Surah 42 · 53 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi
Surah Ash-Shura in Maltese
بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ
كَذَٰلِكَ يُوحِيٓ إِلَيۡكَ وَإِلَى ٱلَّذِينَ مِن قَبۡلِكَ ٱللَّهُ ٱلۡعَزِيزُ ٱلۡحَكِيمُ
Hekk inebbħek Alla l-Qawwi u l-Għaref, u lil dawk (li: ġew) qablek
لَهُۥ مَا فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَمَا فِي ٱلۡأَرۡضِۖ وَهُوَ ٱلۡعَلِيُّ ٱلۡعَظِيمُ
Tiegħu dak li jinsab fis-smewwiet u fl-art, u Huwa l- Għoli, il-Kbir bla qjies
تَكَادُ ٱلسَّمَٰوَٰتُ يَتَفَطَّرۡنَ مِن فَوۡقِهِنَّۚ وَٱلۡمَلَٰٓئِكَةُ يُسَبِّحُونَ بِحَمۡدِ رَبِّهِمۡ وَيَسۡتَغۡفِرُونَ لِمَن فِي ٱلۡأَرۡضِۗ أَلَآ إِنَّ ٱللَّهَ هُوَ ٱلۡغَفُورُ ٱلرَّحِيمُ
Is-smewwiet għoddhom jinqasmu minn fuqhom, u l- anġli jfaħħru s-sebħ ta' Sidhom u jitolbu maħfra għal min jinsab fl-art. Alla tabilħaqq huwa Kollu Maħfra, il-Ħanin
وَٱلَّذِينَ ٱتَّخَذُواْ مِن دُونِهِۦٓ أَوۡلِيَآءَ ٱللَّهُ حَفِيظٌ عَلَيۡهِمۡ وَمَآ أَنتَ عَلَيۡهِم بِوَكِيلٍ
U dawk li ħadu (għalihom allat foloz, u mhux lil Alla) biex iħarsuhom minfloku, Alla jħarishom (mill-ħsara), u inti (Muħammad) m'intix responsabbli għalihom
وَكَذَٰلِكَ أَوۡحَيۡنَآ إِلَيۡكَ قُرۡءَانًا عَرَبِيًّا لِّتُنذِرَ أُمَّ ٱلۡقُرَىٰ وَمَنۡ حَوۡلَهَا وَتُنذِرَ يَوۡمَ ٱلۡجَمۡعِ لَا رَيۡبَ فِيهِۚ فَرِيقٌ فِي ٱلۡجَنَّةِ وَفَرِيقٌ فِي ٱلسَّعِيرِ
Hekk Aħna nebbaħnielek Qoran Għarbi biex twissi lil Omm il-bliet (Żif Mekka), u lil min jinsab madwarha, u twissi b'Jum il-Ġabra (tal-bnedmin kollha) li ma hemmx dubju dwaru, (mera) ġemgħa tkun fil-Ġenna, u ġemgħa. (oħra) in-Nar iħeġġeġ
وَلَوۡ شَآءَ ٱللَّهُ لَجَعَلَهُمۡ أُمَّةً وَٰحِدَةً وَلَٰكِن يُدۡخِلُ مَن يَشَآءُ فِي رَحۡمَتِهِۦۚ وَٱلظَّٰلِمُونَ مَا لَهُم مِّن وَلِيٍّ وَلَا نَصِيرٍ
Kieku ried, Alla kien jagħmilhom nazzjon wieħed (bl- istess. reliġjon: l-Islam), iżda jdaħħal lil min irid fil- ħniena tiegħu. U l-ħżiena la għandhom min iħarishom u lanqas min jagħtihom l-għajnuna
أَمِ ٱتَّخَذُواْ مِن دُونِهِۦٓ أَوۡلِيَآءَۖ فَٱللَّهُ هُوَ ٱلۡوَلِيُّ وَهُوَ يُحۡيِ ٱلۡمَوۡتَىٰ وَهُوَ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءٍ قَدِيرٌ
Jaqaw ħadu (għalihom allat foloz, u mhux lil-Alla) biex iħarsuhom minfloku. Iżda Alla, Huwa jħares, Huwa jagħti l-ħajja lill-mejtin, u Huwa fuq kollox Setgħan
وَمَا ٱخۡتَلَفۡتُمۡ فِيهِ مِن شَيۡءٍ فَحُكۡمُهُۥٓ إِلَى ٱللَّهِۚ ذَٰلِكُمُ ٱللَّهُ رَبِّي عَلَيۡهِ تَوَكَّلۡتُ وَإِلَيۡهِ أُنِيبُ
Id-deċiżjoni dwar dak li ma qbiltux fuqu tinsab għand Alla. Dak huwa Alla Sidi; f'idejh ħallejt u lejh indur (Bl- indiema)
فَاطِرُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۚ جَعَلَ لَكُم مِّنۡ أَنفُسِكُمۡ أَزۡوَٰجًا وَمِنَ ٱلۡأَنۡعَٰمِ أَزۡوَٰجًا يَذۡرَؤُكُمۡ فِيهِۚ لَيۡسَ كَمِثۡلِهِۦ شَيۡءٌۖ وَهُوَ ٱلسَّمِيعُ ٱلۡبَصِيرُ
Ħallieq is-smewwiet u art: Huwa għamlilkom minnkom infuskom in-nisa (tagħkom), u l-frat f'żewġ (għamliet ukoll għamilhom), biex b'hekk ikattarkom. Ma hemm xejn bħalu, u Huwa jisma' kollox u jara kollox
لَهُۥ مَقَالِيدُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۖ يَبۡسُطُ ٱلرِّزۡقَ لِمَن يَشَآءُ وَيَقۡدِرُۚ إِنَّهُۥ بِكُلِّ شَيۡءٍ عَلِيمٌ
(Tiegħu l-imfietaħ tas-smewwiet u ta' l-art: jifrex il-ġid tiegħu bix-xaba ') fuq min irid, kif ukoll inaqqsu (lil min irid). Huwa tabilħaqq jaf b'kollox
شَرَعَ لَكُم مِّنَ ٱلدِّينِ مَا وَصَّىٰ بِهِۦ نُوحًا وَٱلَّذِيٓ أَوۡحَيۡنَآ إِلَيۡكَ وَمَا وَصَّيۡنَا بِهِۦٓ إِبۡرَٰهِيمَ وَمُوسَىٰ وَعِيسَىٰٓۖ أَنۡ أَقِيمُواْ ٱلدِّينَ وَلَا تَتَفَرَّقُواْ فِيهِۚ كَبُرَ عَلَى ٱلۡمُشۡرِكِينَ مَا تَدۡعُوهُمۡ إِلَيۡهِۚ ٱللَّهُ يَجۡتَبِيٓ إِلَيۡهِ مَن يَشَآءُ وَيَهۡدِيٓ إِلَيۡهِ مَن يُنِيبُ
(Alla) waqqaf għalikom (l-istess) din li kien amar lil Noċ, u li nebbaħnielek (Muħammad; dik ir-reliġjon) li amarna lil Abraham, lil Mosċ u lil Ġesti (is /i rgħid hekk lil dawk li jemmmu:) Żommu sħiħ tid-din, u la tinqasmux fihl Għal dawk li jxierku l-allat, huwa iebes dak li inti (Muħammad) qiegħed isejħilhom għalih. Alla jagħżel għalih lil-min irid, u juri t-triq (li twassal) lejh lil-min. idur lejh (bl-indiema)
وَمَا تَفَرَّقُوٓاْ إِلَّا مِنۢ بَعۡدِ مَا جَآءَهُمُ ٱلۡعِلۡمُ بَغۡيَۢا بَيۡنَهُمۡۚ وَلَوۡلَا كَلِمَةٌ سَبَقَتۡ مِن رَّبِّكَ إِلَىٰٓ أَجَلٍ مُّسَمًّى لَّقُضِيَ بَيۡنَهُمۡۚ وَإِنَّ ٱلَّذِينَ أُورِثُواْ ٱلۡكِتَٰبَ مِنۢ بَعۡدِهِمۡ لَفِي شَكٍّ مِّنۡهُ مُرِيبٍ
Huma ma nqasmux jekk mhux wara li ġiehom l- għarfien, minħabba l-għira ta' bejniethom. U li kieku ma laħqitx ħarġet Kelma minn Sidek għal żmien imsemmi, kieku l-kwistjoni kienet tkun maqtugħa bejniethom. Tabilħaqq li dawk li, warajhom, ingħataw il-Ktieb (it- Torà u l-Evanġelju) b'wirt, jinsabu f'dubju kbir dwaru
فَلِذَٰلِكَ فَٱدۡعُۖ وَٱسۡتَقِمۡ كَمَآ أُمِرۡتَۖ وَلَا تَتَّبِعۡ أَهۡوَآءَهُمۡۖ وَقُلۡ ءَامَنتُ بِمَآ أَنزَلَ ٱللَّهُ مِن كِتَٰبٍۖ وَأُمِرۡتُ لِأَعۡدِلَ بَيۡنَكُمُۖ ٱللَّهُ رَبُّنَا وَرَبُّكُمۡۖ لَنَآ أَعۡمَٰلُنَا وَلَكُمۡ أَعۡمَٰلُكُمۡۖ لَا حُجَّةَ بَيۡنَنَا وَبَيۡنَكُمُۖ ٱللَّهُ يَجۡمَعُ بَيۡنَنَاۖ وَإِلَيۡهِ ٱلۡمَصِيرُ
Għalhekk sejjaħ (Muħammad lil kulħadd għar-reliġjon ta' Alla), u żomm sod, kif kont imqabbadl La timxix wara x-xewqat tagħhom, iżda għid: 'Nemmen fil-Ktieb li Alla niżżel. Jiena mqabbad nagħmel ħaqq bejnietkom. Alla huwa Sidna u Sidkom. Aħna għandna l-għemejjel tagħna (xi nwieġbu għalihom), u intom għandkom l- għemejjel tagħkom (ukoll). Ma hemm ebda tilwima bejnna u bejnkom. Alla għad jiġborna flimkien, u lura: lejh huwa t-tmiem
وَٱلَّذِينَ يُحَآجُّونَ فِي ٱللَّهِ مِنۢ بَعۡدِ مَا ٱسۡتُجِيبَ لَهُۥ حُجَّتُهُمۡ دَاحِضَةٌ عِندَ رَبِّهِمۡ وَعَلَيۡهِمۡ غَضَبٌ وَلَهُمۡ عَذَابٌ شَدِيدٌ
Iżda dawk li jħaqquha dwar Alla, wara li kien milqugħ (mill-bniedem), tkun fiergħa t-tilwima tagħhom quddiem. Sidhom, u fuqhom (jaqa ') l-għadab (ta' Alla) u jkollhom kastig qalil
ٱللَّهُ ٱلَّذِيٓ أَنزَلَ ٱلۡكِتَٰبَ بِٱلۡحَقِّ وَٱلۡمِيزَانَۗ وَمَا يُدۡرِيكَ لَعَلَّ ٱلسَّاعَةَ قَرِيبٌ
Alla (huwa) li'niżżel il-Ktieb bis-sewwa, u l-Miżien. U xi jġiegħlek tkun taf 7 Għandha mnejn is-Siegħa (tinsab) qrib
يَسۡتَعۡجِلُ بِهَا ٱلَّذِينَ لَا يُؤۡمِنُونَ بِهَاۖ وَٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ مُشۡفِقُونَ مِنۡهَا وَيَعۡلَمُونَ أَنَّهَا ٱلۡحَقُّۗ أَلَآ إِنَّ ٱلَّذِينَ يُمَارُونَ فِي ٱلسَّاعَةِ لَفِي ضَلَٰلِۭ بَعِيدٍ
Dawk li-ma jemmnux fiha (is-Siegħa tal-Ġudizzju) iridu jgħaġġluha, u dawk li jemmnu huma mbeżżgħin minnha, u jafu li hija s-sewwa. Tabilħaqq li dawk li jmieru dwar is-Siegħa, huma tassew f'telfien imbiegħed (mis-sewwa)
ٱللَّهُ لَطِيفُۢ بِعِبَادِهِۦ يَرۡزُقُ مَن يَشَآءُۖ وَهُوَ ٱلۡقَوِيُّ ٱلۡعَزِيزُ
Alla Ħelu mal-qaddejja tiegħu, jagħti l-ġid lil-min irid, u Huwa l-Qawwi, il-Felħan
مَن كَانَ يُرِيدُ حَرۡثَ ٱلۡأٓخِرَةِ نَزِدۡ لَهُۥ فِي حَرۡثِهِۦۖ وَمَن كَانَ يُرِيدُ حَرۡثَ ٱلدُّنۡيَا نُؤۡتِهِۦ مِنۡهَا وَمَا لَهُۥ فِي ٱلۡأٓخِرَةِ مِن نَّصِيبٍ
Min ikun irid il-ħsad tal-(Ħajja) l-Oħra, Aħna nżidulu l-ħsad tiegħu, u min ikun irid il-ħsad ta' (din) id-dinja, Aħna nagħtuh minnu, iżda fil-(Ħajja) l-Oħra ma jkollu ebda sehem
أَمۡ لَهُمۡ شُرَكَٰٓؤُاْ شَرَعُواْ لَهُم مِّنَ ٱلدِّينِ مَا لَمۡ يَأۡذَنۢ بِهِ ٱللَّهُۚ وَلَوۡلَا كَلِمَةُ ٱلۡفَصۡلِ لَقُضِيَ بَيۡنَهُمۡۗ وَإِنَّ ٱلظَّٰلِمِينَ لَهُمۡ عَذَابٌ أَلِيمٌ
Jaqaw għandhom. ixirka (li xierku ma' Alla) li ordnawlhom, fir-reliġjon, dak li Alla ma ppermettiex 2 Li kieku mhux għall-Kelma ta' deċiżjoni (li laħqet ħarġet), kieku kien. isir ħaqq minnhom. il-ħżiena tabilħaqq għandhom kastig ta' wġigħ
تَرَى ٱلظَّٰلِمِينَ مُشۡفِقِينَ مِمَّا كَسَبُواْ وَهُوَ وَاقِعُۢ بِهِمۡۗ وَٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ فِي رَوۡضَاتِ ٱلۡجَنَّاتِۖ لَهُم مَّا يَشَآءُونَ عِندَ رَبِّهِمۡۚ ذَٰلِكَ هُوَ ٱلۡفَضۡلُ ٱلۡكَبِيرُ
Se tara l-ħżiena. mbeżżgħin minn dak li kisbu (b'għemilhom), u huwa (il-kastig) se jaqa' fuqhom. Iżda dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid, (se jgħammru) fil-ħdura sabiħa tal-Ġonna (fejn) ikollhom dak li jridu għand Sidhom. Dik hija t-tjieba l-kbira (ta' Alla mal-ġusti)
ذَٰلِكَ ٱلَّذِي يُبَشِّرُ ٱللَّهُ عِبَادَهُ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِۗ قُل لَّآ أَسۡـَٔلُكُمۡ عَلَيۡهِ أَجۡرًا إِلَّا ٱلۡمَوَدَّةَ فِي ٱلۡقُرۡبَىٰۗ وَمَن يَقۡتَرِفۡ حَسَنَةً نَّزِدۡ لَهُۥ فِيهَا حُسۡنًاۚ إِنَّ ٱللَّهَ غَفُورٌ شَكُورٌ
Dikkhija l-bxara t-tajba li Alla jagħti lill-qaddejja tiegħu li jemmnu u jagħmlu l-ġid. Għidfilhom Muħammadk 'Ma nitlobkomx ħlas għalih (dan ix-xogħol li qiegħed nagħmel fostkom. bħala Profeta ta' Alla) ħlief (li: turi miegħi) l-imħabba ta' qraba (tiegħi li intom, u tħalhunt naqdi. l-missjoni tiegħi fostkom. mingħajr: tfixkil i periklu):' U min jagħmel għemil tajjeb, tiegħu nżidulu t- tajjeb. Alla tabilħaqq Kollu Maħfra u jiżżi ħajr
أَمۡ يَقُولُونَ ٱفۡتَرَىٰ عَلَى ٱللَّهِ كَذِبًاۖ فَإِن يَشَإِ ٱللَّهُ يَخۡتِمۡ عَلَىٰ قَلۡبِكَۗ وَيَمۡحُ ٱللَّهُ ٱلۡبَٰطِلَ وَيُحِقُّ ٱلۡحَقَّ بِكَلِمَٰتِهِۦٓۚ إِنَّهُۥ عَلِيمُۢ بِذَاتِ ٱلصُّدُورِ
Jaqaw qegħdin jgħidu li (Muħammad) qala' minn żniedu gideb dwar Alla (mera qal li l-Qoran ġej minn Alla) Kieku ried, (u kieku kien minnu li inti gdibt fuq Alla) Alla kien iqiegħed siġill fuq qalbek (u kien inessik il-Qoran). Alta jħassar il-qerq u jseddaq is-sewwa bi kliemu. Huwa tabilħaqq jaf b'kulma hemm fil-qlub
وَهُوَ ٱلَّذِي يَقۡبَلُ ٱلتَّوۡبَةَ عَنۡ عِبَادِهِۦ وَيَعۡفُواْ عَنِ ٱلسَّيِّـَٔاتِ وَيَعۡلَمُ مَا تَفۡعَلُونَ
Ħuwa li jilqa' l-indiema tal-qaddejja tiegħu, jaħfer l- għemejjel ħżiena, u jaf b'dak li tagħmlu
وَيَسۡتَجِيبُ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ وَيَزِيدُهُم مِّن فَضۡلِهِۦۚ وَٱلۡكَٰفِرُونَ لَهُمۡ عَذَابٌ شَدِيدٌ
Huwa jwieġeb lil-dawk li emmnu u jagħmlu l-ġid, 1 jżidhom mit-tjieba tiegħu. Iżda dawk li ċaħdu it- twemmin, ikollhom kastig qalil
وَلَوۡ بَسَطَ ٱللَّهُ ٱلرِّزۡقَ لِعِبَادِهِۦ لَبَغَوۡاْ فِي ٱلۡأَرۡضِ وَلَٰكِن يُنَزِّلُ بِقَدَرٍ مَّا يَشَآءُۚ إِنَّهُۥ بِعِبَادِهِۦ خَبِيرُۢ بَصِيرٌ
Kieku Alla kellu jifrex il-ġid lill-qaddejja tiegħu, kieku (dawn jitkabbru u) jagħmlu wisq ħażen fuq l-art. Iżda. Huwa jniżżel il-ġid) bil-qjies li jrid. Alla tabilħaqq jaf' sew il-qaddejja tiegħu, u jara (kulma jagħmlu)
وَهُوَ ٱلَّذِي يُنَزِّلُ ٱلۡغَيۡثَ مِنۢ بَعۡدِ مَا قَنَطُواْ وَيَنشُرُ رَحۡمَتَهُۥۚ وَهُوَ ٱلۡوَلِيُّ ٱلۡحَمِيدُ
Huwarli jniżżel ix-xita wara li qatgħu jieshom, u jifrex il-ħniena tiegħu, Huwa d-Difensur li jistħoqq kull tifħir
وَمِنۡ ءَايَٰتِهِۦ خَلۡقُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِ وَمَا بَثَّ فِيهِمَا مِن دَآبَّةٍۚ وَهُوَ عَلَىٰ جَمۡعِهِمۡ إِذَا يَشَآءُ قَدِيرٌ
Minn fost is-sinjali tiegħu (issibu) il-ħolqien tas- smewwiet u l-art, u l-ħlejjaq li xerred fihom it-tnejn. U jekk irid (u meta jrid), Huwa għandu s-setgħa jiġborhom (lura lejh)
وَمَآ أَصَٰبَكُم مِّن مُّصِيبَةٍ فَبِمَا كَسَبَتۡ أَيۡدِيكُمۡ وَيَعۡفُواْ عَن كَثِيرٍ
L-għawġ li laqatkom' (ġej) minħabba dak. li għamlu idejkom, iżda Huwa jħassar ħafna (mill-ħrijier)
وَمَآ أَنتُم بِمُعۡجِزِينَ فِي ٱلۡأَرۡضِۖ وَمَا لَكُم مِّن دُونِ ٱللَّهِ مِن وَلِيٍّ وَلَا نَصِيرٍ
Intom ma għandkomx fejn taħarbu fl-art (kollha), U barra minn Alla, la għandkom min iħariskom, u lanqas min jgħinkom
وَمِنۡ ءَايَٰتِهِ ٱلۡجَوَارِ فِي ٱلۡبَحۡرِ كَٱلۡأَعۡلَٰمِ
Minn fost is-sinjali tiegħu (issibu) l-iġfna fil-baħar, (għoljin) bħall-iġbla
إِن يَشَأۡ يُسۡكِنِ ٱلرِّيحَ فَيَظۡلَلۡنَ رَوَاكِدَ عَلَىٰ ظَهۡرِهِۦٓۚ إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَأٓيَٰتٍ لِّكُلِّ صَبَّارٍ شَكُورٍ
Kieku jrid, ( 4/la) isikket ir-riħ u (l-iġfna) jibqgħu mwaħħla fuq dahru (fuq. wiċċ il-baħar, bla ma jitħarrku): Tabilħaqq. li f'dan (hemm) sinjali għal kulmin iżomm. b'sabru u jiżżi ħajr
أَوۡ يُوبِقۡهُنَّ بِمَا كَسَبُواْ وَيَعۡفُ عَن كَثِيرٍ
Jew (Alla jqanqal l-irjieħ u lill-iġfna u) jeqridhom ta' dak li kisbu (b 'għemilhom) u jħassar ħafna (ħrijiet)
وَيَعۡلَمَ ٱلَّذِينَ يُجَٰدِلُونَ فِيٓ ءَايَٰتِنَا مَا لَهُم مِّن مَّحِيصٍ
Dawk li jħaqquha dwar is-sinjali tagħna għandhom ikunu jafu li ma għandhomx fejn jaħarbu ('mi/l-kastig)
فَمَآ أُوتِيتُم مِّن شَيۡءٍ فَمَتَٰعُ ٱلۡحَيَوٰةِ ٱلدُّنۡيَاۚ وَمَا عِندَ ٱللَّهِ خَيۡرٌ وَأَبۡقَىٰ لِلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَلَىٰ رَبِّهِمۡ يَتَوَكَّلُونَ
Dak kollu li ngħatajtu ma huwiex għajr tgawdija għall- ħajja ta' (din) id-dinja, u dak (il-ħlas fil-Ġenna) li jinsab: għand Alla huwa aħjar u jibqa' aktar għal dawk. lir- jemmnu u jħallu f'idejn Sidhom
وَٱلَّذِينَ يَجۡتَنِبُونَ كَبَٰٓئِرَ ٱلۡإِثۡمِ وَٱلۡفَوَٰحِشَ وَإِذَا مَا غَضِبُواْ هُمۡ يَغۡفِرُونَ
dawkli jwarrbu mill-ħtijiet kbar u l-għemejjel faħxija, 8 meta jagħdbu, (wara) huma jaħfru
وَٱلَّذِينَ ٱسۡتَجَابُواْ لِرَبِّهِمۡ وَأَقَامُواْ ٱلصَّلَوٰةَ وَأَمۡرُهُمۡ شُورَىٰ بَيۡنَهُمۡ وَمِمَّا رَزَقۡنَٰهُمۡ يُنفِقُونَ
dawk li jwieġbu lil-Sidhom (u jagħmlu r-rieda tiegħu), jagħmlu t-talb, li. l-affarijiet tagħhom (imexxuhom): b'konsultazzjoni bejniethom, :u jonfqu (fil-karità għal ħaddieħor) mill-ġid li tajniehom
وَٱلَّذِينَ إِذَآ أَصَابَهُمُ ٱلۡبَغۡيُ هُمۡ يَنتَصِرُونَ
dawk. li meta tolqothom. l-inġustizzja, jiddefendu rwieħhom
وَجَزَٰٓؤُاْ سَيِّئَةٍ سَيِّئَةٌ مِّثۡلُهَاۖ فَمَنۡ عَفَا وَأَصۡلَحَ فَأَجۡرُهُۥ عَلَى ٱللَّهِۚ إِنَّهُۥ لَا يُحِبُّ ٱلظَّٰلِمِينَ
Il-ħlas ta' għemil ħażin huwa għemil ħażin bħalu. Min jaħfer u jsewwi l-inkwiet (bejnu u bejn l-għadu tiegħu), il-ħlas tiegħu jkun. f'idejn Alla. Huwa tabilħaqq ma jħobbx lill-inġusti
وَلَمَنِ ٱنتَصَرَ بَعۡدَ ظُلۡمِهِۦ فَأُوْلَٰٓئِكَ مَا عَلَيۡهِم مِّن سَبِيلٍ
Min jiddefendi ruħu wara inġustizzja kontrih, għal dawk ma hemm ebda triq (ta' kundanna) kontrihom
إِنَّمَا ٱلسَّبِيلُ عَلَى ٱلَّذِينَ يَظۡلِمُونَ ٱلنَّاسَ وَيَبۡغُونَ فِي ٱلۡأَرۡضِ بِغَيۡرِ ٱلۡحَقِّۚ أُوْلَٰٓئِكَ لَهُمۡ عَذَابٌ أَلِيمٌ
Immat-triq (ta' kundanna) hija kontra dawk li jagħmlu inġustizzja man-nies, u jagħmlu l-ħażen fl-art, mingħajr ħaqq. Dawk ikollhom kastig ta' wġigħ
وَلَمَن صَبَرَ وَغَفَرَ إِنَّ ذَٰلِكَ لَمِنۡ عَزۡمِ ٱلۡأُمُورِ
Min jistabar u jaħfer, tabilħaqq dan ikun wieħed mill- aqwa għemejjel
وَمَن يُضۡلِلِ ٱللَّهُ فَمَا لَهُۥ مِن وَلِيٍّ مِّنۢ بَعۡدِهِۦۗ وَتَرَى ٱلظَّٰلِمِينَ لَمَّا رَأَوُاْ ٱلۡعَذَابَ يَقُولُونَ هَلۡ إِلَىٰ مَرَدٍّ مِّن سَبِيلٍ
U dak li Alla jtelliflu t-triq, ma jkollux min iħarsu, warajh. Se tara l-ħżiena, meta jaraw il-kastig, jgħidu: Ma hemmx xi triq li troddfhna /ura għad-dinja
وَتَرَىٰهُمۡ يُعۡرَضُونَ عَلَيۡهَا خَٰشِعِينَ مِنَ ٱلذُّلِّ يَنظُرُونَ مِن طَرۡفٍ خَفِيٍّۗ وَقَالَ ٱلَّذِينَ ءَامَنُوٓاْ إِنَّ ٱلۡخَٰسِرِينَ ٱلَّذِينَ خَسِرُوٓاْ أَنفُسَهُمۡ وَأَهۡلِيهِمۡ يَوۡمَ ٱلۡقِيَٰمَةِۗ أَلَآ إِنَّ ٱلظَّٰلِمِينَ فِي عَذَابٍ مُّقِيمٍ
Se: tarahom jinġiebu. quddiemu (l-/nfern) umiljati minħabba l-għajb (ta' l-għemejjel tagħhom), u jħarsu bis- serqa (/ejn id-dehra tal-biża' ta' quddiemhom). Dawk li jemmnu jgħidu (mill-Ġenna): ''It-tellifin tabilħaqq huma dawk li tilfu lilhom infushom u lil nieshom f'Jum il- Qawmien. il-ħżiena tabilħaqq (jinsabu) f'kastig bla tmiemi
وَمَا كَانَ لَهُم مِّنۡ أَوۡلِيَآءَ يَنصُرُونَهُم مِّن دُونِ ٱللَّهِۗ وَمَن يُضۡلِلِ ٱللَّهُ فَمَا لَهُۥ مِن سَبِيلٍ
Ma jkollhomx min iħarishom u jgħinhom, minbarra Alla. U dak li Alla jtellfu t-triq (it-tajba) ma jkollux triq. (li twasslu għas-sewwa)
ٱسۡتَجِيبُواْ لِرَبِّكُم مِّن قَبۡلِ أَن يَأۡتِيَ يَوۡمٌ لَّا مَرَدَّ لَهُۥ مِنَ ٱللَّهِۚ مَا لَكُم مِّن مَّلۡجَإٍ يَوۡمَئِذٍ وَمَا لَكُم مِّن نَّكِيرٍ
Wieġbu lil Sidkom qabel ma jiġi Jum, minn Alla, li xejn (u ħadd) ma jista' jżommu: Dakinhar ma jkollkom: ebda kenn, lanqas ma jkollkom (jedd għaċ-) ċaħda (ta' dnubietkom)
فَإِنۡ أَعۡرَضُواْ فَمَآ أَرۡسَلۡنَٰكَ عَلَيۡهِمۡ حَفِيظًاۖ إِنۡ عَلَيۡكَ إِلَّا ٱلۡبَلَٰغُۗ وَإِنَّآ إِذَآ أَذَقۡنَا ٱلۡإِنسَٰنَ مِنَّا رَحۡمَةً فَرِحَ بِهَاۖ وَإِن تُصِبۡهُمۡ سَيِّئَةُۢ بِمَا قَدَّمَتۡ أَيۡدِيهِمۡ فَإِنَّ ٱلۡإِنسَٰنَ كَفُورٌ
Jekk ma jagħtux widen, (kun af Muħammad li) Aħna ma bgħatniekx għassa tagħhom. Dmirek huwa biss: li xxandar (it-tagħlim ta' l-Islam). Tabilħaqq li meta Aħna. ndewqu lill-bniedem mill-ħniena tagħna, huwa jifraħ biha, iżda jekk tmisshom xi ħsara, minħabba dak li għamlu idejhom, tassew li l-bniedem ma jiżżix ħajr
لِّلَّهِ مُلۡكُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۚ يَخۡلُقُ مَا يَشَآءُۚ يَهَبُ لِمَن يَشَآءُ إِنَٰثًا وَيَهَبُ لِمَن يَشَآءُ ٱلذُّكُورَ
Ta' Alla (hija) is-saltna tas-smewwiet u ta' l-art. Huwa joħloq li jrid, u jagħti lil min irid ulied bniet, u jagħti s- subien lil-min irid
أَوۡ يُزَوِّجُهُمۡ ذُكۡرَانًا وَإِنَٰثًاۖ وَيَجۡعَلُ مَن يَشَآءُ عَقِيمًاۚ إِنَّهُۥ عَلِيمٌ قَدِيرٌ
jew jagħtihom it-tnejn, subien u bniet, U lil-min irid (minn fost l-irġiel u n-nisa) jagħmlu ma jistax ikollu tfal- Huwa tabilħaqq jaf kollox u fuq kollox Setgħan
وَمَا كَانَ لِبَشَرٍ أَن يُكَلِّمَهُ ٱللَّهُ إِلَّا وَحۡيًا أَوۡ مِن وَرَآيِٕ حِجَابٍ أَوۡ يُرۡسِلَ رَسُولًا فَيُوحِيَ بِإِذۡنِهِۦ مَا يَشَآءُۚ إِنَّهُۥ عَلِيٌّ حَكِيمٌ
Qatt ma kien li bniedem ikellmu Alla, jekk mhux bi tnebbiħ, jew minn wara xi velu, jew (inkella Alla) jibgħat Mibgħut u jnebbaħ bir-rieda tiegħu (li/l-bniedem) dak li jrid. Huwa tabilħaqq Għoli, Għaref
وَكَذَٰلِكَ أَوۡحَيۡنَآ إِلَيۡكَ رُوحًا مِّنۡ أَمۡرِنَاۚ مَا كُنتَ تَدۡرِي مَا ٱلۡكِتَٰبُ وَلَا ٱلۡإِيمَٰنُ وَلَٰكِن جَعَلۡنَٰهُ نُورًا نَّهۡدِي بِهِۦ مَن نَّشَآءُ مِنۡ عِبَادِنَاۚ وَإِنَّكَ لَتَهۡدِيٓ إِلَىٰ صِرَٰطٍ مُّسۡتَقِيمٍ
Għalhekk (Muħammad, bħalma għamilna mal- Mibgħutin l-oħra. qablek), nebbaħniek ruħ (li hija r- Rivelazzjoni) bl-amar tagħna. Inti ma kontx. taf x'inhu (dan). il-Ktieb, u. lanqas. it-twemmin, iżda għamilnieh dawl li bih nuru t-triq lil-min irridu mill-qaddejja tagħna. Inti tabilħaqq tmexxi lejn it-triq id-dritta
صِرَٰطِ ٱللَّهِ ٱلَّذِي لَهُۥ مَا فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَمَا فِي ٱلۡأَرۡضِۗ أَلَآ إِلَى ٱللَّهِ تَصِيرُ ٱلۡأُمُورُ
triq Alla li tiegħu huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl- art. Tabilħaqq li lejn Alla kollox jerġa' lura (għall- Ġudizzju tiegħu)
Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.