Surah 29 · 69 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah Al-'Ankabut in Maltese

In English with tafsir

بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ

29:1

الٓمٓ

WI Lam, Mim

29:2

أَحَسِبَ ٱلنَّاسُ أَن يُتۡرَكُوٓاْ أَن يَقُولُوٓاْ ءَامَنَّا وَهُمۡ لَا يُفۡتَنُونَ

Jaqaw in-nies ħasbu li se jitħallew jgħidu: 'Nemmnu' mingħajr ma jiġġarrbu (biex naraw kemm tassew jemmnu)

29:3

وَلَقَدۡ فَتَنَّا ٱلَّذِينَ مِن قَبۡلِهِمۡۖ فَلَيَعۡلَمَنَّ ٱللَّهُ ٱلَّذِينَ صَدَقُواْ وَلَيَعۡلَمَنَّ ٱلۡكَٰذِبِينَ

Aħna tassew ġarrabna lil ta' qabilhom, u Alla tassew jaf lil dawk li qalu s-sewwa, u jaf lill-giddibin

29:4

أَمۡ حَسِبَ ٱلَّذِينَ يَعۡمَلُونَ ٱلسَّيِّـَٔاتِ أَن يَسۡبِقُونَاۚ سَآءَ مَا يَحۡكُمُونَ

Jaqaw dawk li jagħmlu l-ħażen ħasbu li se jaqbżulna (i ma jeħdux il-kastig) 7 Ħażin il-ħsieb tagħhom

29:5

مَن كَانَ يَرۡجُواْ لِقَآءَ ٱللَّهِ فَإِنَّ أَجَلَ ٱللَّهِ لَأٓتٍۚ وَهُوَ ٱلسَّمِيعُ ٱلۡعَلِيمُ

Min jittama fil-laqgħa ma' Alla (għandu jkun jaf li) tabilħaqq iż-żmien ta' Alla ġej (meta r-rebħa tkun tat-tajbin fid-dinja, u jkollhom il-premju f'Jum il-Qawmienjt Huwa li jisma' kollox u jaf kollox)

29:6

وَمَن جَٰهَدَ فَإِنَّمَا يُجَٰهِدُ لِنَفۡسِهِۦٓۚ إِنَّ ٱللَّهَ لَغَنِيٌّ عَنِ ٱلۡعَٰلَمِينَ

(Min iħabrek fbiex jimxi fit-twemmin ta' Alla), iħabrek (għall-ġid spiritwali) tiegħu nnifsu. Tabilħaqq li Alla ma jeħtieġx il-ħolqien (tiegħu)

29:7

وَٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ لَنُكَفِّرَنَّ عَنۡهُمۡ سَيِّـَٔاتِهِمۡ وَلَنَجۡزِيَنَّهُمۡ أَحۡسَنَ ٱلَّذِي كَانُواْ يَعۡمَلُونَ

U dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba, Aħna tassew inħassrulhom dnubiethom u tassew inħallsuhom ta' l-aħjar (għemejjel) li kienu jagħmlu

29:8

وَوَصَّيۡنَا ٱلۡإِنسَٰنَ بِوَٰلِدَيۡهِ حُسۡنًاۖ وَإِن جَٰهَدَاكَ لِتُشۡرِكَ بِي مَا لَيۡسَ لَكَ بِهِۦ عِلۡمٌ فَلَا تُطِعۡهُمَآۚ إِلَيَّ مَرۡجِعُكُمۡ فَأُنَبِّئُكُم بِمَا كُنتُمۡ تَعۡمَلُونَ

L-amar tagħna lill-bniedem huwa li juri tjubija mal- ġenituri tiegħu, iżda jekk jagħfsuk biex ixxierek miegħi dak li ma għandekx għarfien dwaru, tismax minnhoml Lejja terġgħu lura, u (dakinhar) inħabbrilkom dak li kontu tagħmlu

29:9

وَٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ لَنُدۡخِلَنَّهُمۡ فِي ٱلصَّٰلِحِينَ

Lil dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba tassew indaħħluhom mal-ġusti

29:10

وَمِنَ ٱلنَّاسِ مَن يَقُولُ ءَامَنَّا بِٱللَّهِ فَإِذَآ أُوذِيَ فِي ٱللَّهِ جَعَلَ فِتۡنَةَ ٱلنَّاسِ كَعَذَابِ ٱللَّهِۖ وَلَئِن جَآءَ نَصۡرٌ مِّن رَّبِّكَ لَيَقُولُنَّ إِنَّا كُنَّا مَعَكُمۡۚ أَوَلَيۡسَ ٱللَّهُ بِأَعۡلَمَ بِمَا فِي صُدُورِ ٱلۡعَٰلَمِينَ

Fost in-nies hemm min jgħid: 'Nemmnu f'Alla,' iżda meta tmisshom xi tbatija, għal Alla (minħabba t-twemmin tagħhom), huma jagħmlu t-tiġrib tan-nies (l-oħra kontrihom) bħallikieku kien il-kastig ta' Alla (u malajr jaqtgħu jieshom għal kollox). U meta tiġi għajnuna minn Sidek, tassew jgħidu(/ek Muħammad): ''Aħna tabilħaqq konna magħkomf' Jaqaw Alla ma jafx aktar b'dak li hemm fi qlub il-ħolqien (fiegħu kolli)

29:11

وَلَيَعۡلَمَنَّ ٱللَّهُ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَلَيَعۡلَمَنَّ ٱلۡمُنَٰفِقِينَ

Alla tassew jaf lil-dawk li jemmnu, u tassew jaf lil dawk ta' wiċċ b'ieħor

29:12

وَقَالَ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ لِلَّذِينَ ءَامَنُواْ ٱتَّبِعُواْ سَبِيلَنَا وَلۡنَحۡمِلۡ خَطَٰيَٰكُمۡ وَمَا هُم بِحَٰمِلِينَ مِنۡ خَطَٰيَٰهُم مِّن شَيۡءٍۖ إِنَّهُمۡ لَكَٰذِبُونَ

Dawk li ċaħdu t-twemmin jgħidu lil dawk li jemmnu: Imxu fit-triq tagħna, u aħna nġorru l-ħtijiet tagħkom. ' Huma ma jġorru xejn mill-ħtijiet tagħhom. Huma tabilħaqq giddibin

29:13

وَلَيَحۡمِلُنَّ أَثۡقَالَهُمۡ وَأَثۡقَالًا مَّعَ أَثۡقَالِهِمۡۖ وَلَيُسۡـَٔلُنَّ يَوۡمَ ٱلۡقِيَٰمَةِ عَمَّا كَانُواْ يَفۡتَرُونَ

Huma tassew għad iġorru t-toqol tagħhom, u toqol (ieħor) mat-toqol tagħhom, u tassew ikunu mistoqsijin f'Jum il-Qawmien dwar dak li kienu jaqilgħu minn żniedhom

29:14

وَلَقَدۡ أَرۡسَلۡنَا نُوحًا إِلَىٰ قَوۡمِهِۦ فَلَبِثَ فِيهِمۡ أَلۡفَ سَنَةٍ إِلَّا خَمۡسِينَ عَامًا فَأَخَذَهُمُ ٱلطُّوفَانُ وَهُمۡ ظَٰلِمُونَ

Aħna tabilħaqq bgħatna lil-Noċ għand niesu u baqa' magħhom (iħabbrilhom it-twemmin. safi u jwissihom, għal) elf sena neqsin ħamsin. U ħadhom l-għargħar (għal għarrieda) meta kienu ħżiena

29:15

فَأَنجَيۡنَٰهُ وَأَصۡحَٰبَ ٱلسَّفِينَةِ وَجَعَلۡنَٰهَآ ءَايَةً لِّلۡعَٰلَمِينَ

Għalhekk ħlisna lilu u lil dawk li kienu fl-arka u (dik il- ġrajja) għamilnieha sinjal għall-ħolqien (kollu)

29:16

وَإِبۡرَٰهِيمَ إِذۡ قَالَ لِقَوۡمِهِ ٱعۡبُدُواْ ٱللَّهَ وَٱتَّقُوهُۖ ذَٰلِكُمۡ خَيۡرٌ لَّكُمۡ إِن كُنتُمۡ تَعۡلَمُونَ

U (konna bgħatna wkoll) lil-Abraham, meta qal lil niesu: SQimu lil Alla u ibżgħu minnul Dan ikun aħjar għalikom (mill-qima li tagħtu lill-idoli), li kieku kontu taful

29:17

إِنَّمَا تَعۡبُدُونَ مِن دُونِ ٱللَّهِ أَوۡثَٰنًا وَتَخۡلُقُونَ إِفۡكًاۚ إِنَّ ٱلَّذِينَ تَعۡبُدُونَ مِن دُونِ ٱللَّهِ لَا يَمۡلِكُونَ لَكُمۡ رِزۡقًا فَٱبۡتَغُواْ عِندَ ٱللَّهِ ٱلرِّزۡقَ وَٱعۡبُدُوهُ وَٱشۡكُرُواْ لَهُۥٓۖ إِلَيۡهِ تُرۡجَعُونَ

Intom qegħdin tqimu biss idoli, minflok lil-Alla, u taqilgħu l-gideb, Tabilħaqq li dawk. li. tqimu, minflok Alla, ma għandhomx ġid x'jagħtukom, u għalhekk fittxu l-għajxien (tagħkom) mingħand Alla, qimuh u iżżuh ħajrl Lejh għad titreġġgħu lura (u Huwa jagħmel il-kontijiet magħkom)l

29:18

وَإِن تُكَذِّبُواْ فَقَدۡ كَذَّبَ أُمَمٌ مِّن قَبۡلِكُمۡۖ وَمَا عَلَى ٱلرَّسُولِ إِلَّا ٱلۡبَلَٰغُ ٱلۡمُبِينُ

U jekk tgiddbu (lill-Mibgħutin tagħna i. tiċħduhom, kunu afu li) qabilkom ġnus (oħra wkoll) giddbufhom u t- tmiem tagħhom kien mill-agħar). Dmir il-Mibgħut huwa biss li jħabbar biċ-ċar

29:19

أَوَلَمۡ يَرَوۡاْ كَيۡفَ يُبۡدِئُ ٱللَّهُ ٱلۡخَلۡقَ ثُمَّ يُعِيدُهُۥٓۚ إِنَّ ذَٰلِكَ عَلَى ٱللَّهِ يَسِيرٌ

Mela ma jarawx kif. Alla jibda l-ħolqien, u mbagħad jerġa' jibdieh. Tabilħaqq li dak għal Alla huwa ħafif

29:20

قُلۡ سِيرُواْ فِي ٱلۡأَرۡضِ فَٱنظُرُواْ كَيۡفَ بَدَأَ ٱلۡخَلۡقَۚ ثُمَّ ٱللَّهُ يُنشِئُ ٱلنَّشۡأَةَ ٱلۡأٓخِرَةَۚ إِنَّ ٱللَّهَ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءٍ قَدِيرٌ

Għid(ilhom Muħammad lil dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet): 'Terrqu fl-art u araw kif Alla beda l- J ħolqien. Imbagħad Alla, (meta jerġa jqajjem lil kulħadd mill-mewt) jagħmel l-aħħar ħolqien. Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan

29:21

يُعَذِّبُ مَن يَشَآءُ وَيَرۡحَمُ مَن يَشَآءُۖ وَإِلَيۡهِ تُقۡلَبُونَ

Huwa jikkastiga lil-min irid, u jħenn għal min irid, u Iejh titreġġgħu lura (f'Jum il-Qawrmien)

29:22

وَمَآ أَنتُم بِمُعۡجِزِينَ فِي ٱلۡأَرۡضِ وَلَا فِي ٱلسَّمَآءِۖ وَمَا لَكُم مِّن دُونِ ٱللَّهِ مِن وَلِيٍّ وَلَا نَصِيرٍ

U intom ma taħarbux (il-kastig ta' Alla), la fuq l-art u lanqas. fis-sema, u' mingħajr Alla la għandkom min iħariskom u lanqas min jgħinkom

29:23

وَٱلَّذِينَ كَفَرُواْ بِـَٔايَٰتِ ٱللَّهِ وَلِقَآئِهِۦٓ أُوْلَٰٓئِكَ يَئِسُواْ مِن رَّحۡمَتِي وَأُوْلَٰٓئِكَ لَهُمۡ عَذَابٌ أَلِيمٌ

Dawkeli jiċħdu s-sinjali ta' Alla u l-laqgħa miegħu, dawk huma li qatgħu jieshom mill-ħniena tiegħi, u dawk għandhom kastig ta' wġigħ

29:24

فَمَا كَانَ جَوَابَ قَوۡمِهِۦٓ إِلَّآ أَن قَالُواْ ٱقۡتُلُوهُ أَوۡ حَرِّقُوهُ فَأَنجَىٰهُ ٱللَّهُ مِنَ ٱلنَّارِۚ إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَأٓيَٰتٍ لِّقَوۡمٍ يُؤۡمِنُونَ

lttweġiba ta' niesu ma kinitx għajr li qalu: 'Oqtluh jew aħarquh (biex neħilsu minnu u nistrieħu minn kliemujf' U Alla ħelsu min-nar (li huma kebbsu għalih). F'dan tabilħaqq hawn sinjali għal nies li jemmnu

29:25

وَقَالَ إِنَّمَا ٱتَّخَذۡتُم مِّن دُونِ ٱللَّهِ أَوۡثَٰنًا مَّوَدَّةَ بَيۡنِكُمۡ فِي ٱلۡحَيَوٰةِ ٱلدُّنۡيَاۖ ثُمَّ يَوۡمَ ٱلۡقِيَٰمَةِ يَكۡفُرُ بَعۡضُكُم بِبَعۡضٍ وَيَلۡعَنُ بَعۡضُكُم بَعۡضًا وَمَأۡوَىٰكُمُ ٱلنَّارُ وَمَا لَكُم مِّن نَّٰصِرِينَ

Qal (Abraham): ''Intom' ma ħadtux lill-idoli (bħala allat) minflok lil Alla jekk mhux b'turija ta' mħabba lejn xulxin. fil-ħajja (f'din) id-dinja. Imbagħad f'Jum. il- Qawmien. tiċħdu lil xulxin; u tisħtu lil-xulxin, u l- għamara tagħkom ikun fin-Nar. Ma jkollkomx min jaqbeż għalikom

29:26

فَـَٔامَنَ لَهُۥ لُوطٌۘ وَقَالَ إِنِّي مُهَاجِرٌ إِلَىٰ رَبِّيٓۖ إِنَّهُۥ هُوَ ٱلۡعَزِيزُ ٱلۡحَكِيمُ

Lotemmen fih (f'Abraham), u qal(lu Abraham): ''Jiena se nitlaq minn arti għal Sidi (il-Mulej biex inxandar il- twemmin safi). Huwa tabilħaqq il-Qawwi u l-Għaref

29:27

وَوَهَبۡنَا لَهُۥٓ إِسۡحَٰقَ وَيَعۡقُوبَ وَجَعَلۡنَا فِي ذُرِّيَّتِهِ ٱلنُّبُوَّةَ وَٱلۡكِتَٰبَ وَءَاتَيۡنَٰهُ أَجۡرَهُۥ فِي ٱلدُّنۡيَاۖ وَإِنَّهُۥ فِي ٱلۡأٓخِرَةِ لَمِنَ ٱلصَّٰلِحِينَ

U (lil Abraham) tajnieh lil Iżakk u lil Ġakobb, u f'nislu qegħedna l-profezija u l-Ktieb, u tajnieh ħlasu fid-dinja. Tabilħaqq li fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra) huwa jkun mal- ġusti

29:28

وَلُوطًا إِذۡ قَالَ لِقَوۡمِهِۦٓ إِنَّكُمۡ لَتَأۡتُونَ ٱلۡفَٰحِشَةَ مَا سَبَقَكُم بِهَا مِنۡ أَحَدٍ مِّنَ ٱلۡعَٰلَمِينَ

U (fiakar) f'Lot meta qal lil niesu: 'Intom tajtuha għall- faħx li ħadd qabilkom fil-ħolqien ma għamel bħalu

29:29

أَئِنَّكُمۡ لَتَأۡتُونَ ٱلرِّجَالَ وَتَقۡطَعُونَ ٱلسَّبِيلَ وَتَأۡتُونَ فِي نَادِيكُمُ ٱلۡمُنكَرَۖ فَمَا كَانَ جَوَابَ قَوۡمِهِۦٓ إِلَّآ أَن قَالُواْ ٱئۡتِنَا بِعَذَابِ ٱللَّهِ إِن كُنتَ مِنَ ٱلصَّٰدِقِينَ

Intom tersqu lejn l-irġiel (l-oħra bħalkom biex ikollkom x'taqsmu magħhom, barra li) tisirqu (u toqtlu) lin-nies (waqt li jterrqu) fit-toroq; u tagħmlu għemejjel koroh fil- laqgħat tagħkom. Iżda t-tweġiba: ta' niesu ma' kinitx għajr li qalu(/u b'żebliħ): ''Ġibilna l-kastig ta' Alla (/i qiegħed theddidna bih), jekk qiegħed tgħid is-sewwal

29:30

قَالَ رَبِّ ٱنصُرۡنِي عَلَى ٱلۡقَوۡمِ ٱلۡمُفۡسِدِينَ

(Lot) qal: 'Sidi (il-Mulej), agħtini r-rebħa fuq nies il- ħsara

29:31

وَلَمَّا جَآءَتۡ رُسُلُنَآ إِبۡرَٰهِيمَ بِٱلۡبُشۡرَىٰ قَالُوٓاْ إِنَّا مُهۡلِكُوٓاْ أَهۡلِ هَٰذِهِ ٱلۡقَرۡيَةِۖ إِنَّ أَهۡلَهَا كَانُواْ ظَٰلِمِينَ

Meta l-Mibgħutin tagħna (/i kienx anġli) ġew għand Abraham: bil-bxara t-tajba (tat-twelid ta' ibnu Iżakk) qalu(/u): ''Aħna se neqirdu nies din il-belt (ta' Sodoma). Tabilħaqq li niesha huma ħżiena

29:32

قَالَ إِنَّ فِيهَا لُوطًاۚ قَالُواْ نَحۡنُ أَعۡلَمُ بِمَن فِيهَاۖ لَنُنَجِّيَنَّهُۥ وَأَهۡلَهُۥٓ إِلَّا ٱمۡرَأَتَهُۥ كَانَتۡ مِنَ ٱلۡغَٰبِرِينَ

Qal (Abraham, imnikket): ''Hemm Lot fiha.' Qalu(lu l- Mibgħutin ta' Alla): 'Aħna nafu aktar b'min jinsab fihal Aħna tassew se neħilsu lilu u lil niesu, ħlief lil martu, għaliex tkun ma' dawk li jibqgħu lura u jinqerdu

29:33

وَلَمَّآ أَن جَآءَتۡ رُسُلُنَا لُوطًا سِيٓءَ بِهِمۡ وَضَاقَ بِهِمۡ ذَرۡعًاۖ وَقَالُواْ لَا تَخَفۡ وَلَا تَحۡزَنۡ إِنَّا مُنَجُّوكَ وَأَهۡلَكَ إِلَّا ٱمۡرَأَتَكَ كَانَتۡ مِنَ ٱلۡغَٰبِرِينَ

Meta l-Mibgħutin tagħna ġew għand Lot (f'għamla ta' żgħażagħ ' sbieħ) huwa tnikket għalihom, uu ddejjaq għaliex ħass li ma setax iħarishom (mill-ħażen ta' niesu li seta' jiġi fuqhom). Iżda huma qalu(lu): ''La tibżax, u la titnikkitxi Aħna se neħilsu lilek u lil niesek, ħlief lil martek, li tkun ma' dawk li jibqgħu lura u jinqerdu

29:34

إِنَّا مُنزِلُونَ عَلَىٰٓ أَهۡلِ هَٰذِهِ ٱلۡقَرۡيَةِ رِجۡزًا مِّنَ ٱلسَّمَآءِ بِمَا كَانُواْ يَفۡسُقُونَ

Aħna tabilħaqq se nniżżlu fuq nies din il-belt kastig mis-sema tal-ħażen li qegħdin jagħmlu

29:35

وَلَقَد تَّرَكۡنَا مِنۡهَآ ءَايَةَۢ بَيِّنَةً لِّقَوۡمٍ يَعۡقِلُونَ

Minnha (il-belt ta' Sodoma) tassew għamilna sinjal ċar għal nies bil-għaqal

29:36

وَإِلَىٰ مَدۡيَنَ أَخَاهُمۡ شُعَيۡبًا فَقَالَ يَٰقَوۡمِ ٱعۡبُدُواْ ٱللَّهَ وَٱرۡجُواْ ٱلۡيَوۡمَ ٱلۡأٓخِرَ وَلَا تَعۡثَوۡاْ فِي ٱلۡأَرۡضِ مُفۡسِدِينَ

U lil (nies) Madjan (bgħatnielhom) lil ħuhom Xugħajb u qal/i/hom): 'Ja niesi, qimu lil Alla, ittamaw fl-Aħħar Jum, u tagħmlux ħażen fuq l-art bil-ħsara tagħkoml

29:37

فَكَذَّبُوهُ فَأَخَذَتۡهُمُ ٱلرَّجۡفَةُ فَأَصۡبَحُواْ فِي دَارِهِمۡ جَٰثِمِينَ

Iżda giddbuh, u ħadithom it-tregħida (l-kbira għal għarrieda li ħasdithom), u mas-sebħ kienu mixħutin (fl- art, mejtin) fi djarhom

29:38

وَعَادًا وَثَمُودَاْ وَقَد تَّبَيَّنَ لَكُم مِّن مَّسَٰكِنِهِمۡۖ وَزَيَّنَ لَهُمُ ٱلشَّيۡطَٰنُ أَعۡمَٰلَهُمۡ فَصَدَّهُمۡ عَنِ ٱلسَّبِيلِ وَكَانُواْ مُسۡتَبۡصِرِينَ

U (ftakar) f'Għad u f'Tamiud. Tassew jidher ċar għalikom: (dak li ġralhom minn. dak li baqa') minn djarhom. Ix-Xitan żejnilhom l-għemejjel (ħżiena) tagħhom (hekk li tgħaxxqu bihom) u żammhom mit-triq (tas-sewwa), minkejja li kien jilħqilhom (u kienu jafu x'qegħdin jagħmlu)

29:39

وَقَٰرُونَ وَفِرۡعَوۡنَ وَهَٰمَٰنَۖ وَلَقَدۡ جَآءَهُم مُّوسَىٰ بِٱلۡبَيِّنَٰتِ فَٱسۡتَكۡبَرُواْ فِي ٱلۡأَرۡضِ وَمَا كَانُواْ سَٰبِقِينَ

(Ftakar. ukoll, Muħammad) f'Qarun, fil-Fargħun, u f'Haman (il-ministru tiegħu). Mosċ ġiehom bis-sinjali ċ- ċari, u huma tkabbru fuq l-art, iżda ma setgħux jaqbżufIna u jaħarbu l-kastig tagħna

29:40

فَكُلًّا أَخَذۡنَا بِذَنۢبِهِۦۖ فَمِنۡهُم مَّنۡ أَرۡسَلۡنَا عَلَيۡهِ حَاصِبًا وَمِنۡهُم مَّنۡ أَخَذَتۡهُ ٱلصَّيۡحَةُ وَمِنۡهُم مَّنۡ خَسَفۡنَا بِهِ ٱلۡأَرۡضَ وَمِنۡهُم مَّنۡ أَغۡرَقۡنَاۚ وَمَا كَانَ ٱللَّهُ لِيَظۡلِمَهُمۡ وَلَٰكِن كَانُوٓاْ أَنفُسَهُمۡ يَظۡلِمُونَ

U lil kull wieħed ikkastigajna minħabba d-dnub tiegħu; lil uħud minnhom bgħatnielhom riefnu u xita ta' ġebel, oħrajn ħadhom ħoss qawwi (għal għarrieda), oħrajn ġegħelna l-art. tiblagħhom, filwaqt li: oħrajn għerriqniehom. Mhux Alla li naqas lejhom (mera kkastigahom) iżda kienu huma li naqsu lejhom infushom tur kien jistħoqqilhom il-kastig

29:41

مَثَلُ ٱلَّذِينَ ٱتَّخَذُواْ مِن دُونِ ٱللَّهِ أَوۡلِيَآءَ كَمَثَلِ ٱلۡعَنكَبُوتِ ٱتَّخَذَتۡ بَيۡتًاۖ وَإِنَّ أَوۡهَنَ ٱلۡبُيُوتِ لَبَيۡتُ ٱلۡعَنكَبُوتِۚ لَوۡ كَانُواْ يَعۡلَمُونَ

Dawk (il-pagani) li ħadu lil ħaddieħor biex jaqbeż għalihom, minflok lil Alla, jixbhu lil brimba li bniet bejta (għanqbuta), u tabilħaqq li l-aktar dgħajfa fost il-bejtiet hija l-bejta tal-brimba, li kieku kienu jafu (x'qegħdin iqimu)

29:42

إِنَّ ٱللَّهَ يَعۡلَمُ مَا يَدۡعُونَ مِن دُونِهِۦ مِن شَيۡءٍۚ وَهُوَ ٱلۡعَزِيزُ ٱلۡحَكِيمُ

Tabilħaqq li Alla jaf xi jsejħu minfloku, u Huwa l- Qawwi u l-Għaref

29:43

وَتِلۡكَ ٱلۡأَمۡثَٰلُ نَضۡرِبُهَا لِلنَّاسِۖ وَمَا يَعۡقِلُهَآ إِلَّا ٱلۡعَٰلِمُونَ

Dawn huma t-tixbihat li nxebbhu għan-nies, iżda ma jifhmuhomx għajr l-għorrief

29:44

خَلَقَ ٱللَّهُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضَ بِٱلۡحَقِّۚ إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَأٓيَةً لِّلۡمُؤۡمِنِينَ

Alla ħalaq is-smewwiet u l-art bis-sewwa. F'dan (il- ħolqien kollu) tassew hawn sinjal (ta' Alla Wieħed) għal mih jemmen

29:45

ٱتۡلُ مَآ أُوحِيَ إِلَيۡكَ مِنَ ٱلۡكِتَٰبِ وَأَقِمِ ٱلصَّلَوٰةَۖ إِنَّ ٱلصَّلَوٰةَ تَنۡهَىٰ عَنِ ٱلۡفَحۡشَآءِ وَٱلۡمُنكَرِۗ وَلَذِكۡرُ ٱللَّهِ أَكۡبَرُۗ وَٱللَّهُ يَعۡلَمُ مَا تَصۡنَعُونَ

Ħabbar (Muħammad) dak li tnebbaħlek mill-Ktieb, u agħmel it-talbl Tabilħaqq li t-talb ibiegħed l-għemejjel faħxija u l-ħażen. It-tifkira ta' Alla hija l-akbar (ħaġa li tista' tagħmel). Alla jaf x'qegħdin tagħmlu

29:46

وَلَا تُجَٰدِلُوٓاْ أَهۡلَ ٱلۡكِتَٰبِ إِلَّا بِٱلَّتِي هِيَ أَحۡسَنُ إِلَّا ٱلَّذِينَ ظَلَمُواْ مِنۡهُمۡۖ وَقُولُوٓاْ ءَامَنَّا بِٱلَّذِيٓ أُنزِلَ إِلَيۡنَا وَأُنزِلَ إِلَيۡكُمۡ وَإِلَٰهُنَا وَإِلَٰهُكُمۡ وَٰحِدٌ وَنَحۡنُ لَهُۥ مُسۡلِمُونَ

U tħaqquhiex ma' Nies il-Ktieb (l-Insara u l-Lhud) I jekk mhux b'dak li huwa aħjar (u b'mod xieraq), ħlief ma' dawk minnhom .li jagħmlu l-ħażen fu jitqabdu b'kefrija kontrikom). Għidu(lhom): 'Nemmnu f'dak (il- Qoran) li tniżżel lilna u (fit-Tora u l-Evanġelju li) tniżżel lilkom, u Alla tagħna u Alla tagħkom huwa Wieħed, u I aħna ntlaqna f'idejh (Misilmin)

29:47

وَكَذَٰلِكَ أَنزَلۡنَآ إِلَيۡكَ ٱلۡكِتَٰبَۚ فَٱلَّذِينَ ءَاتَيۡنَٰهُمُ ٱلۡكِتَٰبَ يُؤۡمِنُونَ بِهِۦۖ وَمِنۡ هَٰٓؤُلَآءِ مَن يُؤۡمِنُ بِهِۦۚ وَمَا يَجۡحَدُ بِـَٔايَٰتِنَآ إِلَّا ٱلۡكَٰفِرُونَ

Hekk niżżilnielek (Muħammad) il-Ktieb. U dawk (il- Lhud u l-Insara) li tajniehom il-Ktieb (it-Tora u l- Evanġelju) jemmnu fih (il-Qoran), u fost dawn (il-pagani f'Mekka) ukoll hemm min jemmen fih. Ma jiċħdux is- sinjali tagħna jekk mhux dawk li ma jemmnux

29:48

وَمَا كُنتَ تَتۡلُواْ مِن قَبۡلِهِۦ مِن كِتَٰبٍ وَلَا تَخُطُّهُۥ بِيَمِينِكَۖ إِذًا لَّٱرۡتَابَ ٱلۡمُبۡطِلُونَ

Inti (Muħammad) ma kont taqra ebda ktieb qablu (dan il-Qoran), u lanqas ma ktibt (ebda ktieb) bil-leminija tiegħek. Inkella nies il-frugħa kienu jkunu bejn ħalltejn (u jaħsbu li l-Qoran ikkupjajtu mill-Kotba mqaddsa li niżlu qablu)

29:49

بَلۡ هُوَ ءَايَٰتُۢ بَيِّنَٰتٌ فِي صُدُورِ ٱلَّذِينَ أُوتُواْ ٱلۡعِلۡمَۚ وَمَا يَجۡحَدُ بِـَٔايَٰتِنَآ إِلَّا ٱلظَّٰلِمُونَ

Iżda (il-Qoran ma huwiex hekk, imma) huwa sinjali ċari (mqiegħda) fi qlub dawk li ngħataw l-għarfien, Ma jiċħdux is-sinjali tagħna jekk mhux il-ħżiena

29:50

وَقَالُواْ لَوۡلَآ أُنزِلَ عَلَيۡهِ ءَايَٰتٌ مِّن رَّبِّهِۦۚ قُلۡ إِنَّمَا ٱلۡأٓيَٰتُ عِندَ ٱللَّهِ وَإِنَّمَآ أَنَا۠ نَذِيرٌ مُّبِينٌ

(il-pagani f'Mekka) qalu: 'Għaliex ma tniżżlux fuqu sinjali minn Sidu 7' Għid(ilhom Muħammad): 'Is-sinjali huma għand Alla, u jiena biss wieħed li jwissi biċ-ċar. (dwar il-kastig imħejji għall-ħżiena)

29:51

أَوَلَمۡ يَكۡفِهِمۡ أَنَّآ أَنزَلۡنَا عَلَيۡكَ ٱلۡكِتَٰبَ يُتۡلَىٰ عَلَيۡهِمۡۚ إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَرَحۡمَةً وَذِكۡرَىٰ لِقَوۡمٍ يُؤۡمِنُونَ

Jaqaw ma huwiex biżżejjed għalihom li Aħna niżżilnielek il-Ktieb, u li (issa) jinqralhom 2 Tabilħaqq li f'dan (il-Ktieb) hawn ħniena (għaliex jeħles lill-bniedem mit-telfien) u tifkira għal nies li jemmnu

29:52

قُلۡ كَفَىٰ بِٱللَّهِ بَيۡنِي وَبَيۡنَكُمۡ شَهِيدًاۖ يَعۡلَمُ مَا فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۗ وَٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ بِٱلۡبَٰطِلِ وَكَفَرُواْ بِٱللَّهِ أُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلۡخَٰسِرُونَ

Għid (Muħammad lill-pagani): 'Alla huwa biżżejjed bħala xhud bejni u bejnkom (li jiena qiegħed inxandar is- sewwa tiegħu). Huwa jaf b'dak li hemm fis-smewwiet u fl-art (u jekk qiegħed nigdeb, jikkastigani). U dawk li jemmnu fil-frugħat (ta' l-idoli), u jiċħdu lil Alla, dawk huma t-tellifini

29:53

وَيَسۡتَعۡجِلُونَكَ بِٱلۡعَذَابِ وَلَوۡلَآ أَجَلٌ مُّسَمًّى لَّجَآءَهُمُ ٱلۡعَذَابُۚ وَلَيَأۡتِيَنَّهُم بَغۡتَةً وَهُمۡ لَا يَشۡعُرُونَ

Huma jriduk (Muħammad) tgħaġġlilhom il-kastig, u li kieku ma hemmx żmien maħsub (għal meta tasal is- Siegħa tagħhom), il-kastig kien tassew jiġihomt Huwa tassew jiġi fuqhom għal għarrieda mingħajr ma jintebħu

29:54

يَسۡتَعۡجِلُونَكَ بِٱلۡعَذَابِ وَإِنَّ جَهَنَّمَ لَمُحِيطَةُۢ بِٱلۡكَٰفِرِينَ

Huma jriduk tgħaġġlilhom il-kastig, u l-Infern tabilħaqq se jdawwar minn kullimkien lil dawk li ma jemmnux

29:55

يَوۡمَ يَغۡشَىٰهُمُ ٱلۡعَذَابُ مِن فَوۡقِهِمۡ وَمِن تَحۡتِ أَرۡجُلِهِمۡ وَيَقُولُ ذُوقُواْ مَا كُنتُمۡ تَعۡمَلُونَ

fil-Jum meta l-kastig idawwarhom; minn fuqhom u minn taħt riġlejhom, u (Alla) jgħid(ilhom): 'Duqu dak (il- ħażen) li kontu tagħmlu

29:56

يَٰعِبَادِيَ ٱلَّذِينَ ءَامَنُوٓاْ إِنَّ أَرۡضِي وَٰسِعَةٌ فَإِيَّٰيَ فَٱعۡبُدُونِ

Ja qaddejja tiegħi li temmnu, l-art tiegħi: tabilħaqq wiesgħa, u għalhekk lili qimul

29:57

كُلُّ نَفۡسٍ ذَآئِقَةُ ٱلۡمَوۡتِۖ ثُمَّ إِلَيۡنَا تُرۡجَعُونَ

Kullruħidduq il-mewt, imbagħad lejna titreġġgħu lura

29:58

وَٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ لَنُبَوِّئَنَّهُم مِّنَ ٱلۡجَنَّةِ غُرَفًا تَجۡرِي مِن تَحۡتِهَا ٱلۡأَنۡهَٰرُ خَٰلِدِينَ فِيهَاۚ نِعۡمَ أَجۡرُ ٱلۡعَٰمِلِينَ

Dawk li jemmnu u jagħmlu t-tajjeb, tassew inqegħduhom f'għamajjar fil-Ġenna; bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jibqgħu għal dejjem. Tassew sabiħ il- ħlas ta' dawk li jagħmlu (it-rajjeb)

29:59

ٱلَّذِينَ صَبَرُواْ وَعَلَىٰ رَبِّهِمۡ يَتَوَكَّلُونَ

lijistabru u jħallu f'idejn Sidhom

29:60

وَكَأَيِّن مِّن دَآبَّةٍ لَّا تَحۡمِلُ رِزۡقَهَا ٱللَّهُ يَرۡزُقُهَا وَإِيَّاكُمۡۚ وَهُوَ ٱلسَّمِيعُ ٱلۡعَلِيمُ

U kemm-il ħliqa (dgħajfa) ma: ġġorrx. l-għajxien tagħhal Alla jagħti lilha u lilkom l-għajxien. Huwa jisma' kollox u jaf kollox

29:61

وَلَئِن سَأَلۡتَهُم مَّنۡ خَلَقَ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضَ وَسَخَّرَ ٱلشَّمۡسَ وَٱلۡقَمَرَ لَيَقُولُنَّ ٱللَّهُۖ فَأَنَّىٰ يُؤۡفَكُونَ

Jekk (lill-pagani) tistaqsihom min ħalaq is-smewwiet u l-art, u qiegħed ix-xemx u l-qamar taħt is-setgħa (tiegħu), huma tassew jgħidu: 'Allal' Mela kif jitqarrqu (meta jafir l-verità)

29:62

ٱللَّهُ يَبۡسُطُ ٱلرِّزۡقَ لِمَن يَشَآءُ مِنۡ عِبَادِهِۦ وَيَقۡدِرُ لَهُۥٓۚ إِنَّ ٱللَّهَ بِكُلِّ شَيۡءٍ عَلِيمٌ

Alla jkattar il-ġid tiegħu fuq min irid mill-qaddejja tiegħu, kif ukoll inaqqsu (il min jidhirlu). Alla tabilħaqq jaf b'kollox

29:63

وَلَئِن سَأَلۡتَهُم مَّن نَّزَّلَ مِنَ ٱلسَّمَآءِ مَآءً فَأَحۡيَا بِهِ ٱلۡأَرۡضَ مِنۢ بَعۡدِ مَوۡتِهَا لَيَقُولُنَّ ٱللَّهُۚ قُلِ ٱلۡحَمۡدُ لِلَّهِۚ بَلۡ أَكۡثَرُهُمۡ لَا يَعۡقِلُونَ

U jekk (lill-pagani) tistaqsihom min iniżżel l-ilma mis- sema, u bih jagħti l-ħajja lill-art wara mewtha, huma tassew jgħidu: 'Allat' Għid (Muħammad): ''Tifħir lil Allat' Iżda ħafna minnhom ma jifhmux

29:64

وَمَا هَٰذِهِ ٱلۡحَيَوٰةُ ٱلدُّنۡيَآ إِلَّا لَهۡوٌ وَلَعِبٌۚ وَإِنَّ ٱلدَّارَ ٱلۡأٓخِرَةَ لَهِيَ ٱلۡحَيَوَانُۚ لَوۡ كَانُواْ يَعۡلَمُونَ

Il-ħajja (f'din) id-dinja ma hijiex għajr mogħdija ta' żmien u logħob: Id-Dar (fil-Ħajja) l-Oħra dik hija l-Ħajja tassew, li kieku kienu jaful

29:65

فَإِذَا رَكِبُواْ فِي ٱلۡفُلۡكِ دَعَوُاْ ٱللَّهَ مُخۡلِصِينَ لَهُ ٱلدِّينَ فَلَمَّا نَجَّىٰهُمۡ إِلَى ٱلۡبَرِّ إِذَا هُمۡ يُشۡرِكُونَ

Meta (il-pagani) jitilgħu fuq ġifen (biex ibaħħru, fil-biża' tagħhom. mill-għarqa: tismagħhom). isejħu. lil Alla u joqogħdu għad-din tiegħu biss. Iżda meta jeħlishom (mill għawġ tal-baħar u jġibhom) lejn l-art, arahom ixierku (allat oħra) miegħu

29:66

لِيَكۡفُرُواْ بِمَآ ءَاتَيۡنَٰهُمۡ وَلِيَتَمَتَّعُواْۚ فَسَوۡفَ يَعۡلَمُونَ

Ħallihom jiċħdu dak (il-ġid (i għamilna magħhom u) li tajniehom, u. ħallihom igawdu (fżit ieħor f'din. id-dinja' Dalwaqt) sa jkunu jafu (x''ġej għalihom)l

29:67

أَوَلَمۡ يَرَوۡاْ أَنَّا جَعَلۡنَا حَرَمًا ءَامِنًا وَيُتَخَطَّفُ ٱلنَّاسُ مِنۡ حَوۡلِهِمۡۚ أَفَبِٱلۡبَٰطِلِ يُؤۡمِنُونَ وَبِنِعۡمَةِ ٱللَّهِ يَكۡفُرُونَ

Mela ma jarawx li (f'Mekka) għamilna mkien imqaddes u fis-sod. (imħares. mis-serg u mill-qtil; u li: Mekka għamilnieha art imqaddsa) tilwaqt li madwarhom in-nies qegħdin jinħatfu (inn djarhom u jinqatlu/) Jaqaw dawn (minkejja dan kollu, jibqgħu) jemmnu fil-qerg u jiċħdu l- grazzja ta' Alla

29:68

وَمَنۡ أَظۡلَمُ مِمَّنِ ٱفۡتَرَىٰ عَلَى ٱللَّهِ كَذِبًا أَوۡ كَذَّبَ بِٱلۡحَقِّ لَمَّا جَآءَهُۥٓۚ أَلَيۡسَ فِي جَهَنَّمَ مَثۡوًى لِّلۡكَٰفِرِينَ

U min huwa agħar minn dak.li jaqla' minn żniedu l-gideb dwar Alla, u jgiddeb is-sewwa meta jasallu 7 Jaqaw l-Infern ma huwiex l-għamara ta' dawk bla twemmin

29:69

وَٱلَّذِينَ جَٰهَدُواْ فِينَا لَنَهۡدِيَنَّهُمۡ سُبُلَنَاۚ وَإِنَّ ٱللَّهَ لَمَعَ ٱلۡمُحۡسِنِينَ

U lil dawk li jħabirku għalina, immexxuhom fit-toroq tagħna. Alla tabilħaqq huwa ma' dawk li jagħmlu l-ġid

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.