Surah 101 · 11 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah Al-Qari'ah in Maltese

In English with tafsir

بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ

101:1

ٱلۡقَارِعَةُ

L-għawġ il-kbir

101:2

مَا ٱلۡقَارِعَةُ

x'inhu l-għawġ il-kbir

101:3

وَمَآ أَدۡرَىٰكَ مَا ٱلۡقَارِعَةُ

U x'inhu li jgħarrfek (Muħammad) x'inhu l-għawġ il-kbirż

101:4

يَوۡمَ يَكُونُ ٱلنَّاسُ كَٱلۡفَرَاشِ ٱلۡمَبۡثُوثِ

Fil-Jum meta n-nies ikunu bħal friefet imferrxin

101:5

وَتَكُونُ ٱلۡجِبَالُ كَٱلۡعِهۡنِ ٱلۡمَنفُوشِ

ul-iġbla jkunu bħas-suf il-minfux

101:6

فَأَمَّا مَن ثَقُلَتۡ مَوَٰزِينُهُۥ

Mela min il-miżien tiegħu jitqal (bl-għemejjel it-tajba)

101:7

فَهُوَ فِي عِيشَةٍ رَّاضِيَةٍ

ikun f'għajxien hieni

101:8

وَأَمَّا مَنۡ خَفَّتۡ مَوَٰزِينُهُۥ

iżda min il-miżien tiegħu jiħfief (għaliex mingħajr għemejjel tajba)

101:9

فَأُمُّهُۥ هَاوِيَةٌ

l-għamara tiegħu tkun ħofra bla qiegħ

101:10

وَمَآ أَدۡرَىٰكَ مَا هِيَهۡ

U x'inhu li jgħarrfek (Muħammad) x'inhi (din il-ħofra bla qiegħ)

101:11

نَارٌ حَامِيَةُۢ

Nar imkebbes

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.