Surah 15 · 99 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah Al-Hijr in Maltese

In English with tafsir

بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ

15:1

الٓرۚ تِلۡكَ ءَايَٰتُ ٱلۡكِتَٰبِ وَقُرۡءَانٍ مُّبِينٍ

Alif. Lam. Ra'. Dawn huma l-versi tal-Ktieb, u Qoran mill- aktar ċar

15:2

رُّبَمَا يَوَدُّ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ لَوۡ كَانُواْ مُسۡلِمِينَ

Ħafna drabi dawk li ċaħdu t-twemmin (meta f'Jum il- Ġudizzju jaraw il-kastig tal-biża' li hemm jistenniehom) jixtiequ li kieku (f'ħajjithom) kienu Misilmin

15:3

ذَرۡهُمۡ يَأۡكُلُواْ وَيَتَمَتَّعُواْ وَيُلۡهِهِمُ ٱلۡأَمَلُۖ فَسَوۡفَ يَعۡلَمُونَ

Ħallihom (Muħammad) jieklu, igawdu, u t-tama (fiergħa ta' ħajja twila) tqarraq bihom; (dalwaqt) se jkunu jaful

15:4

وَمَآ أَهۡلَكۡنَا مِن قَرۡيَةٍ إِلَّا وَلَهَا كِتَابٌ مَّعۡلُومٌ

Ma qridna ebda belt (li ċaħdet xi Mibgħur mill-Mibgħutin tagħna) li ma kellhiex żmien magħruf (sa: meta: kellha: tinqered)

15:5

مَّا تَسۡبِقُ مِنۡ أُمَّةٍ أَجَلَهَا وَمَا يَسۡتَـٔۡخِرُونَ

Ebda ġens ma (jista') jgħaġġel (u jġib fuqu l-kastig qabel) żmienu, u (/anqas) ma jdewwem (il-kastig) għal żmien aktar tard. (Alla biss jaf meta huwa t-tmiem)

15:6

وَقَالُواْ يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِي نُزِّلَ عَلَيۡهِ ٱلذِّكۡرُ إِنَّكَ لَمَجۡنُونٌ

U (il-pagani ta' Qurajx) qalu (b'żebliħ): 'Inti li tniżżlet fuqek it-tifkira (u t-twissija, il-Qoran), inti tabilħaqq miġnuni

15:7

لَّوۡمَا تَأۡتِينَا بِٱلۡمَلَٰٓئِكَةِ إِن كُنتَ مِنَ ٱلصَّٰدِقِينَ

Għaliex ma ġġibilniex l-anġli (biex jixhdu għalik) jekk qiegħed tgħid is-sewwa

15:8

مَا نُنَزِّلُ ٱلۡمَلَٰٓئِكَةَ إِلَّا بِٱلۡحَقِّ وَمَا كَانُوٓاْ إِذًا مُّنظَرِينَ

Aħna manniżżlux l-anġli jekk mhux bis-sewwa (is bil-kastig għal dawk li rridu neqirdu), u (nies bħal dawn) ma jingħatawx. (aktar) żmien

15:9

إِنَّا نَحۡنُ نَزَّلۡنَا ٱلذِّكۡرَ وَإِنَّا لَهُۥ لَحَٰفِظُونَ

Aħna tabilħaqq niżżilna t-tifkira. (u t-twissija, li' hija l- Qoran), u Aħna tassew inħarsuha (u ma nħallu li ssir ebda żjieda, maqqis jew tibdil fiha)

15:10

وَلَقَدۡ أَرۡسَلۡنَا مِن قَبۡلِكَ فِي شِيَعِ ٱلۡأَوَّلِينَ

Qablek (Muħammad) tabilħaqq bgħatna (lill-Mibgħutin) fost is-setet (differenti) ta' nies il-qedem

15:11

وَمَا يَأۡتِيهِم مِّن رَّسُولٍ إِلَّا كَانُواْ بِهِۦ يَسۡتَهۡزِءُونَ

umakienx jiġihom Mibgħut li ma kinux iżebilħuh

15:12

كَذَٰلِكَ نَسۡلُكُهُۥ فِي قُلُوبِ ٱلۡمُجۡرِمِينَ

Hekk inniffduh (il-ħażen) fi qlub il-ħatjin

15:13

لَا يُؤۡمِنُونَ بِهِۦ وَقَدۡ خَلَتۡ سُنَّةُ ٱلۡأَوَّلِينَ

Huma ma jemmnux. fih (dan il-Qoran) minkejja (li bħala twissija għandhom) id-drawwa ta' nies il-qedem (u l-kastig tal- biża' li ħadu)

15:14

وَلَوۡ فَتَحۡنَا عَلَيۡهِم بَابًا مِّنَ ٱلسَّمَآءِ فَظَلُّواْ فِيهِ يَعۡرُجُونَ

U kieku ftaħnielhom (lill-pagani ta' Mekka) bieb mis-sema, u baqgħu (il-ħin kollu) jitilgħu minnu (hekk li setgħu jaraw l- anġli b'għajnejhom stess)

15:15

لَقَالُوٓاْ إِنَّمَا سُكِّرَتۡ أَبۡصَٰرُنَا بَلۡ نَحۡنُ قَوۡمٌ مَّسۡحُورُونَ

kienu jgħidu (fir-ras iebsa u l-kburija tagħhom): ''Imma (qegħdin naraw hekk minħabba li) għajnejna tqarrqu. Lel Aħna nies imsaħħrin (u Muħammad jaħti ta' dan is-seħer)

15:16

وَلَقَدۡ جَعَلۡنَا فِي ٱلسَّمَآءِ بُرُوجًا وَزَيَّنَّٰهَا لِلنَّٰظِرِينَ

Aħna. tabilħaqq għamilna. l-kostellazzjonijiet fis-sema, u żejjinniehom għal dawk li jħarsu (/ejhom)

15:17

وَحَفِظۡنَٰهَا مِن كُلِّ شَيۡطَٰنٍ رَّجِيمٍ

uħarisniehom minn kull xitan misħut

15:18

إِلَّا مَنِ ٱسۡتَرَقَ ٱلسَّمۡعَ فَأَتۡبَعَهُۥ شِهَابٌ مُّبِينٌ

ħlief min jissemma' bis-serqa (biex isir jaf xi ħwejjeġ tas- sema), u għalhekk jiġri warajh nar iħeġġeġ, mill-aktar ċar (id jaħarqu)

15:19

وَٱلۡأَرۡضَ مَدَدۡنَٰهَا وَأَلۡقَيۡنَا فِيهَا رَوَٰسِيَ وَأَنۢبَتۡنَا فِيهَا مِن كُلِّ شَيۡءٍ مَّوۡزُونٍ

L-art middejnieha (bħal friex), qegħedna fiha l-iġbla, fis-sod u nibbitna fiha minn kull ħaġa bil-qjies

15:20

وَجَعَلۡنَا لَكُمۡ فِيهَا مَعَٰيِشَ وَمَن لَّسۡتُمۡ لَهُۥ بِرَٰزِقِينَ

Fiha għamilnielkom għamliet ta' għajxien, (għa/ikom) u għal: dak li intom.ma tiħdux ħsieb l-għajxien tiegħu (għaliex huwa Alla li joħloq l-ikel u x-xorb għal nieskom, għall-qaddejja tagħkom u għall-bhejjem tagħkom)

15:21

وَإِن مِّن شَيۡءٍ إِلَّا عِندَنَا خَزَآئِنُهُۥ وَمَا نُنَزِّلُهُۥٓ إِلَّا بِقَدَرٍ مَّعۡلُومٍ

U ma hemm xejn (minn kull tip ta' għajxien) li għandna ma. jinsabux il-ħażniet tiegħu (kollha), u ma nniżżluhx jekk mhux b'qjies magħruf (u skond il-ħtieġa)

15:22

وَأَرۡسَلۡنَا ٱلرِّيَٰحَ لَوَٰقِحَ فَأَنزَلۡنَا مِنَ ٱلسَّمَآءِ مَآءً فَأَسۡقَيۡنَٰكُمُوهُ وَمَآ أَنتُمۡ لَهُۥ بِخَٰزِنِينَ

Aħna nibagħtu l-irjieħ li jdakkru (is-sħab biex minnu tinżel ix-xita, ti jdakkru wkoll is-siġar), u nniżżlu mis-sema ilma u nisquhulkom, u intom mataħżnubx (għaliex kotran wisq, iżda: Aħna naħżnuh għalikom fl-għejun u fix-xmajjar)

15:23

وَإِنَّا لَنَحۡنُ نُحۡيِۦ وَنُمِيتُ وَنَحۡنُ ٱلۡوَٰرِثُونَ

Aħna tabilħaqq nagħtu. l-ħajja u l-mewt, u Aħna l-Werrieta' (meta l-ħolqien jintemm)

15:24

وَلَقَدۡ عَلِمۡنَا ٱلۡمُسۡتَقۡدِمِينَ مِنكُمۡ وَلَقَدۡ عَلِمۡنَا ٱلۡمُسۡتَـٔۡخِرِينَ

Aħna tassew nafu b'dawk minnkom (il-bnedmin) li ġew qabel (żmienkom), u b'dawk li għad iridu jiġu (għaliex lilna ma' jaqbżilna xejn, u l-għerf u s-setgħa tagħna huma bla tmiem)

15:25

وَإِنَّ رَبَّكَ هُوَ يَحۡشُرُهُمۡۚ إِنَّهُۥ حَكِيمٌ عَلِيمٌ

Huwa tabilħaqq Sidek li jiġborhom (biex jagħtu kont ta' ħajjithom fl-Aħħar Jum), Tassew li Hu Għaref u jaf b'kollox

15:26

وَلَقَدۡ خَلَقۡنَا ٱلۡإِنسَٰنَ مِن صَلۡصَٰلٍ مِّنۡ حَمَإٍ مَّسۡنُونٍ

Aħna tassew ħlaqna lill-bniedem minn tafal (niexef) li jċenċel ) (meta tħabbar fuqu), minn tajn imsawwar (f'bosta għamliet). I

15:27

وَٱلۡجَآنَّ خَلَقۡنَٰهُ مِن قَبۡلُ مِن نَّارِ ٱلسَّمُومِ

U l-ġinn ħlaqniehom qabel (Adam), min-nar jikwi, bla J duħħan

15:28

وَإِذۡ قَالَ رَبُّكَ لِلۡمَلَٰٓئِكَةِ إِنِّي خَٰلِقُۢ بَشَرًا مِّن صَلۡصَٰلٍ مِّنۡ حَمَإٍ مَّسۡنُونٍ

(Ftakar Muħammad) meta Sidek (il-Mulej) qal lill-anġli: Jiena. tabilħaqq se noħloq bniedem minn tafal (niexef) li jċenċel (meta tħabbat fuqu), minn tajn imsawwar (f'bosta għamliet)

15:29

فَإِذَا سَوَّيۡتُهُۥ وَنَفَخۡتُ فِيهِ مِن رُّوحِي فَقَعُواْ لَهُۥ سَٰجِدِينَ

U meta (lill-bniedem) inkun sawwartu bil-qjies, u nfaħt fih minn Ruħi, aqgħu u nxteħtu quddiemu (biex issellmulu u l tagħtuh ġieħ; mhux biex tqimuh)U

15:30

فَسَجَدَ ٱلۡمَلَٰٓئِكَةُ كُلُّهُمۡ أَجۡمَعُونَ

L-anġli nxteħtu (quddiemu jselimulu), ilkoll kemm huma, l

15:31

إِلَّآ إِبۡلِيسَ أَبَىٰٓ أَن يَكُونَ مَعَ ٱلسَّٰجِدِينَ

ħlief Iblis; (hu biss) ma riedx ikun mal-mixħutin (quddiem il- bniedem)

15:32

قَالَ يَٰٓإِبۡلِيسُ مَا لَكَ أَلَّا تَكُونَ مَعَ ٱلسَّٰجِدِينَ

Qal (Alla): 'Ja Iblis, x'għandek fxi jżommok) li-ma. tkunx mal-mixħutinf

15:33

قَالَ لَمۡ أَكُن لِّأَسۡجُدَ لِبَشَرٍ خَلَقۡتَهُۥ مِن صَلۡصَٰلٍ مِّنۡ حَمَإٍ مَّسۡنُونٍ

Qal ddblisj: S(Imti. lili ħlaqtni: min-nar, u) jiena ma kellix inxteħet quddiem. bniedem: li Inti ħlaqt minn tafal (niexef) iċenċel (mera iħabbar fuqu), minn tajn imsawwar. (f'bosta għamliet)

15:34

قَالَ فَٱخۡرُجۡ مِنۡهَا فَإِنَّكَ رَجِيمٌ

Qal (Alla lil-Iblis): 'Mela oħroġ minnha (il-Ġennajl Inti tabilhaqq misħut (għażiex se nċaħħdek mill-ħniena tiegħi)

15:35

وَإِنَّ عَلَيۡكَ ٱللَّعۡنَةَ إِلَىٰ يَوۡمِ ٱلدِّينِ

Fuqek tabilħaqq tkun is-saħta, sa Jum il-Ġudizzjul

15:36

قَالَ رَبِّ فَأَنظِرۡنِيٓ إِلَىٰ يَوۡمِ يُبۡعَثُونَ

Qal (Iblis): ''Sidi, agħtini żmien sal-lum. meta (il-mejtin) jitqajmu mill-mewt

15:37

قَالَ فَإِنَّكَ مِنَ ٱلۡمُنظَرِينَ

(Qal Alla): ''Inti minn dawk li ngħatalhom iż-żmien

15:38

إِلَىٰ يَوۡمِ ٱلۡوَقۡتِ ٱلۡمَعۡلُومِ

saJum il-waqt magħruf

15:39

قَالَ رَبِّ بِمَآ أَغۡوَيۡتَنِي لَأُزَيِّنَنَّ لَهُمۡ فِي ٱلۡأَرۡضِ وَلَأُغۡوِيَنَّهُمۡ أَجۡمَعِينَ

Qal (Iblis): ''Sidi, la (ma tridx taf bija u) telliftni t-triq, tabilħaqq li (lill-bnedniin) se nżejnilhom (il-ħażen) fuq l-art, u żgur li ntellifhom it-triq, ilkoll kemm huma

15:40

إِلَّا عِبَادَكَ مِنۡهُمُ ٱلۡمُخۡلَصِينَ

ħlief (dawk) minnhom (li huma) il-qaddejja l-ġusti tiegħek

15:41

قَالَ هَٰذَا صِرَٰطٌ عَلَيَّ مُسۡتَقِيمٌ

Qal (Alla): 'Din (it-triq tal-ġusti hija) triq (li twassal) dritt għandi

15:42

إِنَّ عِبَادِي لَيۡسَ لَكَ عَلَيۡهِمۡ سُلۡطَٰنٌ إِلَّا مَنِ ٱتَّبَعَكَ مِنَ ٱلۡغَاوِينَ

Tabilħaqq li ma għandek ebda setgħa fuq il-qaddejja tiegħi, għajr min jimxi warajk minn dawklli tilfu t-triq

15:43

وَإِنَّ جَهَنَّمَ لَمَوۡعِدُهُمۡ أَجۡمَعِينَ

U tassew li l-Infern huwa l-post imwiegħed għalihom ilkoll

15:44

لَهَا سَبۡعَةُ أَبۡوَٰبٍ لِّكُلِّ بَابٍ مِّنۡهُمۡ جُزۡءٌ مَّقۡسُومٌ

Huwa għandu seba' bibien (minu fejn jidħlu l-ġemgħat kbar. tal-midinbin). u kull bieb minnhom għandu taqsima. ((mill- midinbin li jgħaddu minnu, skond il-ħażen li għamlu)

15:45

إِنَّ ٱلۡمُتَّقِينَ فِي جَنَّٰتٍ وَعُيُونٍ

Il-ġusti tabilħaqq ikunu f'Ġonna u f'għejun (ta' ilma ġieri, 4 nbid u għasel)

15:46

ٱدۡخُلُوهَا بِسَلَٰمٍ ءَامِنِينَ

(Jingħad lilhom): 'Iaħlu fihom bi sliem, imħarsin (minn kull ħsara u mill-mewt)i

15:47

وَنَزَعۡنَا مَا فِي صُدُورِهِم مِّنۡ غِلٍّ إِخۡوَٰنًا عَلَىٰ سُرُرٍ مُّتَقَٰبِلِينَ

U nneħħu l-mibegħda minn qlubhom (hekk (i ma jżommux aktar. f'qalbhom, u. jsiru) aħwa. (bilqiegħda) fuq divani, quddiem xulxin

15:48

لَا يَمَسُّهُمۡ فِيهَا نَصَبٌ وَمَا هُم مِّنۡهَا بِمُخۡرَجِينَ

Ma tmisshom fihom ebda għeja, u lanqas (qatt) jinħarġu minnhom

15:49

نَبِّئۡ عِبَادِيٓ أَنِّيٓ أَنَا ٱلۡغَفُورُ ٱلرَّحِيمُ

Ħabbar lill-qaddejja tiegħi li Jiena tassew kollni maħlra u Ħanin

15:50

وَأَنَّ عَذَابِي هُوَ ٱلۡعَذَابُ ٱلۡأَلِيمُ

uli l-kastig tiegħi huwa l-kastig ta' wġigħ

15:51

وَنَبِّئۡهُمۡ عَن ضَيۡفِ إِبۡرَٰهِيمَ

U ħabbrilhom dwar il-mistednin ta' Abraham (li kienu anġli f'għamla ta' żgħażagħ mill-isbaħ, mibgħutin mingħand Alla biex jeqirdu lil nies Lot)

15:52

إِذۡ دَخَلُواْ عَلَيۡهِ فَقَالُواْ سَلَٰمًا قَالَ إِنَّا مِنكُمۡ وَجِلُونَ

Meta daħlu quddiemu qalu: ''Sliemi' Qal(ilhom Abrahanij: SAħna mbeżżgħin minnkom (għaliex ressaqnielkom l-ikel: b'turija ta' merħba; u ma kilruhx)

15:53

قَالُواْ لَا تَوۡجَلۡ إِنَّا نُبَشِّرُكَ بِغُلَٰمٍ عَلِيمٍ

Qalu: ''La tibżaxi Tabilħaqq nagħtuk il-bxara t-tajba dwar iben għaref

15:54

قَالَ أَبَشَّرۡتُمُونِي عَلَىٰٓ أَن مَّسَّنِيَ ٱلۡكِبَرُ فَبِمَ تُبَشِّرُونَ

Qal (Abraham): 'Jaqaw tajtuni. (din) il-bxara t-tajba meta: laħaqni l-kobor (u xjaħiji Liema. bxara tajba qegħdin tħabbruli)

15:55

قَالُواْ بَشَّرۡنَٰكَ بِٱلۡحَقِّ فَلَا تَكُن مِّنَ ٱلۡقَٰنِطِينَ

(Qaluflu l-anġli): 'Qegħdin. nagħtuk il-bxara t-tajba. bis- sewwa, u għalhekk la tkunx minn dawk li jaqtgħu qalbhom (mill-ħniena ta' Allaji)

15:56

قَالَ وَمَن يَقۡنَطُ مِن رَّحۡمَةِ رَبِّهِۦٓ إِلَّا ٱلضَّآلُّونَ

Qal (Abraham): 'U min jaqta' qalbu mill-ħniena ta' Sidu, ħlief il-mitlufin

15:57

قَالَ فَمَا خَطۡبُكُمۡ أَيُّهَا ٱلۡمُرۡسَلُونَ

Qal: 'Mela x'ġejtu tagħmlu, ja Mibgħutin (ta' A/la)f

15:58

قَالُوٓاْ إِنَّآ أُرۡسِلۡنَآ إِلَىٰ قَوۡمٍ مُّجۡرِمِينَ

Qalu: 'Tassew li ntbagħatna għand. nies ħatjin. (biex neqirduhom: nies Lot)

15:59

إِلَّآ ءَالَ لُوطٍ إِنَّا لَمُنَجُّوهُمۡ أَجۡمَعِينَ

ħlief il-familja ta' Lot (isddawk li jenumnu bħalu), u tabilhaqq se neħilsuhom ilkoll (mill-kastig:ta' Alla)

15:60

إِلَّا ٱمۡرَأَتَهُۥ قَدَّرۡنَآ إِنَّهَا لَمِنَ ٱلۡغَٰبِرِينَ

għajr lil-martu.' Aħna qtajnieha li din (għandha ikun) minn dawk li jibqgħu lura (u tieħu l-kasrig mal-bqija tal-ħatjin)

15:61

فَلَمَّا جَآءَ ءَالَ لُوطٍ ٱلۡمُرۡسَلُونَ

U meta l-Mibgħutin (ta' A/la) ġew għand il-familja ta' Lot

15:62

قَالَ إِنَّكُمۡ قَوۡمٌ مُّنكَرُونَ

(qaliilhom Lor): ''Intom. nies mhux magħrufin. (A 7: rridu minna)

15:63

قَالُواْ بَلۡ جِئۡنَٰكَ بِمَا كَانُواْ فِيهِ يَمۡتَرُونَ

(Qaluflu l-Mibgħutin): 'Ġejna għandek b'dak. il-kastig). li (niesek) huma bejn ħalltejn dwaru

15:64

وَأَتَيۡنَٰكَ بِٱلۡحَقِّ وَإِنَّا لَصَٰدِقُونَ

U ġejniek bis-sewwa, u qegħdin ngħidu s-sewwal

15:65

فَأَسۡرِ بِأَهۡلِكَ بِقِطۡعٍ مِّنَ ٱلَّيۡلِ وَٱتَّبِعۡ أَدۡبَٰرَهُمۡ وَلَا يَلۡتَفِتۡ مِنكُمۡ أَحَدٌ وَٱمۡضُواْ حَيۡثُ تُؤۡمَرُونَ

Melaitlaq bil-familja tiegħek, f'(dan) il-ħin tal-lejl (li Baġa'), imxi warajhom (biex isserraħ rasek li ma jiġrilhom xejn), u (ara li) ħadd minnkom ma jħares lura (biex ma jarax il-kastig fuq Sodomajl U ibqgħu sejrin fejn tkunu ordnatil)

15:66

وَقَضَيۡنَآ إِلَيۡهِ ذَٰلِكَ ٱلۡأَمۡرَ أَنَّ دَابِرَ هَٰٓؤُلَآءِ مَقۡطُوعٌ مُّصۡبِحِينَ

U għarrafnieh (lil Lor) bl-amar (fagħna): li. (kollha. kemm huma, sa) l-aħħar wieħed fost dawk (il-midinbin minn niesu) se jinqerdu malli jsebbħu

15:67

وَجَآءَ أَهۡلُ ٱلۡمَدِينَةِ يَسۡتَبۡشِرُونَ

Nies il-belt (ra' Sodoma) ġew (għand Lot) ferħanin. (bil- wasla tal-mistednin, għaliex xtaqu jidinbu magħhom)

15:68

قَالَ إِنَّ هَٰٓؤُلَآءِ ضَيۡفِي فَلَا تَفۡضَحُونِ

Qal (Lot): 'Dawn tabilħaqq mistednin tiegħil Twaqqgħulix wiċċi l-arti

15:69

وَٱتَّقُواْ ٱللَّهَ وَلَا تُخۡزُونِ

Ibżgħu minn Alla, u la tagħmlulix għajbi

15:70

قَالُوٓاْ أَوَلَمۡ نَنۡهَكَ عَنِ ٱلۡعَٰلَمِينَ

Qalu: ''Mela ma konniex żammejniek (milli: toqgħod tistieden) lil kulħadd (u taqbeż għalihom)

15:71

قَالَ هَٰٓؤُلَآءِ بَنَاتِيٓ إِن كُنتُمۡ فَٰعِلِينَ

Qalilhomj: 'Dawn. (huma) il-bniet tiegħi (u huma xierqa għalikom biex tiżżewġuhom), jekk (tridu) tagħmlu (xi ħaġa. Iżda tersqux lejn irġiel bħalkom)

15:72

لَعَمۡرُكَ إِنَّهُمۡ لَفِي سَكۡرَتِهِمۡ يَعۡمَهُونَ

Fuq għomrok (Muħammad)l Tabilħaqq li fis-sakra. tagħhom. huma kienu mitlufin bħall-għomja

15:73

فَأَخَذَتۡهُمُ ٱلصَّيۡحَةُ مُشۡرِقِينَ

U ħadhom (għal għarrieda) ħoss qawwi (li ħasadhom u qeridhom) mas-sebħ

15:74

فَجَعَلۡنَا عَٰلِيَهَا سَافِلَهَا وَأَمۡطَرۡنَا عَلَيۡهِمۡ حِجَارَةً مِّن سِجِّيلٍ

U (Sodoma) qlibnieha ta' taħt fuq, u niżżilna fuqhom xita ta' ġebel ta' fuħħar iebes (noħmi fin-nar ta' l-Infern)

15:75

إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَأٓيَٰتٍ لِّلۡمُتَوَسِّمِينَ

Tabilħaqq li f'dan (il-kastig) hawn sinjali għal dawk li jafu jintebħu bihom

15:76

وَإِنَّهَا لَبِسَبِيلٍ مُّقِيمٍ

U (il-bliet meqruda u Sodoma) jinsabu fi triq li għadha hemm

15:77

إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَأٓيَةً لِّلۡمُؤۡمِنِينَ

Tabilħaqq li f'dan hawn sinjal għal dawk Ji jemmnu

15:78

وَإِن كَانَ أَصۡحَٰبُ ٱلۡأَيۡكَةِ لَظَٰلِمِينَ

Nies (Xugħajb li għammru qrib) il-masġar kienu ħżiena wkoll

15:79

فَٱنتَقَمۡنَا مِنۡهُمۡ وَإِنَّهُمَا لَبِإِمَامٍ مُّبِينٍ

Għalhekk tħallasna minnhom. Huma t-tnejn (Sodoma u l-inħawż tal-masgar) jinsabu fi triq tidher sew

15:80

وَلَقَدۡ كَذَّبَ أَصۡحَٰبُ ٱلۡحِجۡرِ ٱلۡمُرۡسَلِينَ

Nies (Tamid ukoll, li għexu fl-inħawi msejħa) 'al-Ħiġr, giddbu lill-Mibgħutin (ta' Alla, fosthom lil-Saliħ)

15:81

وَءَاتَيۡنَٰهُمۡ ءَايَٰتِنَا فَكَانُواْ عَنۡهَا مُعۡرِضِينَ

Aħna tajniehom is-sinjali tagħna (f'għamla ta' għeġubijiet i mirakli), iżda kienu jagħtuhom il-ġenb

15:82

وَكَانُواْ يَنۡحِتُونَ مِنَ ٱلۡجِبَالِ بُيُوتًا ءَامِنِينَ

Huma kienu jħaffru djar fl-iġbla (u jħossuhom) imħarsin (mill- kastig ta' Alla)

15:83

فَأَخَذَتۡهُمُ ٱلصَّيۡحَةُ مُصۡبِحِينَ

Iżda ħadhom (għal għarrieda) ħoss qawwi (li qeridhom) mas- sebħ

15:84

فَمَآ أَغۡنَىٰ عَنۡهُم مَّا كَانُواْ يَكۡسِبُونَ

U xejn ma swielhom dak li kienu jiksbu (b'għenilhom, u d-djar ti l-fortizzi. tagħhom fil-blat)

15:85

وَمَا خَلَقۡنَا ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضَ وَمَا بَيۡنَهُمَآ إِلَّا بِٱلۡحَقِّۗ وَإِنَّ ٱلسَّاعَةَ لَأٓتِيَةٌۖ فَٱصۡفَحِ ٱلصَّفۡحَ ٱلۡجَمِيلَ

Ma ħlaqniex is-smewwiet u l-art, u dak li jinsab bejniethom, jekk mhux bis-sewwa, U tabilħaqq li s-Siegħa ġejjal Għalhekk agħder (Muħammad) b' mogħdrija xierqa

15:86

إِنَّ رَبَّكَ هُوَ ٱلۡخَلَّٰقُ ٱلۡعَلِيمُ

Sidekkhuwa tabilħaqq il-Ħallieq li jaf kollox

15:87

وَلَقَدۡ ءَاتَيۡنَٰكَ سَبۡعًا مِّنَ ٱلۡمَثَانِي وَٱلۡقُرۡءَانَ ٱلۡعَظِيمَ

Uttajniek (Muħammad) sebgħa mill-fversi l-) aktar imtennija (u li jinsabu f'suret il-Ftuħ); u l-Qoran il-kbir

15:88

لَا تَمُدَّنَّ عَيۡنَيۡكَ إِلَىٰ مَا مَتَّعۡنَا بِهِۦٓ أَزۡوَٰجًا مِّنۡهُمۡ وَلَا تَحۡزَنۡ عَلَيۡهِمۡ وَٱخۡفِضۡ جَنَاحَكَ لِلۡمُؤۡمِنِينَ

Lastitfax għajnejk (Muħammad) fuq dak li tajna lil xi rġiel u nisa miżżewġin minnhom għat-tgawdija fiergħa tagħhom (għaliex lilek tajniek l-aħjar: il-Qoran), u a titnikkitx għalihom (għaliex ma jemmnux), iżda niżżel ġwenħajk (b'turija ta' mħabba u umiltà) fuq dawk li jemmnu

15:89

وَقُلۡ إِنِّيٓ أَنَا ٱلنَّذِيرُ ٱلۡمُبِينُ

(U għidfilhom): 'Jiena tabilħaqq dak li jwissi bil-miftuħ

15:90

كَمَآ أَنزَلۡنَا عَلَى ٱلۡمُقۡتَسِمِينَ

(Niżżilnielek il-Qoran) bħalma niżżilna fil-Kotba tagħna) fuq dawk (il-Lhud, l-Insara u l-pagani) li qasmu (il-Kotba mqaddsa f'taqsimiet, u emmnu f'uħud minnhom u ċaħdu l-bqija tagħhom)

15:91

ٱلَّذِينَ جَعَلُواْ ٱلۡقُرۡءَانَ عِضِينَ

dawk li għamlu l-Qoran biċċiet (meta qalu fi biċċa minn hija seħer, oħra poeżija, u oħra ħrejjef)

15:92

فَوَرَبِّكَ لَنَسۡـَٔلَنَّهُمۡ أَجۡمَعِينَ

Fuq Sidek (Muħammad)l Tassew nistaqsuhom ilkoll

15:93

عَمَّا كَانُواْ يَعۡمَلُونَ

dwar dak li kienu jagħmlu (fid-dinja)

15:94

فَٱصۡدَعۡ بِمَا تُؤۡمَرُ وَأَعۡرِضۡ عَنِ ٱلۡمُشۡرِكِينَ

Mela ħabbar bil-miftuħ dak li titqabbad (iħabbar min Sidek il-Mulej), u warrab minn dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla)

15:95

إِنَّا كَفَيۡنَٰكَ ٱلۡمُسۡتَهۡزِءِينَ

Aħna biżżejjed għalik kontra ż-żeblieħa

15:96

ٱلَّذِينَ يَجۡعَلُونَ مَعَ ٱللَّهِ إِلَٰهًا ءَاخَرَۚ فَسَوۡفَ يَعۡلَمُونَ

dawk li ma' Alla jagħmlu alla ieħor. Iżda (da/waqr). ikunt jafu (x'se jkun tmiemhom)

15:97

وَلَقَدۡ نَعۡلَمُ أَنَّكَ يَضِيقُ صَدۡرُكَ بِمَا يَقُولُونَ

Nafu li qalbek (Muħammad) tinsab f'diqa minħabba dak l jgħidu (kontrik u kontra l-Islam)

15:98

فَسَبِّحۡ بِحَمۡدِ رَبِّكَ وَكُن مِّنَ ٱلسَّٰجِدِينَ

Mela faħħar is-sebħ ta' Sidek, u kun ma' dawk li jinxteħti bil-qimal

15:99

وَٱعۡبُدۡ رَبَّكَ حَتَّىٰ يَأۡتِيَكَ ٱلۡيَقِينُ

U qim lil Sidek sa ma jiġik dak li hu ċert (il-waqt tal mewt)

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.