Surah 41 · 54 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi
Surah Fussilat in Maltese
بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ
تَنزِيلٌ مِّنَ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ
Tinżil (bir-Rivelazzjoni) minn Dak Kollu Ħniena, il- Ħanin
كِتَٰبٌ فُصِّلَتۡ ءَايَٰتُهُۥ قُرۡءَانًا عَرَبِيًّا لِّقَوۡمٍ يَعۡلَمُونَ
Ktieb li l-versi tiegħu tfasslu (u fissru bir-regqajz- Qoran Għarbi għal nies li jafu (i jifhmu)
بَشِيرًا وَنَذِيرًا فَأَعۡرَضَ أَكۡثَرُهُمۡ فَهُمۡ لَا يَسۡمَعُونَ
(Ktieb) li jagħti l-bxara u jwissi, iżda l-kotra tagħhom. iwarrbu (minnu) u ma jisimgħux
وَقَالُواْ قُلُوبُنَا فِيٓ أَكِنَّةٍ مِّمَّا تَدۡعُونَآ إِلَيۡهِ وَفِيٓ ءَاذَانِنَا وَقۡرٌ وَمِنۢ بَيۡنِنَا وَبَيۡنِكَ حِجَابٌ فَٱعۡمَلۡ إِنَّنَا عَٰمِلُونَ
Huma jgħidu: 'Qlubna jistkennu (ir huma mħarsa) minn dak li inti (Muħammad) issejħilna għalih, u f'widnejna (għandna) toqol itarrax, u bejnna u bejnek. hemm velu. Mela agħmel (dak li trid); aħna (ukoll) nagħmlu (dak li rridujf)
قُلۡ إِنَّمَآ أَنَا۠ بَشَرٌ مِّثۡلُكُمۡ يُوحَىٰٓ إِلَيَّ أَنَّمَآ إِلَٰهُكُمۡ إِلَٰهٌ وَٰحِدٌ فَٱسۡتَقِيمُوٓاْ إِلَيۡهِ وَٱسۡتَغۡفِرُوهُۗ وَوَيۡلٌ لِّلۡمُشۡرِكِينَ
Għid(ilhom Muħammad): Jiena biss bniedem bħalkom: tnebbaħ lili li Alla tagħkom huwa Alla wieħed. Mela aqbdu t-triq id-dritta lejh u itolbuh maħfra. Ħażin għal dawk li jxierku (a//at oħra ma' Alla)
ٱلَّذِينَ لَا يُؤۡتُونَ ٱلزَّكَوٰةَ وَهُم بِٱلۡأٓخِرَةِ هُمۡ كَٰفِرُونَ
dawk li ma jagħtux karità u jiċħdu (il-Ħajja) l-Oħra
إِنَّ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ لَهُمۡ أَجۡرٌ غَيۡرُ مَمۡنُونٍ
Tabilħaqq li dawk li jemmnu, u jagħmlu l-ġid, għandhom ħlas li ma jinqatax (i jibqa' għal dejjem)
قُلۡ أَئِنَّكُمۡ لَتَكۡفُرُونَ بِٱلَّذِي خَلَقَ ٱلۡأَرۡضَ فِي يَوۡمَيۡنِ وَتَجۡعَلُونَ لَهُۥٓ أَندَادًاۚ ذَٰلِكَ رَبُّ ٱلۡعَٰلَمِينَ
(Għidilhom Muħammad): ''Jaqaw intom tiċħdu lil Dak li ħalaq l-art f'jumejn, u tagħmlulu (allar li tgħidu l huma) indaqs miegħu' Dak Sid il-ħolqieni
وَجَعَلَ فِيهَا رَوَٰسِيَ مِن فَوۡقِهَا وَبَٰرَكَ فِيهَا وَقَدَّرَ فِيهَآ أَقۡوَٰتَهَا فِيٓ أَرۡبَعَةِ أَيَّامٍ سَوَآءً لِّلسَّآئِلِينَ
Huwa qiegħed fiha (fl-art) iġbla (/i jogħlew) fuqha. berikha, u qassam fiha l-ikel tagħha f'erbat ijiem, (ir- jingħata) indaqs lil dawk li jistaqsu
ثُمَّ ٱسۡتَوَىٰٓ إِلَى ٱلسَّمَآءِ وَهِيَ دُخَانٌ فَقَالَ لَهَا وَلِلۡأَرۡضِ ٱئۡتِيَا طَوۡعًا أَوۡ كَرۡهًا قَالَتَآ أَتَيۡنَا طَآئِعِينَ
Imbagħad dar lejn is-sema, li huwa duħħan, u qal lilu u lill-art: 'Ejjew flimkien, tridu jew ma triduxf' Huma t- tnejn qalu: 'Aħna niġu flimkien, ubbidjenti
فَقَضَىٰهُنَّ سَبۡعَ سَمَٰوَاتٍ فِي يَوۡمَيۡنِ وَأَوۡحَىٰ فِي كُلِّ سَمَآءٍ أَمۡرَهَاۚ وَزَيَّنَّا ٱلسَّمَآءَ ٱلدُّنۡيَا بِمَصَٰبِيحَ وَحِفۡظًاۚ ذَٰلِكَ تَقۡدِيرُ ٱلۡعَزِيزِ ٱلۡعَلِيمِ
Huwa qata' li jkunu seba' smewwiet f'jumejn, 1 nebbaħ f'kull sema l-amar tiegħu. U żejjinna s-sema ta' isfel bi msiebaħ (il-kwiekeb) u (tajnieh) ħarsien. Dak huwa d-digriet tal-Qawwi li jaf kollox
فَإِنۡ أَعۡرَضُواْ فَقُلۡ أَنذَرۡتُكُمۡ صَٰعِقَةً مِّثۡلَ صَٰعِقَةِ عَادٍ وَثَمُودَ
Iżda jekk iwarrbu (mit-twemmin, għaliex ma jridx jafu), għidtilhom Muħammad): ''Wissejtkom' fli tolqotkom) sajjetta, bħas-sajjetta (li laqtet lit-tribujiet) ta' Għad u Tamdd (fl-igħoddi)
إِذۡ جَآءَتۡهُمُ ٱلرُّسُلُ مِنۢ بَيۡنِ أَيۡدِيهِمۡ وَمِنۡ خَلۡفِهِمۡ أَلَّا تَعۡبُدُوٓاْ إِلَّا ٱللَّهَۖ قَالُواْ لَوۡ شَآءَ رَبُّنَا لَأَنزَلَ مَلَٰٓئِكَةً فَإِنَّا بِمَآ أُرۡسِلۡتُم بِهِۦ كَٰفِرُونَ
Meta ġewhom il-Mibgħutin minn quddiemhom u minn. warajhom: (u wissewhom): ''La tqimux għajr lil-Alla' (nies Għad u Tamid qalu): ''Kieku ried, Sidna kien iniżżel anġli (biex iwissuna), Għalhekk aħna ma' nemmnux f'dak li ntbagħattu bihi
فَأَمَّا عَادٌ فَٱسۡتَكۡبَرُواْ فِي ٱلۡأَرۡضِ بِغَيۡرِ ٱلۡحَقِّ وَقَالُواْ مَنۡ أَشَدُّ مِنَّا قُوَّةًۖ أَوَلَمۡ يَرَوۡاْ أَنَّ ٱللَّهَ ٱلَّذِي خَلَقَهُمۡ هُوَ أَشَدُّ مِنۡهُمۡ قُوَّةًۖ وَكَانُواْ بِـَٔايَٰتِنَا يَجۡحَدُونَ
Nies Għad tkabbru fl-art, mingħajr ħaqq, u qalu: 'Min huwa akbar minna fil-qawwa/' Mela ma rawx li Alla li ħalaqhom huwa akbar minnhom fil-qawwa Huma kienu jiċħdu r-Rivelazzjoni tagħna
فَأَرۡسَلۡنَا عَلَيۡهِمۡ رِيحًا صَرۡصَرًا فِيٓ أَيَّامٍ نَّحِسَاتٍ لِّنُذِيقَهُمۡ عَذَابَ ٱلۡخِزۡيِ فِي ٱلۡحَيَوٰةِ ٱلدُّنۡيَاۖ وَلَعَذَابُ ٱلۡأٓخِرَةِ أَخۡزَىٰۖ وَهُمۡ لَا يُنصَرُونَ
Għalhekk bgħatna fuqhom riefnu kiesaħ f'jiem ta' riżq ħażin biex indewquhom. il-kastig. tat-tkasbir. fil-ħajja (f'din) id-dinja. Tassew li l-kastig tal-Oħra (tal-Ħajja l- Oħra) huwa aktar ta' tkasbir, u ma jkunux megħjunin
وَأَمَّا ثَمُودُ فَهَدَيۡنَٰهُمۡ فَٱسۡتَحَبُّواْ ٱلۡعَمَىٰ عَلَى ٱلۡهُدَىٰ فَأَخَذَتۡهُمۡ صَٰعِقَةُ ٱلۡعَذَابِ ٱلۡهُونِ بِمَا كَانُواْ يَكۡسِبُونَ
Nies-Tamiid mexxejniehom fit-triq it-tajba, iżda huma għoġobhom aktar l-għama milli t-tmexxija. t-tajba, għalhekk ħadithom is-sajjetta tal-kastig ta' l-umiljazzjoni minħabba. dak (il-ħażen) li kienu jiksbu (bl-għemejjel tagħhom)
وَنَجَّيۡنَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَكَانُواْ يَتَّقُونَ
U ħlisna (mill-kastig) lil dawk li emmnu:u kienu jibżgħu minn Alla
وَيَوۡمَ يُحۡشَرُ أَعۡدَآءُ ٱللَّهِ إِلَى ٱلنَّارِ فَهُمۡ يُوزَعُونَ
Fil-Jum meta l-għedewwa ta' Alla jinġabru għan-Nar (ta' dejjem), huma jinsaqu u jkunu mbuttati (għa/ ġewwa: fih)
حَتَّىٰٓ إِذَا مَا جَآءُوهَا شَهِدَ عَلَيۡهِمۡ سَمۡعُهُمۡ وَأَبۡصَٰرُهُمۡ وَجُلُودُهُم بِمَا كَانُواْ يَعۡمَلُونَ
U meta jaslu ħdejh (l-/nfern). jixhdu kontrihom is- smigħ tagħhom, dawl għajnejhom, u l-ġlud tagħhom dwar dak li kienu jagħmlu
وَقَالُواْ لِجُلُودِهِمۡ لِمَ شَهِدتُّمۡ عَلَيۡنَاۖ قَالُوٓاْ أَنطَقَنَا ٱللَّهُ ٱلَّذِيٓ أَنطَقَ كُلَّ شَيۡءٍۚ وَهُوَ خَلَقَكُمۡ أَوَّلَ مَرَّةٍ وَإِلَيۡهِ تُرۡجَعُونَ
Huma jgħidu lil ġludhom: ''Għaliex tixhdu kontrinaf' Huma jwieġbu: ''Alla ġegħelna nitkellmu, Dak li ġiegħel kull ħaġa titkellem. Huwa ħalaqkom l-ewwel darba, u lejh titreġġgħu lura
وَمَا كُنتُمۡ تَسۡتَتِرُونَ أَن يَشۡهَدَ عَلَيۡكُمۡ سَمۡعُكُمۡ وَلَآ أَبۡصَٰرُكُمۡ وَلَا جُلُودُكُمۡ وَلَٰكِن ظَنَنتُمۡ أَنَّ ٱللَّهَ لَا يَعۡلَمُ كَثِيرًا مِّمَّا تَعۡمَلُونَ
Intom ma kontux tinsatru (u tinħbew) biex is-smigħ tagħkom, dawl għajnejkom: u ġludkom ma jixhdux kontrikom. Iżda intom taħsbu li Alla ma jafx ħafna minn dak li kontu tagħmlu
وَذَٰلِكُمۡ ظَنُّكُمُ ٱلَّذِي ظَنَنتُم بِرَبِّكُمۡ أَرۡدَىٰكُمۡ فَأَصۡبَحۡتُم مِّنَ ٱلۡخَٰسِرِينَ
Dan il-ħsieb tagħkom li ħsibtu dwar Sidkom qeridkom, ussirtu mit-tellifin
فَإِن يَصۡبِرُواْ فَٱلنَّارُ مَثۡوًى لَّهُمۡۖ وَإِن يَسۡتَعۡتِبُواْ فَمَا هُم مِّنَ ٱلۡمُعۡتَبِينَ
Uanki jekk jistabru, in-Nar ikun għamara għalihom; U jekk jitolbu li jintlaqgħu fil-grazzja ta' Alla, huma ma jkunux mill-milqugħin
وَقَيَّضۡنَا لَهُمۡ قُرَنَآءَ فَزَيَّنُواْ لَهُم مَّا بَيۡنَ أَيۡدِيهِمۡ وَمَا خَلۡفَهُمۡ وَحَقَّ عَلَيۡهِمُ ٱلۡقَوۡلُ فِيٓ أُمَمٍ قَدۡ خَلَتۡ مِن قَبۡلِهِم مِّنَ ٱلۡجِنِّ وَٱلۡإِنسِۖ إِنَّهُمۡ كَانُواْ خَٰسِرِينَ
Aħna tajniehom sħab (xjaten u nies ħżiena biex jgħix magħhom) li żejnulhom dak (l-għemil ħażin) ta' qabel (li għamlu fl-imgħoddi) u dak ta' wara (li se jagħmlu fil- ġejjieni). U seħħet dwarhom il-kelma (tal-kastig). fost ġnus ta' ġinn u bnedmin li għaddew qabilhom (u għamlu bħalhom; kelma li tgħid:) huma tabilħaqq tellifint
وَقَالَ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ لَا تَسۡمَعُواْ لِهَٰذَا ٱلۡقُرۡءَانِ وَٱلۡغَوۡاْ فِيهِ لَعَلَّكُمۡ تَغۡلِبُونَ
Dawkli m'emmnux qalu: 'La tisimgħux dan il-Qoran u ħarbtu fih (kemm tifilħu)t Forsi tegħlbu (lil dawk li jemmnu)
فَلَنُذِيقَنَّ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ عَذَابًا شَدِيدًا وَلَنَجۡزِيَنَّهُمۡ أَسۡوَأَ ٱلَّذِي كَانُواْ يَعۡمَلُونَ
— Tassew li sendewqu lil dawk li m'emmnux kastig qalil, u tassew li se nħallsuhom ta' l-agħar (għemejjel) li kienu jagħmlu
ذَٰلِكَ جَزَآءُ أَعۡدَآءِ ٱللَّهِ ٱلنَّارُۖ لَهُمۡ فِيهَا دَارُ ٱلۡخُلۡدِ جَزَآءَۢ بِمَا كَانُواْ بِـَٔايَٰتِنَا يَجۡحَدُونَ
Dak hu l-ħlas ta' l-għedewwa ta' Alla: in-Nar. Fili għandhom id-Dar ta' dejjem; ħlas (xieraq għalihom) talli kienu jiċħdu s-sinjali tagħna
وَقَالَ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ رَبَّنَآ أَرِنَا ٱلَّذَيۡنِ أَضَلَّانَا مِنَ ٱلۡجِنِّ وَٱلۡإِنسِ نَجۡعَلۡهُمَا تَحۡتَ أَقۡدَامِنَا لِيَكُونَا مِنَ ٱلۡأَسۡفَلِينَ
Dawk li ma jemmnux jgħidu: ''Ja Sidna, urina lil-dawk minn fost il-ġinr u l-bnedmin li tellfulna t-triq. Aħna nqegħduhom taħt saqajna biex ikunu minn dawk ta' isfel (u fil-qiegħ)
إِنَّ ٱلَّذِينَ قَالُواْ رَبُّنَا ٱللَّهُ ثُمَّ ٱسۡتَقَٰمُواْ تَتَنَزَّلُ عَلَيۡهِمُ ٱلۡمَلَٰٓئِكَةُ أَلَّا تَخَافُواْ وَلَا تَحۡزَنُواْ وَأَبۡشِرُواْ بِٱلۡجَنَّةِ ٱلَّتِي كُنتُمۡ تُوعَدُونَ
Tabilħaqq li-dawk. li jgħidu: 'Sidna huwa Alla'' imbagħad iżommu fit-triq id-dritta, l-anġli jinżlu fuqhom (u jgħidulhom): ''La tibżgħux u la titnikktux, u ħudu l- bxara t-tajba dwar il-Ġenna li kontu mwegħdinl
نَحۡنُ أَوۡلِيَآؤُكُمۡ فِي ٱلۡحَيَوٰةِ ٱلدُّنۡيَا وَفِي ٱلۡأٓخِرَةِۖ وَلَكُمۡ فِيهَا مَا تَشۡتَهِيٓ أَنفُسُكُمۡ وَلَكُمۡ فِيهَا مَا تَدَّعُونَ
Aħna nħarsukom fil-ħajja (f'din) id-dinja u fl-Oħra, u. fiha jkollkom dak li jixtiequ qlubkom, u jkollkom fiha. dak li titolbu
نُزُلًا مِّنۡ غَفُورٍ رَّحِيمٍ
għotja ta' merħba (f'Dar Alla) mingħand Dak li huwa Kollu Maħfra u Ħanin
وَمَنۡ أَحۡسَنُ قَوۡلًا مِّمَّن دَعَآ إِلَى ٱللَّهِ وَعَمِلَ صَٰلِحًا وَقَالَ إِنَّنِي مِنَ ٱلۡمُسۡلِمِينَ
U min huwa aħjar fil-kliem minn dak li jsejjaħ lil Alla u jagħmel il-ġid. u jgħid: ''Jiena mill-Misilmin
وَلَا تَسۡتَوِي ٱلۡحَسَنَةُ وَلَا ٱلسَّيِّئَةُۚ ٱدۡفَعۡ بِٱلَّتِي هِيَ أَحۡسَنُ فَإِذَا ٱلَّذِي بَيۡنَكَ وَبَيۡنَهُۥ عَدَٰوَةٌ كَأَنَّهُۥ وَلِيٌّ حَمِيمٌ
Il-tajjeb/u l-ħażin ma humiex indaqs. Reġġa' lura (l- għemil ħażin) b'dak (l-għemil) li hu aħjar. Għaliex ara, dak li bejnek u bejnu hemm ostilità u mibegħda (isir) bħallikieku ħabib tal-qalb
وَمَا يُلَقَّىٰهَآ إِلَّا ٱلَّذِينَ صَبَرُواْ وَمَا يُلَقَّىٰهَآ إِلَّا ذُو حَظٍّ عَظِيمٍ
U ma jingħatawx (din il-grazzja) ħlief dawk li stabru, tl ma jingħatax (din il-barka) għajr dak ta' riżq tajjeb
وَإِمَّا يَنزَغَنَّكَ مِنَ ٱلشَّيۡطَٰنِ نَزۡغٌ فَٱسۡتَعِذۡ بِٱللَّهِۖ إِنَّهُۥ هُوَ ٱلسَّمِيعُ ٱلۡعَلِيمُ
U jekk jasallek (Muħammad) tixwix u tiġrib mix-Xitan, stkenn f'Allal Huwa tabilħaqq jisma' kollox u jaf kollox
وَمِنۡ ءَايَٰتِهِ ٱلَّيۡلُ وَٱلنَّهَارُ وَٱلشَّمۡسُ وَٱلۡقَمَرُۚ لَا تَسۡجُدُواْ لِلشَّمۡسِ وَلَا لِلۡقَمَرِ وَٱسۡجُدُواْۤ لِلَّهِۤ ٱلَّذِي خَلَقَهُنَّ إِن كُنتُمۡ إِيَّاهُ تَعۡبُدُونَ
Minn fost is-sinjali tiegħu (insibu) il-lejl u n-nhar, u x- xemx u l-qamar, La tinxteħtux (bil-qima) quddiem ix- xemx, u lanqas quddiem il-qamar, iżda nxteħtu quddiem: Alla li ħalaqhom, jekk tassew lilu tqimu
فَإِنِ ٱسۡتَكۡبَرُواْ فَٱلَّذِينَ عِندَ رَبِّكَ يُسَبِّحُونَ لَهُۥ بِٱلَّيۡلِ وَٱلنَّهَارِ وَهُمۡ لَا يَسۡـَٔمُونَ
Iżda jekk (l-arroganti) jitkabbru, (jeħtieġ ikunu jafu li Alla ma huwiex qiegħed jistenniehom għaliex) dawk (l- anġli) li huma għand Sidek isebbħuh lejl u nhar, u huma. na jiddejqux (jagħtu qima lil Alla)
وَمِنۡ ءَايَٰتِهِۦٓ أَنَّكَ تَرَى ٱلۡأَرۡضَ خَٰشِعَةً فَإِذَآ أَنزَلۡنَا عَلَيۡهَا ٱلۡمَآءَ ٱهۡتَزَّتۡ وَرَبَتۡۚ إِنَّ ٱلَّذِيٓ أَحۡيَاهَا لَمُحۡيِ ٱلۡمَوۡتَىٰٓۚ إِنَّهُۥ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءٍ قَدِيرٌ
U fost is-sinjali tiegħu inti tara l-art mhux għammiela, iżda meta nniżżlu fuqha l-ilma, hija titheżżeż u tikber (i tagħti frott). Tabilħaqq li Dak li jagħtiha l-ħajja, jagħti l- ħajja lill-mejtin. Huwa tabilħaqq fuq kollox Setgħan
إِنَّ ٱلَّذِينَ يُلۡحِدُونَ فِيٓ ءَايَٰتِنَا لَا يَخۡفَوۡنَ عَلَيۡنَآۗ أَفَمَن يُلۡقَىٰ فِي ٱلنَّارِ خَيۡرٌ أَم مَّن يَأۡتِيٓ ءَامِنًا يَوۡمَ ٱلۡقِيَٰمَةِۚ ٱعۡمَلُواْ مَا شِئۡتُمۡ إِنَّهُۥ بِمَا تَعۡمَلُونَ بَصِيرٌ
Tassew li dawk li jgħawġu l-versi tagħna, ma humiex moħbijin: minna. Jaqaw min jinxteħet fin-Nar huwa l- aħjar, jew min jiġi. (għandna). fiż-żgur, f'Jum. il- Qawmien Agħmlu li tridul Huwa tabilħaqq jara sew dak li tagħmlu
إِنَّ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ بِٱلذِّكۡرِ لَمَّا جَآءَهُمۡۖ وَإِنَّهُۥ لَكِتَٰبٌ عَزِيزٌ
Tabilħaqq li dawk li jiċħdu t-tifkira meta taslilhom (huma l-ħatjin). u huwa (il-Qoran) Ktieb ta' ġieħ
لَّا يَأۡتِيهِ ٱلۡبَٰطِلُ مِنۢ بَيۡنِ يَدَيۡهِ وَلَا مِنۡ خَلۡفِهِۦۖ تَنزِيلٌ مِّنۡ حَكِيمٍ حَمِيدٍ
Ma jiġihx il-qerq, la minn quddiemu u' lanqas. minn warajh. Huwa tinżil (bir-Rivelazzjoni) minn Għaref, li jistħoqq kull tifħir
مَّا يُقَالُ لَكَ إِلَّا مَا قَدۡ قِيلَ لِلرُّسُلِ مِن قَبۡلِكَۚ إِنَّ رَبَّكَ لَذُو مَغۡفِرَةٍ وَذُو عِقَابٍ أَلِيمٍ
Dak jintqal lilek (Muħammad) ma huwiex għajr dak li ntqal lill-Mibgħutin qablek. Sidek tabilħaqq huwa Sid. il-maħfra, u Sid il-kastig ta' wġigħ
وَلَوۡ جَعَلۡنَٰهُ قُرۡءَانًا أَعۡجَمِيًّا لَّقَالُواْ لَوۡلَا فُصِّلَتۡ ءَايَٰتُهُۥٓۖ ءَا۬عۡجَمِيٌّ وَعَرَبِيٌّۗ قُلۡ هُوَ لِلَّذِينَ ءَامَنُواْ هُدًى وَشِفَآءٌۚ وَٱلَّذِينَ لَا يُؤۡمِنُونَ فِيٓ ءَاذَانِهِمۡ وَقۡرٌ وَهُوَ عَلَيۡهِمۡ عَمًىۚ أُوْلَٰٓئِكَ يُنَادَوۡنَ مِن مَّكَانِۭ بَعِيدٍ
Li kieku għamilnieh Qoran bi lsien. barrani. (in/ux Għarbi), huma kienu jgħidu: ''Għaliex il-versi tiegħu ma. tfissrux bir-reqqa (u bi Isienna) 7' (Ktieb) bi lsien barrani u (il-Mibgħur) Għarbiż (Dan. kif jista' jkun 2) Għid (Muħammad): ''Għal dawk li jemmnu, huwa tmexxija tajba u fejqan, u dawk li ma jemmnux għandhom toqol f'widnejhom, u. għalihom huwa għama, Dawk (bħallikieku) jissejħu minn post imbiegħed (u ma jistgħux jisimgħu)
وَلَقَدۡ ءَاتَيۡنَا مُوسَى ٱلۡكِتَٰبَ فَٱخۡتُلِفَ فِيهِۚ وَلَوۡلَا كَلِمَةٌ سَبَقَتۡ مِن رَّبِّكَ لَقُضِيَ بَيۡنَهُمۡۚ وَإِنَّهُمۡ لَفِي شَكٍّ مِّنۡهُ مُرِيبٍ
Tassew tajna l-Ktieb lil Mose, u ma kienx hemm qbil dwaru. Li kieku ma laħqitx ħarġet Kelma minn Sidek, kieku l-kwistjoni. kienet tkun maqtugħa. bejniethom. Tassew li huma jinsabu f'dubju kbir dwaru
مَّنۡ عَمِلَ صَٰلِحًا فَلِنَفۡسِهِۦۖ وَمَنۡ أَسَآءَ فَعَلَيۡهَاۗ وَمَا رَبُّكَ بِظَلَّٰمٍ لِّلۡعَبِيدِ
Minjagħmel is-sewwa (jagħmel hekk) għalih innifsu, u min. jagħmel il-ħażen (jagħmel hekk) kontra tiegħu nnifsu. Sidek ma huwiex inġust mal-qaddejja (tiegħu)
إِلَيۡهِ يُرَدُّ عِلۡمُ ٱلسَّاعَةِۚ وَمَا تَخۡرُجُ مِن ثَمَرَٰتٍ مِّنۡ أَكۡمَامِهَا وَمَا تَحۡمِلُ مِنۡ أُنثَىٰ وَلَا تَضَعُ إِلَّا بِعِلۡمِهِۦۚ وَيَوۡمَ يُنَادِيهِمۡ أَيۡنَ شُرَكَآءِي قَالُوٓاْ ءَاذَنَّٰكَ مَا مِنَّا مِن شَهِيدٍ
Lura lejh (lejn Alla) jintradd. l-għarfien tas-Siegħa fiha jitqajmu l-bnedmin mill-mewt). Ebda waħda mill- frott ma toħroġ mill-qxur tagħha, u ebda mara ma ġġorr (f'ġufha) u lanqas twelled, jekk mhux bl-għarfien tiegħu (ta' Alla). U fil-Jum meta (Alla). isejħilhom (iċ jistaqsihom): ''Fejn huma sħabi. (l-allat foloz li kontu tqimu minflokij 77 huma jgħidu: 'Ngħarrfuk li ħadd minna ma jixhed (li hemm allat oħra għajrek)
وَضَلَّ عَنۡهُم مَّا كَانُواْ يَدۡعُونَ مِن قَبۡلُۖ وَظَنُّواْ مَا لَهُم مِّن مَّحِيصٍ
Telquhom dawk (l-allar) li kienu jsejħu qabel, u emmnu li ma għandhomx fejn jaħarbu (mill-kastig li ġej fuqhom)
لَّا يَسۡـَٔمُ ٱلۡإِنسَٰنُ مِن دُعَآءِ ٱلۡخَيۡرِ وَإِن مَّسَّهُ ٱلشَّرُّ فَيَـُٔوسٌ قَنُوطٌ
Il-bniedem ma jegħja qatt jitlob il-ġid, iżda meta jmissu l-ħażen, huwa jaqta' jiesu u jiddispra
وَلَئِنۡ أَذَقۡنَٰهُ رَحۡمَةً مِّنَّا مِنۢ بَعۡدِ ضَرَّآءَ مَسَّتۡهُ لَيَقُولَنَّ هَٰذَا لِي وَمَآ أَظُنُّ ٱلسَّاعَةَ قَآئِمَةً وَلَئِن رُّجِعۡتُ إِلَىٰ رَبِّيٓ إِنَّ لِي عِندَهُۥ لَلۡحُسۡنَىٰۚ فَلَنُنَبِّئَنَّ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ بِمَا عَمِلُواْ وَلَنُذِيقَنَّهُم مِّنۡ عَذَابٍ غَلِيظٍ
U meta ndewquh ħniena mingħandna, wara li tkun messitu xi ħsara, tassew jgħid: 'Dan (bil-ħila) tiegħi, u ma naħsibx li s-Siegħa (tal-Ġudizzju) se sseħħ. U jekk nitreġġa' lura għand Sidi, tassew li nsib għandu l-ġid (is ma huwiex se jikkastigani).' Aħna tassew ngħarrfu lil dawk li ma jemmnux b'dak li għamlu, u tassew indewquhom kastig iebes
وَإِذَآ أَنۡعَمۡنَا عَلَى ٱلۡإِنسَٰنِ أَعۡرَضَ وَنَـَٔا بِجَانِبِهِۦ وَإِذَا مَسَّهُ ٱلشَّرُّ فَذُو دُعَآءٍ عَرِيضٍ
Meta nsawbu l-grazzji tagħna fuq il-bniedem, huwa jwarrab (mit-triq it-tajba) u jitkabbar. Iżda meta jmissu l- ħażen, huwa jdum isejjaħ (lil Alla għall-għajnuna)
قُلۡ أَرَءَيۡتُمۡ إِن كَانَ مِنۡ عِندِ ٱللَّهِ ثُمَّ كَفَرۡتُم بِهِۦ مَنۡ أَضَلُّ مِمَّنۡ هُوَ فِي شِقَاقِۭ بَعِيدٍ
(Għid/ilhom Muħammad): 'Ħabbruni (intom il-pagani): jekk (dan il-Qoran) huwa (tassew) mingħand Alla, imbagħad m'emmintux fih, min huwa aktar mitluf minn dak li jinsab f'firda kbira (minn Alla)
سَنُرِيهِمۡ ءَايَٰتِنَا فِي ٱلۡأٓفَاقِ وَفِيٓ أَنفُسِهِمۡ حَتَّىٰ يَتَبَيَّنَ لَهُمۡ أَنَّهُ ٱلۡحَقُّۗ أَوَلَمۡ يَكۡفِ بِرَبِّكَ أَنَّهُۥ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءٍ شَهِيدٌ
Aħna se nuruhom is-sinjali tagħna f'kull naħa. fl- univers (kollu), u fihom infushom, sa ma jidhrilhom biċ- ċar li (dan il-Qoran) huwa s-sewwa. Jaqaw mhux biżżejjed (għall-pagani) li Sidek (ma jagbiżlu xejn U huwa) Xhud għal kollox
أَلَآ إِنَّهُمۡ فِي مِرۡيَةٍ مِّن لِّقَآءِ رَبِّهِمۡۗ أَلَآ إِنَّهُۥ بِكُلِّ شَيۡءٍ مُّحِيطُۢ
Huma tabilħaqq jinsabu f'dubju dwar il-laqgħa ma' Sidhom (f'Jum. il-Ġudizzju). Huwa tabilħaqq. għandu kollox taħt idejh
Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.