Surah 76 · 31 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi
Surah Al-Insan in Maltese
بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ
هَلۡ أَتَىٰ عَلَى ٱلۡإِنسَٰنِ حِينٌ مِّنَ ٱلدَّهۡرِ لَمۡ يَكُن شَيۡـًٔا مَّذۡكُورًا
Jaqaw ma ġiex fuq il-bniedem xi ħin miż-żmien meta ma kien xejn li għandu jissemma (għaliex kien għadu ma nħalaqs)
إِنَّا خَلَقۡنَا ٱلۡإِنسَٰنَ مِن نُّطۡفَةٍ أَمۡشَاجٍ نَّبۡتَلِيهِ فَجَعَلۡنَٰهُ سَمِيعَۢا بَصِيرًا
Aħna tabilħaqq ħlaqna lill-bniedem minn nitfa ta' sperma mħallta (mal-bajda tal-mara) biex inġarrbuh, u għamilnieh jisma' ujara
إِنَّا هَدَيۡنَٰهُ ٱلسَّبِيلَ إِمَّا شَاكِرًا وَإِمَّا كَفُورًا
Aħna wrejnieh it-triq, sew jekk jiżżi ħajr, u sew jekk jiċħad (il- grazzja ta' Alla)
إِنَّآ أَعۡتَدۡنَا لِلۡكَٰفِرِينَ سَلَٰسِلَاْ وَأَغۡلَٰلًا وَسَعِيرًا
Aħna tabilħaqq ħejjejna għal dawk li jiċħdu t-twemmin ktajjen, xkiel u Nar iħeġġeġ
إِنَّ ٱلۡأَبۡرَارَ يَشۡرَبُونَ مِن كَأۡسٍ كَانَ مِزَاجُهَا كَافُورًا
il-ġusti tabilħaqq jixorbu minn tazza nbid fi jkun imħallat bil- ġanfta
عَيۡنًا يَشۡرَبُ بِهَا عِبَادُ ٱللَّهِ يُفَجِّرُونَهَا تَفۡجِيرًا
għajn li jixorbu minnha l-qaddejja ta' Alla; iġegħluha tgelgel kotrana
يُوفُونَ بِٱلنَّذۡرِ وَيَخَافُونَ يَوۡمًا كَانَ شَرُّهُۥ مُسۡتَطِيرًا
Huma jżommu l-wegħdiet (ragħhom ma' Alla) u jibżgħu minn Jum meta s-saram u l-biża' tiegħu jittajru ma' kullimkien
وَيُطۡعِمُونَ ٱلطَّعَامَ عَلَىٰ حُبِّهِۦ مِسۡكِينًا وَيَتِيمًا وَأَسِيرًا
Għall-imħabba tiegħu (ta' Alla, il-ġusti) jitimgħu l-ikel lill- fqir, lill-iltim u lill-ilsir
إِنَّمَا نُطۡعِمُكُمۡ لِوَجۡهِ ٱللَّهِ لَا نُرِيدُ مِنكُمۡ جَزَآءً وَلَا شُكُورًا
Ma nitimgħukomx jekk mhux għal Wiċċ Allat Ma rridu minnkom la ħlas u lanqas ħajr
إِنَّا نَخَافُ مِن رَّبِّنَا يَوۡمًا عَبُوسًا قَمۡطَرِيرًا
Aħna tabilħaqq nibżgħu (li jkollna) mingħand Sidna Jum iebes, ta' saram kbir
فَوَقَىٰهُمُ ٱللَّهُ شَرَّ ذَٰلِكَ ٱلۡيَوۡمِ وَلَقَّىٰهُمۡ نَضۡرَةً وَسُرُورًا
Għalhekk Alla jħarishom (lill-ġusti) mill-ħażen ta' dak il- Jum u jsawwab fuqhom dawl (fl-uċuħ) u ferħ (fil-qlub)
وَجَزَىٰهُم بِمَا صَبَرُواْ جَنَّةً وَحَرِيرًا
u jħallashom, talli stabru, bi Ġnien (l-Għeden) u (bi lbies) tal- ħarir
مُّتَّكِـِٔينَ فِيهَا عَلَى ٱلۡأَرَآئِكِۖ لَا يَرَوۡنَ فِيهَا شَمۡسًا وَلَا زَمۡهَرِيرًا
mimdudin fih fuq id-divani; ma jaraw fih la xemx (tikwi) u lanqas kesħa kbira
وَدَانِيَةً عَلَيۡهِمۡ ظِلَٰلُهَا وَذُلِّلَتۡ قُطُوفُهَا تَذۡلِيلًا
d-dellijiet tiegħu (dak il-Ġnien) jersqu fuqhom, u l-frott tiegħu jinġieb fil-qrib (biex jaqtgħuk bla ebda taħbit)
وَيُطَافُ عَلَيۡهِم بِـَٔانِيَةٍ مِّن فِضَّةٍ وَأَكۡوَابٍ كَانَتۡ قَوَارِيرَا۠
u jgħaddu fosthom ġarar tal-fidda u bwieqi li jkunu ta' l-ifjen ħġieġ
قَوَارِيرَاْ مِن فِضَّةٍ قَدَّرُوهَا تَقۡدِيرًا
(ta') l-ifjen ħġieġ (u magħmula) mill-fidda li (dawk li jħejju x- xorb) jimlewhom bil-qjies (skond il-ħtieġa)
وَيُسۡقَوۡنَ فِيهَا كَأۡسًا كَانَ مِزَاجُهَا زَنجَبِيلًا
U fih jingħataw jixorbu tazza nbid imħallat bil-ġinġer
وَيَطُوفُ عَلَيۡهِمۡ وِلۡدَٰنٌ مُّخَلَّدُونَ إِذَا رَأَيۡتَهُمۡ حَسِبۡتَهُمۡ لُؤۡلُؤًا مَّنثُورًا
U jduru magħhom (biex igassmulhom u jaqduhom) żgħażagħ subien li ma jmutu qatt; meta tarahom taħsibhom. perli mxerrdin
وَإِذَا رَأَيۡتَ ثَمَّ رَأَيۡتَ نَعِيمًا وَمُلۡكًا كَبِيرًا
U meta tħares hemm (fil-Ġenna) tara hena u saltna kbira
عَٰلِيَهُمۡ ثِيَابُ سُندُسٍ خُضۡرٌ وَإِسۡتَبۡرَقٌۖ وَحُلُّوٓاْ أَسَاوِرَ مِن فِضَّةٍ وَسَقَىٰهُمۡ رَبُّهُمۡ شَرَابًا طَهُورًا
(Fuqhom. fil-ġusti jkollhom) ħwejjeġ ħodor tal-ħarir fin u mbrukkat, u jiżżejnu bi brazzuletti tal-fidda, u. Sidhom jisqihom xorb safi
إِنَّ هَٰذَا كَانَ لَكُمۡ جَزَآءً وَكَانَ سَعۡيُكُم مَّشۡكُورًا
Dan tabilħaqq ikun ħlas għalikom, u t-tħabrik tagħkom ikun (milqugħ u) mogħti ħajr
إِنَّا نَحۡنُ نَزَّلۡنَا عَلَيۡكَ ٱلۡقُرۡءَانَ تَنزِيلًا
Aħna tabilħaqq niżżilna fuqek il-Qorant
فَٱصۡبِرۡ لِحُكۡمِ رَبِّكَ وَلَا تُطِعۡ مِنۡهُمۡ ءَاثِمًا أَوۡ كَفُورًا
Mela stabar. (Muħammad) għall-amar ta' Sidek, u la toqgħodx: għal dawke minnhom li huma ħatjin jew jiċħdu t- twemmini
وَمِنَ ٱلَّيۡلِ فَٱسۡجُدۡ لَهُۥ وَسَبِّحۡهُ لَيۡلًا طَوِيلًا
u (għal xi ħin) mil-lejl inxteħet quddiemu, u sebbħu billejl, fit- tull
إِنَّ هَٰٓؤُلَآءِ يُحِبُّونَ ٱلۡعَاجِلَةَ وَيَذَرُونَ وَرَآءَهُمۡ يَوۡمًا ثَقِيلًا
Dawn (li ma jemmnux) tabilħaqq iħobbu. (din): id-dinja. li malajr tgħaddi u jħallu warajhom Jum tqil (/w il-Qawmien)
نَّحۡنُ خَلَقۡنَٰهُمۡ وَشَدَدۡنَآ أَسۡرَهُمۡۖ وَإِذَا شِئۡنَا بَدَّلۡنَآ أَمۡثَٰلَهُمۡ تَبۡدِيلًا
Aħna ħlaqniehom (mix-xejn), u saħħaħna l-ħolqien tagħhom, u meta rridu nbiddluhom tassew ma' oħrajn bħalhom. (fil- ħolqien imma aħjar minnhom fl-għemil)
إِنَّ هَٰذِهِۦ تَذۡكِرَةٌۖ فَمَن شَآءَ ٱتَّخَذَ إِلَىٰ رَبِّهِۦ سَبِيلًا
Tabilħaqq li din (ir-Rivelazzjoni) hija tifkira. Għalhekk min irid, jieħu triq lejn Sidu
وَمَا تَشَآءُونَ إِلَّآ أَن يَشَآءَ ٱللَّهُۚ إِنَّ ٱللَّهَ كَانَ عَلِيمًا حَكِيمًا
U martridux, ħlief jekk Alla jrid. Alla tabilħaqq jaf kollox u Għaref
يُدۡخِلُ مَن يَشَآءُ فِي رَحۡمَتِهِۦۚ وَٱلظَّٰلِمِينَ أَعَدَّ لَهُمۡ عَذَابًا أَلِيمَۢا
Huwa jdaħħal lil-min irid fil-ħniena tiegħu, u lill-ħżiena ħejjielhom kastig ta' wġigħ
Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.