيَ لَهُم مِّن قُرَّةِ أَعۡيُنٍ جَزَآءَۢ بِمَا كَانُواْ يَعۡمَلُونَ

Ebda ruħ ma taf x'hena nżamm moħbi minnhom. ta' dak li kienu jagħmlu

32:18

أَفَمَن كَانَ مُؤۡمِنًا كَمَن كَانَ فَاسِقًاۚ لَّا يَسۡتَوُۥنَ

Jaqaw min jemmen huwa bħall-qarrieqż' Ma humiex indaqsi

32:19

أَمَّا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ فَلَهُمۡ جَنَّٰتُ ٱلۡمَأۡوَىٰ نُزُلَۢا بِمَا كَانُواْ يَعۡمَلُونَ

Dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid għandhom il-Ġonna tal-kenn fejn jgħammru, ta' dak (il-ġid) li kienu jagħmlu

32:20

وَأَمَّا ٱلَّذِينَ فَسَقُواْ فَمَأۡوَىٰهُمُ ٱلنَّارُۖ كُلَّمَآ أَرَادُوٓاْ أَن يَخۡرُجُواْ مِنۡهَآ أُعِيدُواْ فِيهَا وَقِيلَ لَهُمۡ ذُوقُواْ عَذَابَ ٱلنَّارِ ٱلَّذِي كُنتُم بِهِۦ تُكَذِّبُونَ

Imma l-ħatjin, il-kenn tagħhom fin-Nar, Kull darba li jkunu jridu joħorġu minnu, jitreġġgħu lura fih, u jintqal lilhom: ''Duqu l-kastig tan-Nar li kontu tgiddbuf

32:21

وَلَنُذِيقَنَّهُم مِّنَ ٱلۡعَذَابِ ٱلۡأَدۡنَىٰ دُونَ ٱلۡعَذَابِ ٱلۡأَكۡبَرِ لَعَلَّهُمۡ يَرۡجِعُونَ

Tassew indewquhom il-kastig iż-żgħir (fid-dinja). qabel il-kastig il-kbir (fil-Ħajja l-Oħra), biex forsi jerġgħu lura (għat-triq it-tajba)

32:22

وَمَنۡ أَظۡلَمُ مِمَّن ذُكِّرَ بِـَٔايَٰتِ رَبِّهِۦ ثُمَّ أَعۡرَضَ عَنۡهَآۚ إِنَّا مِنَ ٱلۡمُجۡرِمِينَ مُنتَقِمُونَ

Min hu agħar minn dak li jitfakkar fis-sinjali ta' Sidu (il-Mulej), imbagħad iwarrab minnhom 2 Tabilħaqq li għad nitħallsu mill-ħatjin

32:23

وَلَقَدۡ ءَاتَيۡنَا مُوسَى ٱلۡكِتَٰبَ فَلَا تَكُن فِي مِرۡيَةٍ مِّن لِّقَآئِهِۦۖ وَجَعَلۡنَٰهُ هُدًى لِّبَنِيٓ إِسۡرَٰٓءِيلَ

Aħna tassew tajna l-Ktieb (rat-Torġ) lil Mosċ, u la tkunx fid-dubju dwar il-laqgħa (tiegħek, Muħammad) miegħu. (il-Qoran), u. (il-Ktieb: tat-Tora): għamilnieh tmexxija għal Ulied Israel

32:24

وَجَعَلۡنَا مِنۡهُمۡ أَئِمَّةً يَهۡدُونَ بِأَمۡرِنَا لَمَّا صَبَرُواْۖ وَكَانُواْ بِـَٔايَٰتِنَا يُوقِنُونَ

Għamilna minnhom mexxejja li juru t-triq bl-amar tagħna, meta stabru (fis-saram li ħabbru wiċċhom miegħu) u kienu jemmnu sħiħ fis-sinjali tagħna

32:25

إِنَّ رَبَّكَ هُوَ يَفۡصِلُ بَيۡنَهُمۡ يَوۡمَ ٱلۡقِيَٰمَةِ فِيمَا كَانُواْ فِيهِ يَخۡتَلِفُونَ

Tabilħaqq li Sidek jagħmel ħaqq minnhom (dawk li jemmnu u dawk li jieħdu t-twemmin) f'Jum il-Qawmien dwar dak li ma kinux jaqblu fuqu

32:26

أَوَلَمۡ يَهۡدِ لَهُمۡ كَمۡ أَهۡلَكۡنَا مِن قَبۡلِهِم مِّنَ ٱلۡقُرُونِ يَمۡشُونَ فِي مَسَٰكِنِهِمۡۚ إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَأٓيَٰتٍۚ أَفَلَا يَسۡمَعُونَ

Jaqaw ma jitgħallmux (meta jaraw) kemm-il ġens qridna qabilhom, u li issa) huma jgħaddu minn (qrib) djarhom (l-imġarrfa). Tabilħaqq li f'dan hawn sinjali. Mela ma jisimgħux

32:27

أَوَلَمۡ يَرَوۡاْ أَنَّا نَسُوقُ ٱلۡمَآءَ إِلَى ٱلۡأَرۡضِ ٱلۡجُرُزِ فَنُخۡرِجُ بِهِۦ زَرۡعًا تَأۡكُلُ مِنۡهُ أَنۡعَٰمُهُمۡ وَأَنفُسُهُمۡۚ أَفَلَا يُبۡصِرُونَ

Mela ma jarawx li Aħna nsuqu l-ilma lejn art niexfa u bih noħorġu ż-żera'' 2 Minnu jieklu l-bhejjem tagħhom, u huma nfushom. Mela ma jarawx

32:28

وَيَقُولُونَ مَتَىٰ هَٰذَا ٱلۡفَتۡحُ إِن كُنتُمۡ صَٰدِقِينَ

Jgħidu (bi tkasbir il-pagani ta' Mekka lill-Misilmin): Meta hija din ir-rebħa (tagħkom fuqna), jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

32:29

قُلۡ يَوۡمَ ٱلۡفَتۡحِ لَا يَنفَعُ ٱلَّذِينَ كَفَرُوٓاْ إِيمَٰنُهُمۡ وَلَا هُمۡ يُنظَرُونَ

(Għidfilhom Muħammad): ''F'Jum ir-Rebħa (dakinhar ta' Jum il-Qawmien) ma jiswiex, lil dawk bla twemmin, it-twemmin tagħhom (ii juru fl-Aħħar Jum, għaliex ikun tard wisq) u lanqas jingħataw żmien (biex jindmu)

32:30

فَأَعۡرِضۡ عَنۡهُمۡ وَٱنتَظِرۡ إِنَّهُم مُّنتَظِرُونَ

Mela warrab minnhom (Muħammad) u stenna (biex tara x'kastig se jkollhomji Huma tabilħaqq qegħdin jistennew (ukoll biex jaraw x'se jiġri lilek u lill- Misilmin)

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.