Surah 73 · 20 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah Al-Muzzammil in Maltese

In English with tafsir

بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ

73:1

يَٰٓأَيُّهَا ٱلۡمُزَّمِّلُ

Ja (Muħammad) imgeżwer fil-ħwejjeġ

73:2

قُمِ ٱلَّيۡلَ إِلَّا قَلِيلًا

għaddil-lejl fit-talb, ħlief għal ftit (ħin ta' mistrieħ)

73:3

نِّصۡفَهُۥٓ أَوِ ٱنقُصۡ مِنۡهُ قَلِيلًا

nofsu, jew ftit inqas minnu

73:4

أَوۡ زِدۡ عَلَيۡهِ وَرَتِّلِ ٱلۡقُرۡءَانَ تَرۡتِيلًا

jew żid miegħu, u aqra l-Qoran bil-qjiest

73:5

إِنَّا سَنُلۡقِي عَلَيۡكَ قَوۡلًا ثَقِيلًا

Aħna tabilħaqq se nniżżlu fuqek ( Muħammad) kliem tqil

73:6

إِنَّ نَاشِئَةَ ٱلَّيۡلِ هِيَ أَشَدُّ وَطۡـًٔا وَأَقۡوَمُ قِيلًا

Tabilħaqq li l-qawmien billejl huwa aktar iebes (għal snin jitlob, iżda jsaħħu fil-fidi) u aħjar għall-fehma tal-kliem (li jingħad fit-talb)

73:7

إِنَّ لَكَ فِي ٱلنَّهَارِ سَبۡحًا طَوِيلًا

Tabilħaqq li binhar għandek taħbit kbir (u mattlu taħdem u taqdi dmirijietek)

73:8

وَٱذۡكُرِ ٱسۡمَ رَبِّكَ وَتَبَتَّلۡ إِلَيۡهِ تَبۡتِيلًا

Ftakar (u semmi) Isem Sidek (lejl u nhar) u ngħata lilu għal kollox

73:9

رَّبُّ ٱلۡمَشۡرِقِ وَٱلۡمَغۡرِبِ لَآ إِلَٰهَ إِلَّا هُوَ فَٱتَّخِذۡهُ وَكِيلًا

(Sid il-Lvant u l-Punent, ma hemmx Alla ħlieful Mela lilu ħu biex jieħu ħsiebfek)l

73:10

وَٱصۡبِرۡ عَلَىٰ مَا يَقُولُونَ وَٱهۡجُرۡهُمۡ هَجۡرًا جَمِيلًا

Stabar (Muħammad) b'dak li jgħidu (meta jqisuk saħħar, Poeta, jew miġnun) u itlaqhom bil-ħlewwa (bla ma thumhom)

73:11

وَذَرۡنِي وَٱلۡمُكَذِّبِينَ أُوْلِي ٱلنَّعۡمَةِ وَمَهِّلۡهُمۡ قَلِيلًا

U ħallini nieħu ħsieb dawk il-giddibin li għandhom il-ġid (biex nitħallas minnhom) u agħtihom ftit taż-żmien (ieħor ta' tgawdija sa ma jieħdu l-kastiġ li ħaqġhom)

73:12

إِنَّ لَدَيۡنَآ أَنكَالًا وَجَحِيمًا

Tabilħaqq li għandna (imħejji għall-ħżiena) xkiel: (biex norbtuhom bih) u Nar iħeġġeġ

73:13

وَطَعَامًا ذَا غُصَّةٍ وَعَذَابًا أَلِيمًا

uikel (mill-agħar) li jxerraq u joħnoq, u kastiġ ta' wġigħ

73:14

يَوۡمَ تَرۡجُفُ ٱلۡأَرۡضُ وَٱلۡجِبَالُ وَكَانَتِ ٱلۡجِبَالُ كَثِيبًا مَّهِيلًا

fil-Jum meta l-art u l-iġbla jitheżżu, u l-iġbla jsiru għoljiet ta' ramel imxerred

73:15

إِنَّآ أَرۡسَلۡنَآ إِلَيۡكُمۡ رَسُولًا شَٰهِدًا عَلَيۡكُمۡ كَمَآ أَرۡسَلۡنَآ إِلَىٰ فِرۡعَوۡنَ رَسُولًا

Aħna tabilħaqq bgħatnielkom Mibgħut li jixhed għalikom, bħalma bgħatna Mibgħut lill-Fargħun

73:16

فَعَصَىٰ فِرۡعَوۡنُ ٱلرَّسُولَ فَأَخَذۡنَٰهُ أَخۡذًا وَبِيلًا

Iżda l-Fargħun ma qagħadx għall-Mibgħut, u għalhekk ħadnieh (u kkastigajnieh) bil-qilla

73:17

فَكَيۡفَ تَتَّقُونَ إِن كَفَرۡتُمۡ يَوۡمًا يَجۡعَلُ ٱلۡوِلۡدَٰنَ شِيبًا

Kif; jekk ma temmnux, se tħarsu lilkom infuskom minn Jum li (fil-kruha tiegħu) ibajjad xagħar it-tfal (għaliex jixjieħu qabel żmienhom bil-biża)

73:18

ٱلسَّمَآءُ مُنفَطِرُۢ بِهِۦۚ كَانَ وَعۡدُهُۥ مَفۡعُولًا

Is-sema jkun maqsum bih (bil-biża' ta' dak il-Jum): Il- wegħda tiegħu sseħħl

73:19

إِنَّ هَٰذِهِۦ تَذۡكِرَةٌۖ فَمَن شَآءَ ٱتَّخَذَ إِلَىٰ رَبِّهِۦ سَبِيلًا

Din tabilħaqq tifkira (ie twissija), u min irid, isib triq lejn Sidu

73:20

إِنَّ رَبَّكَ يَعۡلَمُ أَنَّكَ تَقُومُ أَدۡنَىٰ مِن ثُلُثَيِ ٱلَّيۡلِ وَنِصۡفَهُۥ وَثُلُثَهُۥ وَطَآئِفَةٌ مِّنَ ٱلَّذِينَ مَعَكَۚ وَٱللَّهُ يُقَدِّرُ ٱلَّيۡلَ وَٱلنَّهَارَۚ عَلِمَ أَن لَّن تُحۡصُوهُ فَتَابَ عَلَيۡكُمۡۖ فَٱقۡرَءُواْ مَا تَيَسَّرَ مِنَ ٱلۡقُرۡءَانِۚ عَلِمَ أَن سَيَكُونُ مِنكُم مَّرۡضَىٰ وَءَاخَرُونَ يَضۡرِبُونَ فِي ٱلۡأَرۡضِ يَبۡتَغُونَ مِن فَضۡلِ ٱللَّهِ وَءَاخَرُونَ يُقَٰتِلُونَ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِۖ فَٱقۡرَءُواْ مَا تَيَسَّرَ مِنۡهُۚ وَأَقِيمُواْ ٱلصَّلَوٰةَ وَءَاتُواْ ٱلزَّكَوٰةَ وَأَقۡرِضُواْ ٱللَّهَ قَرۡضًا حَسَنًاۚ وَمَا تُقَدِّمُواْ لِأَنفُسِكُم مِّنۡ خَيۡرٍ تَجِدُوهُ عِندَ ٱللَّهِ هُوَ خَيۡرًا وَأَعۡظَمَ أَجۡرًاۚ وَٱسۡتَغۡفِرُواْ ٱللَّهَۖ إِنَّ ٱللَّهَ غَفُورٌ رَّحِيمُۢ

Sidek (Muħammad) tabilħaqq jaf li inti tqum (għat-talb u l- qima tiegħu: xi drabi) inqas minn żewġ terzi tal-lejl u fdrabi oħra) nofsu, u (xi kultant) terz minnu, flimkien ma' ġemgħa minn dawk ta' miegħek. Alla jkejjel il-lejl u n-nhar, Huwa jaf li ma' tistgħux titolbu l-lejl kollu, jew parti kbira minnu, u għalhekk dar lejkom bil-maħfra. Mela aqraw kemm tistgħu mill-Qorant Huwa jaf li se jkun hemm minnkom morda, oħrajn iterrqu fl-art, ifittxu t-tjieba ta' Alla, u oħrajn jitqabdu għal Alla. Mela aqraw dak li tistgħu minnuf U agħmlu t-talb, agħtu l-karità, u sellfu lil Alla self tajjeb (Dilli tgħinu lill-foqra u tagħmlu għemejjel tajba)t Kull ġid li tressqu quddiemkom għal ruħkom, issibuh għand Alla (dar il-premju) hu aħjar u akbar fil-ħlas (mill-ġid li tkunu għamiltu fid-dinja). U itolbu l-maħfra ta' Allal Alla tabilħaqq Kollu Maħfra, Ħanin

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.