Surah 50 · 45 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi
Surah Qaf in Maltese
بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ
قٓۚ وَٱلۡقُرۡءَانِ ٱلۡمَجِيدِ
Qaf: (Aħna naħilfu). fuq il-Qoran il-glorjuż (li Muħammad huwa l-Mibgħut tagħna)
بَلۡ عَجِبُوٓاْ أَن جَآءَهُم مُّنذِرٌ مِّنۡهُمۡ فَقَالَ ٱلۡكَٰفِرُونَ هَٰذَا شَيۡءٌ عَجِيبٌ
Le, (ma laqgħuhx il-paganijl Huma jistagħġbu li ġiehom wieħed minnhom biex iwissihom, u dawk li ma jemmnux jgħidu: 'Din ħaġa ta' l-għaġebl)
أَءِذَا مِتۡنَا وَكُنَّا تُرَابًاۖ ذَٰلِكَ رَجۡعُۢ بَعِيدٌ
Jaqaw meta mmutu u nsiru trab (se nerġgħu nitqajmu) 7 Dik wasla lura mbiegħda (wisq mill-għarfien tagħna)f
قَدۡ عَلِمۡنَا مَا تَنقُصُ ٱلۡأَرۡضُ مِنۡهُمۡۖ وَعِندَنَا كِتَٰبٌ حَفِيظُۢ
Nafii tassew dak li l-art tnaqqas ( 4 fiekol) minnhom (mera jkunu midfimin fiha). u għandna ktieb li jżomm kollox (is ebda tagħrif ma jintilef dwar il-bnedmin)
بَلۡ كَذَّبُواْ بِٱلۡحَقِّ لَمَّا جَآءَهُمۡ فَهُمۡ فِيٓ أَمۡرٍ مَّرِيجٍ
Le, (mhux biss stagħġbu bil-Mibgħut, imma) giddbu s-sewwa meta ġiehom, u huma f'qagħda mħawda
أَفَلَمۡ يَنظُرُوٓاْ إِلَى ٱلسَّمَآءِ فَوۡقَهُمۡ كَيۡفَ بَنَيۡنَٰهَا وَزَيَّنَّٰهَا وَمَا لَهَا مِن فُرُوجٍ
Melama jħarsux lejn is-sema, fuqhom, kif bnejnieh (u jżomm mingħajr. kolonni), żejjinnieh. (bil-kwiekeb), u. ma. għandux xquq
وَٱلۡأَرۡضَ مَدَدۡنَٰهَا وَأَلۡقَيۡنَا فِيهَا رَوَٰسِيَ وَأَنۢبَتۡنَا فِيهَا مِن كُلِّ زَوۡجِۭ بَهِيجٍ
U l-art middejniċha, qegħedna fiha l-iġbla, u nibbitna fiha minn kull għamla sabiħa
تَبۡصِرَةً وَذِكۡرَىٰ لِكُلِّ عَبۡدٍ مُّنِيبٍ
turija (tal-kobor ta' Alla) u tifkira għal kull qaddej niedem
وَنَزَّلۡنَا مِنَ ٱلسَّمَآءِ مَآءً مُّبَٰرَكًا فَأَنۢبَتۡنَا بِهِۦ جَنَّٰتٍ وَحَبَّ ٱلۡحَصِيدِ
Aħna nniżżlu mis-sema ilma mbierek, u nnibbtu bih ġonna u qmuħ għall-ħsad
وَٱلنَّخۡلَ بَاسِقَٰتٍ لَّهَا طَلۡعٌ نَّضِيدٌ
u (innibbru wkoll) is-siġar: għoli: tal-palm. b'għenieqed imgeddsin qrib xulxin
رِّزۡقًا لِّلۡعِبَادِۖ وَأَحۡيَيۡنَا بِهِۦ بَلۡدَةً مَّيۡتًاۚ كَذَٰلِكَ ٱلۡخُرُوجُ
ġid għall-qaddejja (tagħna), u (l-ilma tax-xita) tajna bih il-ħajja lil art mejta, Hekk ukoll il-ħruġ (tagħkom minn taħt l-art, f'Jum il-Qawmien)
كَذَّبَتۡ قَبۡلَهُمۡ قَوۡمُ نُوحٍ وَأَصۡحَٰبُ ٱلرَّسِّ وَثَمُودُ
Qabilhom, (bħalhom) giddbu (lill-Mibgħutin ta' Alla) ġens Noċ u nies (il-bir imsejjaħ) ar-Rass, u TamGd
وَعَادٌ وَفِرۡعَوۡنُ وَإِخۡوَٰنُ لُوطٍ
u (hekk ukoll kienu għamlu nies) Għad, il-Fargħun, u ħut Lot
وَأَصۡحَٰبُ ٱلۡأَيۡكَةِ وَقَوۡمُ تُبَّعٍۚ كُلٌّ كَذَّبَ ٱلرُّسُلَ فَحَقَّ وَعِيدِ
u nies il-masġar (nies Xugħajb), u ġens it-Tubbagħ (dawk) kollha giddbu lill-Mibgħutin, u għalhekk seħħet il-wegħda tiegħi (dwar il-kastig kontrihom)
أَفَعَيِينَا بِٱلۡخَلۡقِ ٱلۡأَوَّلِۚ بَلۡ هُمۡ فِي لَبۡسٍ مِّنۡ خَلۡقٍ جَدِيدٍ
Jaqaw għejejna bl-ewwel ħolqien (hekk li ma' nistgħux nagħmlu t-tieni wieħed, li huwa l-qawmien mill-mewt tal- bnedmin għal ħajja ġdida)t Le, (ma għejejniexji Huma l- imħawdin dwar ħolqien ġdid)
وَلَقَدۡ خَلَقۡنَا ٱلۡإِنسَٰنَ وَنَعۡلَمُ مَا تُوَسۡوِسُ بِهِۦ نَفۡسُهُۥۖ وَنَحۡنُ أَقۡرَبُ إِلَيۡهِ مِنۡ حَبۡلِ ٱلۡوَرِيدِ
Aħna ħlaqna tassew lill-bniedem, u nafu dak li tfesfislu: qalbu. Aħna eqreb lejh mill-vina ġugulari (li tgħaqqad il-qalb mar-ras)
إِذۡ يَتَلَقَّى ٱلۡمُتَلَقِّيَانِ عَنِ ٱلۡيَمِينِ وَعَنِ ٱلشِّمَالِ قَعِيدٌ
meta ż-żewġ (anġli kustodji) jilqgħu (u jiktbu l-għemejjel tal- bnedmin, wieħed) bil-qiegħda fuq il-lemin (li jniżżel l-għemejjel tajba) u l-ieħor fuq ix-xellug (li jniżżel l-għemejjel ħżiena)
مَّا يَلۡفِظُ مِن قَوۡلٍ إِلَّا لَدَيۡهِ رَقِيبٌ عَتِيدٌ
(il-bniedem) ma jlissinx kelma li ma għandux għassies miegħu fiċ lest jikteb kollox
وَجَآءَتۡ سَكۡرَةُ ٱلۡمَوۡتِ بِٱلۡحَقِّۖ ذَٰلِكَ مَا كُنتَ مِنۡهُ تَحِيدُ
U tiġi s-sakra tal-mewt, bis-sewwa ( 4 l-bniedem jintilef minn sensih, u jintqal lilu:) 'Dak huwa li kont taħrab minnul
وَنُفِخَ فِي ٱلصُّورِۚ ذَٰلِكَ يَوۡمُ ٱلۡوَعِيدِ
U (imbagħad) tindaqq it-trumbetta. Dak ikun Jum il-wegħda tal- kastig (fi wissew dwarha l-Mibgħutin ta' Alla)
وَجَآءَتۡ كُلُّ نَفۡسٍ مَّعَهَا سَآئِقٌ وَشَهِيدٌ
Utiġi kull ruħ, u magħha (jkollha anġlu) sewwieq (li jsugha lejn il-Ġenna jew l-Infern), u (anġlu ieħor) xhud (li jixhed għall- għemejjel tal-bniedem)
لَّقَدۡ كُنتَ فِي غَفۡلَةٍ مِّنۡ هَٰذَا فَكَشَفۡنَا عَنكَ غِطَآءَكَ فَبَصَرُكَ ٱلۡيَوۡمَ حَدِيدٌ
Inti tassew kellek moħħok imtajjar (u ma tajtx kas) ta' dan (il- Jum tal-biża'), iżda Aħna nikxfu minn fuqek l-għata tiegħek (li kellek fuq qalbek u moħħok), u dawl għajnejk, illum, huwa tal- ħadid (u qiegħed tara dak li qatt ma rajt qabel)
وَقَالَ قَرِينُهُۥ هَٰذَا مَا لَدَيَّ عَتِيدٌ
(Sieħbu fl-anġlu kustodju) jgħid: 'Dan huwa li għandi lest (il- ktieb bl-għemejjel tal-bniedem)
أَلۡقِيَا فِي جَهَنَّمَ كُلَّ كَفَّارٍ عَنِيدٍ
Intom it-tnejn (l-ariġ/u s-sewwieq u l-anġlu x-xhud) ixbtu fl- Infern kull ingrat ta' rasu iebsa
مَّنَّاعٍ لِّلۡخَيۡرِ مُعۡتَدٍ مُّرِيبٍ
dakli ma jħallix il-ġid (anzi jfixklu), jikser il-liġi, u kollu dubji
ٱلَّذِي جَعَلَ مَعَ ٱللَّهِ إِلَٰهًا ءَاخَرَ فَأَلۡقِيَاهُ فِي ٱلۡعَذَابِ ٱلشَّدِيدِ
li għamel alla ieħor ma' Alla' Mela ixħtuk fil-kastig il-qalilt
قَالَ قَرِينُهُۥ رَبَّنَا مَآ أَطۡغَيۡتُهُۥ وَلَٰكِن كَانَ فِي ضَلَٰلِۭ بَعِيدٍ
Sieħbu (ix-xitan li kellu miegħu) jgħid: 'Sidna, jiena ma ġegħeltux jirvilla, iżda huwa kien f'telfien (kbir) u mbiegħed (mit- triq it-tajba)
قَالَ لَا تَخۡتَصِمُواْ لَدَيَّ وَقَدۡ قَدَّمۡتُ إِلَيۡكُم بِٱلۡوَعِيدِ
Jgħid (Alla lill-ħżiena): 'La titlewmux quddiemi (u issa kollu għalxejn)' Jiena tassew kont wissejtkom qabelt
مَا يُبَدَّلُ ٱلۡقَوۡلُ لَدَيَّ وَمَآ أَنَا۠ بِظَلَّٰمٍ لِّلۡعَبِيدِ
Il-kelma tiegħi ma tinbidilx, u Jiena m'iniex inġust mal-qaddejja (tiegħi l-bnedmin)
يَوۡمَ نَقُولُ لِجَهَنَّمَ هَلِ ٱمۡتَلَأۡتِ وَتَقُولُ هَلۡ مِن مَّزِيدٍ
Fil-Jum meta ngħidu lill-Infern: 'Imtlejtf' huwa jgħid: 'Jaqaw hemm iżjed (midinbin)
وَأُزۡلِفَتِ ٱلۡجَنَّةُ لِلۡمُتَّقِينَ غَيۡرَ بَعِيدٍ
Il-Ġenna titressaq lejn il-ġusti; ma tkunx imbiegħda
هَٰذَا مَا تُوعَدُونَ لِكُلِّ أَوَّابٍ حَفِيظٍ
(lill-ġusti jingħad hekk): ''Dan (li qegħdin taraw) huwa dak li kontu mwegħdin. (Huwa mħejji) għal kulmin dejjem idur lejn Alla, u li jżomm il-patt miegħu
مَّنۡ خَشِيَ ٱلرَّحۡمَٰنَ بِٱلۡغَيۡبِ وَجَآءَ بِقَلۡبٍ مُّنِيبٍ
min jibża' minn Dak Kollu Ħniena (minkejja li Huwa jinsab) fil- mistur, u jiġi b'qalb niedma
ٱدۡخُلُوهَا بِسَلَٰمٍۖ ذَٰلِكَ يَوۡمُ ٱلۡخُلُودِ
Idħlu fiha (il-Ġenna) bis-sliem; dak. huwa l-Jum tal-ħajja ta' dejjem
لَهُم مَّا يَشَآءُونَ فِيهَا وَلَدَيۡنَا مَزِيدٌ
Ikollhom dak li jridu fiha, u għandha aktar (merfisgħ għalihom)
وَكَمۡ أَهۡلَكۡنَا قَبۡلَهُم مِّن قَرۡنٍ هُمۡ أَشَدُّ مِنۡهُم بَطۡشًا فَنَقَّبُواْ فِي ٱلۡبِلَٰدِ هَلۡ مِن مَّحِيصٍ
U kemm-il ġens (imkabbar bħalhom) qridna qabilhom, li kienu akbar minnhom (inill-Mekkin) fil-qawwa, u li terrqu fl- artijiet (li ħakmu). Jaqaw kien hemm xi kenn (għalihom fejn setgħu jaħarbu l-mewt u l-kastig)
إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَذِكۡرَىٰ لِمَن كَانَ لَهُۥ قَلۡبٌ أَوۡ أَلۡقَى ٱلسَّمۡعَ وَهُوَ شَهِيدٌ
Tabilħaqq li f'dak (fi ġara lill-ġnus ta' qabel u l-qerda tagħhom) hemm tifkira għal min għandu qalb (jiġifieri moħħ biex jifhem), jew jagħti widen, u huwa xhud (għas-sewwa)
وَلَقَدۡ خَلَقۡنَا ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضَ وَمَا بَيۡنَهُمَا فِي سِتَّةِ أَيَّامٍ وَمَا مَسَّنَا مِن لُّغُوبٍ
Aħna tassew ħlaqna s-smewwiet u l-art, u dak li hemm bejniethom, f'sitt ijiem, u ma messitna ebda għeja
فَٱصۡبِرۡ عَلَىٰ مَا يَقُولُونَ وَسَبِّحۡ بِحَمۡدِ رَبِّكَ قَبۡلَ طُلُوعِ ٱلشَّمۡسِ وَقَبۡلَ ٱلۡغُرُوبِ
Mela żomm b'sabrek (Muħammad) dwar dak li jgħidu (il- Lhud u l-Qurajxin dwar il-ħolqien, u ħallihom iħawdu), u faħħar is-sebħ ta' Sidek qabel tlugħ ix-xemx, u qabel inżulha
وَمِنَ ٱلَّيۡلِ فَسَبِّحۡهُ وَأَدۡبَٰرَ ٱلسُّجُودِ
U sebbħu (Muħammad, lil Alla) billejl, u wara li tinxteħet fl- art għat-talb
وَٱسۡتَمِعۡ يَوۡمَ يُنَادِ ٱلۡمُنَادِ مِن مَّكَانٍ قَرِيبٍ
u isma' lil-dak (l-anġlu Israfil) li jsejjaħ (l-erwieħ), fil-Jum li jsejjaħ minn post fil-qrib
يَوۡمَ يَسۡمَعُونَ ٱلصَّيۡحَةَ بِٱلۡحَقِّۚ ذَٰلِكَ يَوۡمُ ٱلۡخُرُوجِ
fil-Jumli jisimgħu s-sejħa bil-ħaqq. Dak ikun Jum il-Ħruġ
إِنَّا نَحۡنُ نُحۡيِۦ وَنُمِيتُ وَإِلَيۡنَا ٱلۡمَصِيرُ
Aħna tabilħaqq nagħtu l-ħajja u l-mewt, u lejna t-tmiem (ta' kollox u ta' kulħadd)
يَوۡمَ تَشَقَّقُ ٱلۡأَرۡضُ عَنۡهُمۡ سِرَاعًاۚ ذَٰلِكَ حَشۡرٌ عَلَيۡنَا يَسِيرٌ
Fil-Jum li l-art tixxaqqaq madwarhom (l-erwieħ joħorġu) mgħaġġlin (mill-oqbra biex jinġabru għall-Ġudizzju). Dik ġabra (ta' l-erwieħ mill-imwiet u hija) ħafifa għalina
نَّحۡنُ أَعۡلَمُ بِمَا يَقُولُونَۖ وَمَآ أَنتَ عَلَيۡهِم بِجَبَّارٍۖ فَذَكِّرۡ بِٱلۡقُرۡءَانِ مَن يَخَافُ وَعِيدِ
Aħna nafu aktar (minn ħaddieħor) b'dak li qalu (il-Qurajxin dwar. il-qawmien mill-mewt), u inti (Muħammad) m'intix wieħed li ġġegħelhom (jidhlu fl-Islam). Mela fakkar (u wissi) bil-Qoran lil min jibża' mit-theddid tiegħi
Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.