Surah 72 · 28 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi
Surah Al-Jinn in Maltese
بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ
قُلۡ أُوحِيَ إِلَيَّ أَنَّهُ ٱسۡتَمَعَ نَفَرٌ مِّنَ ٱلۡجِنِّ فَقَالُوٓاْ إِنَّا سَمِعۡنَا قُرۡءَانًا عَجَبًا
Għid (lil niesek, Muħammad): ''Tnebbaħt li ġemgħa ta' ġinn semgħufni naqra xi versi mill-Qoran) u qalu: 'Aħna tabilħaqq smajna Qoran ta' l-għaġeb
يَهۡدِيٓ إِلَى ٱلرُّشۡدِ فَـَٔامَنَّا بِهِۦۖ وَلَن نُّشۡرِكَ بِرَبِّنَآ أَحَدًا
lijmexxi (lif min jisimgħu) lejn it-triq it-tajba, u għalhekk emminna fih. M'aħna se nxierku lil ħadd ma' Sidna
وَأَنَّهُۥ تَعَٰلَىٰ جَدُّ رَبِّنَا مَا ٱتَّخَذَ صَٰحِبَةً وَلَا وَلَدًا
U tabilħaqq (nemmnu wkoll) li Huwa intrefa' fl-għoli s- sebħ ta' Sidna ma ħax għalih sieħba u lanqas wild
وَأَنَّهُۥ كَانَ يَقُولُ سَفِيهُنَا عَلَى ٱللَّهِ شَطَطًا
U li l-iblah tagħna (/i għandna fostna) kien jaqla' gideb kbir fuq Alla
وَأَنَّا ظَنَنَّآ أَن لَّن تَقُولَ ٱلۡإِنسُ وَٱلۡجِنُّ عَلَى ٱللَّهِ كَذِبًا
Aħna (il-ġemgħa tal-ġinn) naħsbu li l-bnedmin u l-ġinu ma humiex se jaqilgħu gideb fuq Alla
وَأَنَّهُۥ كَانَ رِجَالٌ مِّنَ ٱلۡإِنسِ يَعُوذُونَ بِرِجَالٍ مِّنَ ٱلۡجِنِّ فَزَادُوهُمۡ رَهَقًا
U xi rġiel mill-bnedmin kienu tabilħaqq jitolbu l-ħarsien ta' rġiel mill-ġinn, u għalhekk (/i/l-ġinn) żiduhom fil-ħażen
وَأَنَّهُمۡ ظَنُّواْ كَمَا ظَنَنتُمۡ أَن لَّن يَبۡعَثَ ٱللَّهُ أَحَدًا
u (dawk il-bnedmin li ċaħdu t-twemmin) ħasbu bħalma ħsibtu (intom il-ġinn)i li Alla ma huwa se jqajjem lil ħadd mill-mewt
وَأَنَّا لَمَسۡنَا ٱلسَّمَآءَ فَوَجَدۡنَٰهَا مُلِئَتۡ حَرَسًا شَدِيدًا وَشُهُبًا
Aħna għarrixna s-sema (biex nisimgħu x'jingħad fih) u sibnieh mimli. b'(anġli) għassiesa, qliel, b'ilsna. tan-nar (imħejjija għal min joqrob iżżejjed)
وَأَنَّا كُنَّا نَقۡعُدُ مِنۡهَا مَقَٰعِدَ لِلسَّمۡعِۖ فَمَن يَسۡتَمِعِ ٱلۡأٓنَ يَجِدۡ لَهُۥ شِهَابًا رَّصَدًا
Aħna konna noqogħdu. f'qagħdiet fih (is-sema) biex nisimgħu (xi jkun qiegħed jingħad), iżda issa min jissemma' jsib ilsien tan-nar għassa għalih
وَأَنَّا لَا نَدۡرِيٓ أَشَرٌّ أُرِيدَ بِمَن فِي ٱلۡأَرۡضِ أَمۡ أَرَادَ بِهِمۡ رَبُّهُمۡ رَشَدًا
Aħna ma nafux jekk dawk li jinsabu fl-art kienx maħsub għalihom il-ħażen, jew inkella Sidhom ridilhomx it-triq it- tajba
وَأَنَّا مِنَّا ٱلصَّٰلِحُونَ وَمِنَّا دُونَ ذَٰلِكَۖ كُنَّا طَرَآئِقَ قِدَدًا
U hemm minna li huma ġusti, u minna li huma inqas minn hekk. Aħna ninsabu f'bosta toroq
وَأَنَّا ظَنَنَّآ أَن لَّن نُّعۡجِزَ ٱللَّهَ فِي ٱلۡأَرۡضِ وَلَن نُّعۡجِزَهُۥ هَرَبًا
Aħna naħsbu li m'aħniex. se nfixklu lil-Alla fl-art, u m'aħniex se nfixkluh billi naħarbu (mill-kastig)
وَأَنَّا لَمَّا سَمِعۡنَا ٱلۡهُدَىٰٓ ءَامَنَّا بِهِۦۖ فَمَن يُؤۡمِنۢ بِرَبِّهِۦ فَلَا يَخَافُ بَخۡسًا وَلَا رَهَقًا
U meta smajna t-tmexxija t-tajba (il-Qoran) emminna fiha, għaliex min jemmen f'Sidu, la jibża' minn telfien. tal-ħlas tiegħu) u lanqas minn inġustizzja (għaliex ma jiżdidulux ħtijiet li ma għamilx)
وَأَنَّا مِنَّا ٱلۡمُسۡلِمُونَ وَمِنَّا ٱلۡقَٰسِطُونَۖ فَمَنۡ أَسۡلَمَ فَأُوْلَٰٓئِكَ تَحَرَّوۡاْ رَشَدًا
Hemm minna Misilmin, u hemm minna li huma inġusti. U min daħal fl-Islam, dawk huma li għażlu t-triq it-tajba
وَأَمَّا ٱلۡقَٰسِطُونَ فَكَانُواْ لِجَهَنَّمَ حَطَبًا
Imma l-inġusti, dawk ikunu l-ħatab ta' l-Infern
وَأَلَّوِ ٱسۡتَقَٰمُواْ عَلَى ٱلطَّرِيقَةِ لَأَسۡقَيۡنَٰهُم مَّآءً غَدَقًا
U kieku qabdu t-triq id-dritta. (tal-liġi ta' Alla), konna nisquhom ilma kotran
لِّنَفۡتِنَهُمۡ فِيهِۚ وَمَن يُعۡرِضۡ عَن ذِكۡرِ رَبِّهِۦ يَسۡلُكۡهُ عَذَابًا صَعَدًا
biex inġarrbuhom bih. U min ma jagħtix widen għat-tifkira ta' Sidu, (A//a) idaħħlu f'kastig mill-agħar
وَأَنَّ ٱلۡمَسَٰجِدَ لِلَّهِ فَلَا تَدۡعُواْ مَعَ ٱللَّهِ أَحَدًا
(Muħammad qal: 'Jiena tnebbaħt) li l-moskej huma ta' Alla. Mela la ssejħu lil ħadd ma' Allal
وَأَنَّهُۥ لَمَّا قَامَ عَبۡدُ ٱللَّهِ يَدۡعُوهُ كَادُواْ يَكُونُونَ عَلَيۡهِ لِبَدًا
U (tnebbaħt ukoll) li meta l-qaddej ta' Alla qam biex isejjaħlu (lil Sidu l-Mulej, il-ġemgħar. tal-ġinn). kienu għoddhom. ġejjin jagħfsu fuqu (fil-ħeġġa' tagħhom. biex jisimgħu l-Qoran)
قُلۡ إِنَّمَآ أَدۡعُواْ رَبِّي وَلَآ أُشۡرِكُ بِهِۦٓ أَحَدًا
Għid (Muħammad): 'Jiena nsejjaħ biss lil Sidi u ma nxierek lil-ħadd miegħu
قُلۡ إِنِّي لَآ أَمۡلِكُ لَكُمۡ ضَرًّا وَلَا رَشَدًا
Għid (Muħammad): ''Tabilħaqq li jiena ma għandix f'idejja s-setgħa (biex nagħmlilkom). il-ħsara (jew biex inġibilkom) it-tmexxija t-tajba
قُلۡ إِنِّي لَن يُجِيرَنِي مِنَ ٱللَّهِ أَحَدٌ وَلَنۡ أَجِدَ مِن دُونِهِۦ مُلۡتَحَدًا
Għid (Muħammad): ''Tabilħaqq li lili ħadd ma jħarisni minn Alla, u m'iniex se nsib kenn barra minnu
إِلَّا بَلَٰغًا مِّنَ ٱللَّهِ وَرِسَٰلَٰتِهِۦۚ وَمَن يَعۡصِ ٱللَّهَ وَرَسُولَهُۥ فَإِنَّ لَهُۥ نَارَ جَهَنَّمَ خَٰلِدِينَ فِيهَآ أَبَدًا
(Xejn ma jsalvani) ħliet li nwassal (ir-Rivelazzjoni) minn Alla u l-messaġġi tiegħu. U min ma joqgħodx għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu, tabilħaqq ikollu Nar l-Infern u (hu u miin hu bħalu) fih jibqgħu għal dejjem
حَتَّىٰٓ إِذَا رَأَوۡاْ مَا يُوعَدُونَ فَسَيَعۡلَمُونَ مَنۡ أَضۡعَفُ نَاصِرًا وَأَقَلُّ عَدَدًا
(Dawk ta' bla twemmin jibqgħu jiddubitaw) sa. (il-Jum) meta. jaraw dak li huma mwegħdin (il-kastig). Imbagħad se jkunu jafu min huwa l-aktar dgħajjef fl-alleati, u min huwa l-inqas fl-għadd
قُلۡ إِنۡ أَدۡرِيٓ أَقَرِيبٌ مَّا تُوعَدُونَ أَمۡ يَجۡعَلُ لَهُۥ رَبِّيٓ أَمَدًا
Għid (Muħammad): 'Jiena ma nafx jekk dak li intom imwegħdin (il-kasrig) huwiex qrib, jew jekk Sidi tawwallux iż-żmien
عَٰلِمُ ٱلۡغَيۡبِ فَلَا يُظۡهِرُ عَلَىٰ غَيۡبِهِۦٓ أَحَدًا
Huwa jaf il-mistur, u ma jgħarraf lil ħadd bil-mistur tiegħu
إِلَّا مَنِ ٱرۡتَضَىٰ مِن رَّسُولٍ فَإِنَّهُۥ يَسۡلُكُ مِنۢ بَيۡنِ يَدَيۡهِ وَمِنۡ خَلۡفِهِۦ رَصَدًا
ħlief lil xi Mibgħut li għażel. Imbagħad jibgħat quddiemu u warajh għassiesa (li jħarsuh mill-ġinn)
لِّيَعۡلَمَ أَن قَدۡ أَبۡلَغُواْ رِسَٰلَٰتِ رَبِّهِمۡ وَأَحَاطَ بِمَا لَدَيۡهِمۡ وَأَحۡصَىٰ كُلَّ شَيۡءٍ عَدَدَۢا
biex (Alla) ikun jaf li (il-Mibgħużin tiegħu) ħabbru. l- messaġġi ta' Sidhom. Huwa għandu taħt idejh: kulma għandhom, u jgħodd kollox
Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.