Surah 88 · 26 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah Al-Ghashiyah in Maltese

In English with tafsir

بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ

88:1

هَلۡ أَتَىٰكَ حَدِيثُ ٱلۡغَٰشِيَةِ

Jaqaw waslitlek (Miħammad) l-aħbar tal-ġrajja li tgħatti għal kollox fil-bnedmin

88:2

وُجُوهٌ يَوۡمَئِذٍ خَٰشِعَةٌ

Dakinhar xi wċuħ jaqgħu fil-mistħija

88:3

عَامِلَةٌ نَّاصِبَةٌ

imħabbtin bix-xogħol (iebes fl-/nfern), għajjenin

88:4

تَصۡلَىٰ نَارًا حَامِيَةً

Huma jinxtwew f'Nar imkebbes

88:5

تُسۡقَىٰ مِنۡ عَيۡنٍ ءَانِيَةٍ

ujinsqew minn għajn tagħli

88:6

لَّيۡسَ لَهُمۡ طَعَامٌ إِلَّا مِن ضَرِيعٍ

Majkollhomx ikel għajr ix-xewk (tax-xitla msejħa darigħ)

88:7

لَّا يُسۡمِنُ وَلَا يُغۡنِي مِن جُوعٍ

la jsemmen u lanqas jaqta' ġuħ

88:8

وُجُوهٌ يَوۡمَئِذٍ نَّاعِمَةٌ

Dakinharxi wċuħ ikunu hienja

88:9

لِّسَعۡيِهَا رَاضِيَةٌ

ferħanin bit-tħabrik tagħhom (tul ħajjirhom)

88:10

فِي جَنَّةٍ عَالِيَةٍ

fi Ġnien għoli (jithennew, fl-Għeden)

88:11

لَّا تَسۡمَعُ فِيهَا لَٰغِيَةً

Filma tismax kliem fieragħ

88:12

فِيهَا عَيۡنٌ جَارِيَةٌ

Fih għajn ta' ilma ġieri

88:13

فِيهَا سُرُرٌ مَّرۡفُوعَةٌ

fih divani merfugħa fl-għoli

88:14

وَأَكۡوَابٌ مَّوۡضُوعَةٌ

ubwieqi mqiegħda (u mhejjija għat-tajbin)

88:15

وَنَمَارِقُ مَصۡفُوفَةٌ

u mħaded ħdejn xulxin

88:16

وَزَرَابِيُّ مَبۡثُوثَةٌ

utwapet mifruxin

88:17

أَفَلَا يَنظُرُونَ إِلَى ٱلۡإِبِلِ كَيۡفَ خُلِقَتۡ

Jaqaw ma jarawx kif inħalqu l-iġmla

88:18

وَإِلَى ٱلسَّمَآءِ كَيۡفَ رُفِعَتۡ

u s-sema kif intrefa' 'l fuq

88:19

وَإِلَى ٱلۡجِبَالِ كَيۡفَ نُصِبَتۡ

ul-iġbla kif intasbu (f'posrkom)

88:20

وَإِلَى ٱلۡأَرۡضِ كَيۡفَ سُطِحَتۡ

ul-art kif infirxet (biex il-bniedem seta' jaħdimha)

88:21

فَذَكِّرۡ إِنَّمَآ أَنتَ مُذَكِّرٌ

Mela fiikkar (Muħammad); Int biss wieħed li jfakkar

88:22

لَّسۡتَ عَلَيۡهِم بِمُصَيۡطِرٍ

M'intix wieħed imqiegħed fuqhom. biex. taħkimhom (is tagħmilhom Misilmin)

88:23

إِلَّا مَن تَوَلَّىٰ وَكَفَرَ

Iżdamin ma jagħtix kas u ma jemminx

88:24

فَيُعَذِّبُهُ ٱللَّهُ ٱلۡعَذَابَ ٱلۡأَكۡبَرَ

Allajikkastigah bl-akbar kastigl

88:25

إِنَّ إِلَيۡنَآ إِيَابَهُمۡ

Lejna, tabilħaqq, il-wasla lura tagħhom

88:26

ثُمَّ إِنَّ عَلَيۡنَا حِسَابَهُم

imbagħad tabilħaqq f'idejna l-kont tagħhom

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.