Surah 21 · 112 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah Al-Anbiya in Maltese

In English with tafsir

بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ

21:1

ٱقۡتَرَبَ لِلنَّاسِ حِسَابُهُمۡ وَهُمۡ فِي غَفۡلَةٍ مُّعۡرِضُونَ

Qorob għan-nies (iż-żmien ta') il-kont tagħhom, iżda huma moħħhom imtajjar u ma jagħtux kas

21:2

مَا يَأۡتِيهِم مِّن ذِكۡرٍ مِّن رَّبِّهِم مُّحۡدَثٍ إِلَّا ٱسۡتَمَعُوهُ وَهُمۡ يَلۡعَبُونَ

Ma tiġihom (ebda) tifkira ġdida minn Sidhom li ma jisimgħuhiex u ma jeħduhiex biċ-ċajt

21:3

لَاهِيَةً قُلُوبُهُمۡۗ وَأَسَرُّواْ ٱلنَّجۡوَى ٱلَّذِينَ ظَلَمُواْ هَلۡ هَٰذَآ إِلَّا بَشَرٌ مِّثۡلُكُمۡۖ أَفَتَأۡتُونَ ٱلسِّحۡرَ وَأَنتُمۡ تُبۡصِرُونَ

Qlubhom jgħaddu ż-żmien, u dawk li għamlu l-ħażen jitkellmu bejniethom bil-moħbi (u jgħidu): 'Jaqaw dan (Muħammad) ma huwiex ħlief bniedem bħalkom Jaqaw taqgħu għas-seħer (tiegħu) b'għajnejkom miftuħa

21:4

قَالَ رَبِّي يَعۡلَمُ ٱلۡقَوۡلَ فِي ٱلسَّمَآءِ وَٱلۡأَرۡضِۖ وَهُوَ ٱلسَّمِيعُ ٱلۡعَلِيمُ

Qal(ilhom Muħammad): ''Sidi jaf il-kliem (li jingħad) fis-sema u fl-art. Huwa jisma' kollox u jaf kollox

21:5

بَلۡ قَالُوٓاْ أَضۡغَٰثُ أَحۡلَٰمِۭ بَلِ ٱفۡتَرَىٰهُ بَلۡ هُوَ شَاعِرٌ فَلۡيَأۡتِنَا بِـَٔايَةٍ كَمَآ أُرۡسِلَ ٱلۡأَوَّلُونَ

Iżda huma qalu: 'Thewdin tal-ħolm (dan il-Qoran). Lel Huwa qalgħu minn żniedu, anzi huwa (ma huwa xejn aktar minn) poeta. Mela ħalli jġibilna sinjal, bħalma ntbagħtu l-ewwel (Proferi b'sinjali minn Alla)U

21:6

مَآ ءَامَنَتۡ قَبۡلَهُم مِّن قَرۡيَةٍ أَهۡلَكۡنَٰهَآۖ أَفَهُمۡ يُؤۡمِنُونَ

Ebda belt (minn dawk) li qridna qabilhom ma kienet emmnet (minkejja s-sinjali li ġewha). Jaqaw (issa l- pagani ta' Mekka) se jemmnu

21:7

وَمَآ أَرۡسَلۡنَا قَبۡلَكَ إِلَّا رِجَالًا نُّوحِيٓ إِلَيۡهِمۡۖ فَسۡـَٔلُوٓاْ أَهۡلَ ٱلذِّكۡرِ إِن كُنتُمۡ لَا تَعۡلَمُونَ

U qablek (Muħammad) ma bgħatniex (bħala Profeti u Mibgħutin) jekk mhux irġiel imnebbħin minna. Għalhekk: (jekk għadkom bejn ħalltejn dwar dan) staqsu lil dawk li għandhom it-tifkira (fost il-Lhud u l-Insara, Nies. il- Ktieb), jekk ma tafuxl

21:8

وَمَا جَعَلۡنَٰهُمۡ جَسَدًا لَّا يَأۡكُلُونَ ٱلطَّعَامَ وَمَا كَانُواْ خَٰلِدِينَ

Lanqas. għamilniehom (lill-Profeti u lill-Mibgħutin tagħna) iġsma li ma jiklux ikel, u lanqas għexu għal dejjem

21:9

ثُمَّ صَدَقۡنَٰهُمُ ٱلۡوَعۡدَ فَأَنجَيۡنَٰهُمۡ وَمَن نَّشَآءُ وَأَهۡلَكۡنَا ٱلۡمُسۡرِفِينَ

Imbagħad żammejna l-wegħda magħhom u ħlisniehom, u (magħhom ħlisna) lil-dawk li ridna, filwaqt li qridna lil dawk li għamlu wisq (ħażen)

21:10

لَقَدۡ أَنزَلۡنَآ إِلَيۡكُمۡ كِتَٰبًا فِيهِ ذِكۡرُكُمۡۚ أَفَلَا تَعۡقِلُونَ

Aħna tabilħaqq niżżilnielkom Ktieb li fih (issibu) it- tifkira u l-ġieħ tagħkom. Jaqaw ma għandkomx għaqal biex tifhmu (dan il-ġid kbir li sar magħkom)

21:11

وَكَمۡ قَصَمۡنَا مِن قَرۡيَةٍ كَانَتۡ ظَالِمَةً وَأَنشَأۡنَا بَعۡدَهَا قَوۡمًا ءَاخَرِينَ

Kemm-il belt qridna, li kienet ħażina, u warajha qajjimna ġnus oħra

21:12

فَلَمَّآ أَحَسُّواْ بَأۡسَنَآ إِذَا هُم مِّنۡهَا يَرۡكُضُونَ

U ara, meta ħassu ( 4 raw) il-qilla (tal-kastig) tagħna, huma: ħarbu minnha

21:13

لَا تَرۡكُضُواْ وَٱرۡجِعُوٓاْ إِلَىٰ مَآ أُتۡرِفۡتُمۡ فِيهِ وَمَسَٰكِنِكُمۡ لَعَلَّكُمۡ تُسۡـَٔلُونَ

(L-anġli jgħidulhomr) 'La taħarbux. iżda erġgħu lura lejn it- tgawdija li ngħatat lilkom, u lejn djarkom, biex forsi ikunu mistoqsija (jekk kienx xieraq il-kastig li ħadtu)U

21:14

قَالُواْ يَٰوَيۡلَنَآ إِنَّا كُنَّا ظَٰلِمِينَ

Huma qalu: 'Msieken aħnat Aħna tabilħaqq konna ħżienaf

21:15

فَمَا زَالَت تِّلۡكَ دَعۡوَىٰهُمۡ حَتَّىٰ جَعَلۡنَٰهُمۡ حَصِيدًا خَٰمِدِينَ

U dik baqgħet is-sejħa tagħhom, sama (gridniekom u) għamilniehom bħal għalqa maħsuda, ħemdin (u bla ħajja)

21:16

وَمَا خَلَقۡنَا ٱلسَّمَآءَ وَٱلۡأَرۡضَ وَمَا بَيۡنَهُمَا لَٰعِبِينَ

Ma ħlaqniex is-sema, l-art u dak li hemm bejniethom bil- logħobl

21:17

لَوۡ أَرَدۡنَآ أَن نَّتَّخِذَ لَهۡوًا لَّٱتَّخَذۡنَٰهُ مِن لَّدُنَّآ إِن كُنَّا فَٰعِلِينَ

Likieku ridna xi mogħdija taż-żmien, konna nsibuha f'dak li għandna (u konna nedhew bl-anġli), kieku ridna nagħmlu ħaġa bħal din

21:18

بَلۡ نَقۡذِفُ بِٱلۡحَقِّ عَلَى ٱلۡبَٰطِلِ فَيَدۡمَغُهُۥ فَإِذَا هُوَ زَاهِقٌۚ وَلَكُمُ ٱلۡوَيۡلُ مِمَّا تَصِفُونَ

Iżda Aħna nixħtu s-sewwa fuq il-qerq (biex jolqtu bil- qawwa) u jxejnu, u arah meqrudt Ħażin għalikom ta' dak (il- gideb) li taqilgħu (dwarna)

21:19

وَلَهُۥ مَن فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۚ وَمَنۡ عِندَهُۥ لَا يَسۡتَكۡبِرُونَ عَنۡ عِبَادَتِهِۦ وَلَا يَسۡتَحۡسِرُونَ

Tiegħu huwa kulmin jinsab fis-smewwiet u fl-art. U dawk (l- anġli) li jinsabu għandu, la jitkabbru biex. igimuh, u' lanqas (qati) jegħjew (fil-qima tiegħu)

21:20

يُسَبِّحُونَ ٱلَّيۡلَ وَٱلنَّهَارَ لَا يَفۡتُرُونَ

(Huma jsebbħufh) lejl u nhar, bla ma (qatt) jehdew

21:21

أَمِ ٱتَّخَذُوٓاْ ءَالِهَةً مِّنَ ٱلۡأَرۡضِ هُمۡ يُنشِرُونَ

Jaqaw ħadu (għall-qima tagħhom) allat mill-art li jqajmu l- mejtin

21:22

لَوۡ كَانَ فِيهِمَآ ءَالِهَةٌ إِلَّا ٱللَّهُ لَفَسَدَتَاۚ فَسُبۡحَٰنَ ٱللَّهِ رَبِّ ٱلۡعَرۡشِ عَمَّا يَصِفُونَ

Kieku fihom it-tnejn (fis-smewwiet u fl-ari) kien hemm allat (oħra) minbarra Alla, kieku kienu jitħawdu bejniethom. (i/ jinqerduji Sebħ til-Alla, Sid'it-Tron, (għaliex Huwa ogħla) minn dak li jaqilgħu (dwari)

21:23

لَا يُسۡـَٔلُ عَمَّا يَفۡعَلُ وَهُمۡ يُسۡـَٔلُونَ

Huwa ma huwiex mistoqsi dwar dak li jagħmel. (għaliex Huwa s-Sid u l-Ħallieq). iżda huma jkunu mistoqsijin (dwar l- għemejjel tagħhom għaliex huma l-qaddejja)

21:24

أَمِ ٱتَّخَذُواْ مِن دُونِهِۦٓ ءَالِهَةًۖ قُلۡ هَاتُواْ بُرۡهَٰنَكُمۡۖ هَٰذَا ذِكۡرُ مَن مَّعِيَ وَذِكۡرُ مَن قَبۡلِيۚ بَلۡ أَكۡثَرُهُمۡ لَا يَعۡلَمُونَ ٱلۡحَقَّۖ فَهُم مُّعۡرِضُونَ

Jaqaw ħadu (għall-qima 1agħhom) allat minflokuż Għidfilhom. Muħammad): ''Ġibu. l-prova tagħkoml. Dan. (il- Qoran) huwa t-tifkira għal (niesi) li jinsabu miegħi, u t-tifkira għal dawk (minn Nies il-Ktieb) li kienu qabli.' Iżda ħafna minnhom ma jafux is-sewwa, u jibqgħu ma jagħtux kas

21:25

وَمَآ أَرۡسَلۡنَا مِن قَبۡلِكَ مِن رَّسُولٍ إِلَّا نُوحِيٓ إِلَيۡهِ أَنَّهُۥ لَآ إِلَٰهَ إِلَّآ أَنَا۠ فَٱعۡبُدُونِ

Qablek (Muħammad) ma bgħatna ebda Mibgħut li ma konniex nebbaħnieh li-ma hemmx alla ħliefi. Mela qimuni (u xxierku lil ħadd miegħi)

21:26

وَقَالُواْ ٱتَّخَذَ ٱلرَّحۡمَٰنُ وَلَدًاۗ سُبۡحَٰنَهُۥۚ بَلۡ عِبَادٌ مُّكۡرَمُونَ

Qalu: ''Dak li huwa Kollu Ħniena għandu wild (minn fost l-anġli tiegħujf' Sebħ lilul (L-anġli tiegħu) ma humiex ħlief qaddejja mweġġgħin

21:27

لَا يَسۡبِقُونَهُۥ بِٱلۡقَوۡلِ وَهُم بِأَمۡرِهِۦ يَعۡمَلُونَ

Huma ma jitkellmux qablu, u bl-amar tiegħu jagħmlu (ir-rieda tiegħu)

21:28

يَعۡلَمُ مَا بَيۡنَ أَيۡدِيهِمۡ وَمَا خَلۡفَهُمۡ وَلَا يَشۡفَعُونَ إِلَّا لِمَنِ ٱرۡتَضَىٰ وَهُم مِّنۡ خَشۡيَتِهِۦ مُشۡفِقُونَ

Huwa jaf dak li hemm quddiemhom u warajhom. Huma ma jaqbżux jekk mhux għal min (jafis li A/la) tgħaxxaq bih, u minħabba l-biża' tagħhom minnu, huma jkunu mwerwrin

21:29

وَمَن يَقُلۡ مِنۡهُمۡ إِنِّيٓ إِلَٰهٌ مِّن دُونِهِۦ فَذَٰلِكَ نَجۡزِيهِ جَهَنَّمَۚ كَذَٰلِكَ نَجۡزِي ٱلظَّٰلِمِينَ

U min minnhom (dawk l-anġli) jgħid: 'Jiena alla minfloku,' lil dak inħallsuh bl-Infern, Hekk inħallsu lill- ħżiena

21:30

أَوَلَمۡ يَرَ ٱلَّذِينَ كَفَرُوٓاْ أَنَّ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضَ كَانَتَا رَتۡقًا فَفَتَقۡنَٰهُمَاۖ وَجَعَلۡنَا مِنَ ٱلۡمَآءِ كُلَّ شَيۡءٍ حَيٍّۚ أَفَلَا يُؤۡمِنُونَ

Mela ma jarawx dawk ta' bla twemmin illi s-smewwiet u l-art kienu ħaġa waħda u (imbagħad) ftaqniehom, u mill-ilma għamilna kull ħaġa ħajja. Jaqaw ma jemmnux (fis-setgħa ta' Alla)

21:31

وَجَعَلۡنَا فِي ٱلۡأَرۡضِ رَوَٰسِيَ أَن تَمِيدَ بِهِمۡ وَجَعَلۡنَا فِيهَا فِجَاجًا سُبُلًا لَّعَلَّهُمۡ يَهۡتَدُونَ

U għamilna iġbla fuq l-art, imqiegħda fis-sod, biex ma titħarrikx bihom, u fihom għamilna toroq wiesgħa biex forsi jagħrfu t-triq (u ma jintilfux fis-safar tagħhom)

21:32

وَجَعَلۡنَا ٱلسَّمَآءَ سَقۡفًا مَّحۡفُوظًاۖ وَهُمۡ عَنۡ ءَايَٰتِهَا مُعۡرِضُونَ

U s-sema għamilnieh saqaf imħares tajjeb (biex ma jaqax), iżda huma ma jagħtux kas tas-sinjali tiegħu

21:33

وَهُوَ ٱلَّذِي خَلَقَ ٱلَّيۡلَ وَٱلنَّهَارَ وَٱلشَّمۡسَ وَٱلۡقَمَرَۖ كُلٌّ فِي فَلَكٍ يَسۡبَحُونَ

Huwa li ħalaq il-lejl u n-nhar, u x-xemx u l-qamar; kollox għaddej idur fid-dawra tiegħu

21:34

وَمَا جَعَلۡنَا لِبَشَرٍ مِّن قَبۡلِكَ ٱلۡخُلۡدَۖ أَفَإِيْن مِّتَّ فَهُمُ ٱلۡخَٰلِدُونَ

Ma tajna lil ebda bniedem qablek li jgħix għal dejjem. Jaqaw meta tmut inti (Muħammad), huma se jibqgħu jgħixu għal dejjem

21:35

كُلُّ نَفۡسٍ ذَآئِقَةُ ٱلۡمَوۡتِۗ وَنَبۡلُوكُم بِٱلشَّرِّ وَٱلۡخَيۡرِ فِتۡنَةًۖ وَإِلَيۡنَا تُرۡجَعُونَ

Kull ruħ idduq il-mewt, u Aħna nġarrbukom bil-ħażin u bit-tajjeb, u lejna titreġġgħu lura

21:36

وَإِذَا رَءَاكَ ٱلَّذِينَ كَفَرُوٓاْ إِن يَتَّخِذُونَكَ إِلَّا هُزُوًا أَهَٰذَا ٱلَّذِي يَذۡكُرُ ءَالِهَتَكُمۡ وَهُم بِذِكۡرِ ٱلرَّحۡمَٰنِ هُمۡ كَٰفِرُونَ

Meta' dawk li ċaħdu t-twemmin jarawk (Muħammad), huma tna jġibux irwieħhom miegħek ħlief biż-żebliħ u jgħidu (bi stmerrija): 'Jaqaw dan hu li jsemmi (fil-batal) l-allat tagħkomħ' Huma jiċħdu li jsemmu (bit-tifħir) lil Dak li huwa Kollu Ħnienal

21:37

خُلِقَ ٱلۡإِنسَٰنُ مِنۡ عَجَلٍۚ سَأُوْرِيكُمۡ ءَايَٰتِي فَلَا تَسۡتَعۡجِلُونِ

Il-bniedem inħalaq mill-għaġla. Se nurikom is-sinjali tiegħi (u kif nitħallas minn dawk li ħaduha kontrija iżda kollox iseħħ f'ħinu), mela la tgħaġġlunixi

21:38

وَيَقُولُونَ مَتَىٰ هَٰذَا ٱلۡوَعۡدُ إِن كُنتُمۡ صَٰدِقِينَ

(il-pagani) jgħidu (b'żebliħ' lill-Profeta u lil-dawk li jemmnu): ''Meta (sseħħ) din il-wegħda (dwar il-kastig), jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

21:39

لَوۡ يَعۡلَمُ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ حِينَ لَا يَكُفُّونَ عَن وُجُوهِهِمُ ٱلنَّارَ وَلَا عَن ظُهُورِهِمۡ وَلَا هُمۡ يُنصَرُونَ

Kieku dawk li ċaħdu t-twemmin kienu jafu (x'se jkun il-kastig tagħhom) meta ma jkunux jistgħu jżommu lura n-Nar minn wiċċhom jew minn daharhom, u ma jsibux għajnuna, (imkien, kieku ma kinux jifkellmu hekk)

21:40

بَلۡ تَأۡتِيهِم بَغۡتَةً فَتَبۡهَتُهُمۡ فَلَا يَسۡتَطِيعُونَ رَدَّهَا وَلَا هُمۡ يُنظَرُونَ

Let Huwa (in-Nar) jiġihom għal għarrieda, hekk li jħawwadhom, u la jkunu jistgħu jaħarbuh, u lanqas jingħataw aktar żmien (biex jindmu)

21:41

وَلَقَدِ ٱسۡتُهۡزِئَ بِرُسُلٍ مِّن قَبۡلِكَ فَحَاقَ بِٱلَّذِينَ سَخِرُواْ مِنۡهُم مَّا كَانُواْ بِهِۦ يَسۡتَهۡزِءُونَ

Mibgħutin. (oħra): qablek kienu /mżebilħin (Muħammad), iżda dawk li ddieħku bihom (spiċċaw) imdawra (huma stess minn kull naħa) b'dak (il-kastig) li kienu jżebilħu

21:42

قُلۡ مَن يَكۡلَؤُكُم بِٱلَّيۡلِ وَٱلنَّهَارِ مِنَ ٱلرَّحۡمَٰنِۚ بَلۡ هُمۡ عَن ذِكۡرِ رَبِّهِم مُّعۡرِضُونَ

(Għidfilhom Muħammad): ''Min iħariskom: billejl u binhar mill-fkasrig ta') Dak li huwa Kollu Ħniena 7' Iżda huma ma jagħtux widen għat-tifkira (u għat-twissija) ta' Sidhom (il-Mulej)

21:43

أَمۡ لَهُمۡ ءَالِهَةٌ تَمۡنَعُهُم مِّن دُونِنَاۚ لَا يَسۡتَطِيعُونَ نَصۡرَ أَنفُسِهِمۡ وَلَا هُم مِّنَّا يُصۡحَبُونَ

Jaqaw għandhom allat li jħarsuhom minna' Dawn la jistgħu jgħinu lilhom infushom, u lanqas huma mħarsin minna

21:44

بَلۡ مَتَّعۡنَا هَٰٓؤُلَآءِ وَءَابَآءَهُمۡ حَتَّىٰ طَالَ عَلَيۡهِمُ ٱلۡعُمُرُۗ أَفَلَا يَرَوۡنَ أَنَّا نَأۡتِي ٱلۡأَرۡضَ نَنقُصُهَا مِنۡ أَطۡرَافِهَآۚ أَفَهُمُ ٱلۡغَٰلِبُونَ

Lel Aħna ħallejna lil dawn in-nies u lil missirijiethom igawdu (f'din id-dinja), sa ma daħlu sew fiż-żmien. (i ħasbu li se jibqgħu jgawdu dak kollu għal dejjem). Mela ma jarawx li Aħna niġu fuq l-art (bil-Mibgħutin tagħna u nagħtuha lin-nies ta' twemmin), u nnaqqsulha t-truf tagħha (minn idejn dawk li ċaħdu t-twemmin safi) 7 Jaqaw (issa) huma r-rebbiħin

21:45

قُلۡ إِنَّمَآ أُنذِرُكُم بِٱلۡوَحۡيِۚ وَلَا يَسۡمَعُ ٱلصُّمُّ ٱلدُّعَآءَ إِذَا مَا يُنذَرُونَ

Għid(ilhom Muħammad): 'Qiegħed inwissikom. biss bir-Rivelazzjoni.' Iżda t-torox ma jisimgħux is-sejħa, meta jitwissewi

21:46

وَلَئِن مَّسَّتۡهُمۡ نَفۡحَةٌ مِّنۡ عَذَابِ رَبِّكَ لَيَقُولُنَّ يَٰوَيۡلَنَآ إِنَّا كُنَّا ظَٰلِمِينَ

U jekk tmisshom (l-iċken) nefħa mill-kastig ta' Sidek, huma tassew jgħidu: ''Msieken aħnal Aħna konna tabilħaqq ħżienal

21:47

وَنَضَعُ ٱلۡمَوَٰزِينَ ٱلۡقِسۡطَ لِيَوۡمِ ٱلۡقِيَٰمَةِ فَلَا تُظۡلَمُ نَفۡسٌ شَيۡـًٔاۖ وَإِن كَانَ مِثۡقَالَ حَبَّةٍ مِّنۡ خَرۡدَلٍ أَتَيۡنَا بِهَاۗ وَكَفَىٰ بِنَا حَٰسِبِينَ

Aħna nqiegħdu l-imwieżen tal-ħaqq ( 4 nħejjuhom) għal Jum il-Qawmien, u xejn ma ssir inġustizzja ma' ebda ruħ. U jekk (għemi' il-bniedem) ikun (biss) it-toqol ta' żerriegħa tal-mustarda, (arana). nġibuh (biex isir ħaqq minnu). Aħna biżżejjed biex nagħmlu l-kontijiett

21:48

وَلَقَدۡ ءَاتَيۡنَا مُوسَىٰ وَهَٰرُونَ ٱلۡفُرۡقَانَ وَضِيَآءً وَذِكۡرًا لِّلۡمُتَّقِينَ

Aħna tajna lil-Mosċ u lil Aron il-Qjies (bejn it-tajjeb u l-ħażin, li hu t-Torà), u dawl u tifkira għal dawk li jibżgħu minn Alla

21:49

ٱلَّذِينَ يَخۡشَوۡنَ رَبَّهُم بِٱلۡغَيۡبِ وَهُم مِّنَ ٱلسَّاعَةِ مُشۡفِقُونَ

dawk li jibżgħu minn Sidhom bil-moħbi, u huma mbeżżgħin mis-Siegħa (ral-Ġudizzju)

21:50

وَهَٰذَا ذِكۡرٌ مُّبَارَكٌ أَنزَلۡنَٰهُۚ أَفَأَنتُمۡ لَهُۥ مُنكِرُونَ

Dan (il-Qoran huwa) tifkira mbierka li Aħna niżżilna. Jaqaw intom tiċħduha

21:51

وَلَقَدۡ ءَاتَيۡنَآ إِبۡرَٰهِيمَ رُشۡدَهُۥ مِن قَبۡلُ وَكُنَّا بِهِۦ عَٰلِمِينَ

Qabel, konna tajna l-għaqal lil- Abraham (sa minn ċkunitu), u konna nafuh sew

21:52

إِذۡ قَالَ لِأَبِيهِ وَقَوۡمِهِۦ مَا هَٰذِهِ ٱلتَّمَاثِيلُ ٱلَّتِيٓ أَنتُمۡ لَهَا عَٰكِفُونَ

(Ftakar, Muħammad) meta qal lil missieru u lil niesu: $X'inhuma dawn ix-xbihat li intom tqimu

21:53

قَالُواْ وَجَدۡنَآ ءَابَآءَنَا لَهَا عَٰبِدِينَ

Qalu: ''Sibna lil missirijietna jqimuhom

21:54

قَالَ لَقَدۡ كُنتُمۡ أَنتُمۡ وَءَابَآؤُكُمۡ فِي ضَلَٰلٍ مُّبِينٍ

(Qalfilhom Abraham): (Tassew li intom u missirijietkom kontu f'telfien mill-aktar ċarl)

21:55

قَالُوٓاْ أَجِئۡتَنَا بِٱلۡحَقِّ أَمۡ أَنتَ مِنَ ٱللَّٰعِبِينَ

Qal(ulu niesu): 'Jaqaw ġejtna bis-sewwa, jew inkella inti minn dawk li jgħaddu ż-żmien fil-logħob

21:56

قَالَ بَل رَّبُّكُمۡ رَبُّ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِ ٱلَّذِي فَطَرَهُنَّ وَأَنَا۠ عَلَىٰ ذَٰلِكُم مِّنَ ٱلشَّٰهِدِينَ

Qal: ''Le (mhux hekkt Għandkom tkunu tafi li) Sidkom huwa Sid is-smewwiet u l-art, dak li ħalaqhom, u jiena fost dawk li jixhdu għal dan

21:57

وَتَٱللَّهِ لَأَكِيدَنَّ أَصۡنَٰمَكُم بَعۡدَ أَن تُوَلُّواْ مُدۡبِرِينَ

U naħlef fuq Allal Tassew se nara x'nagħmel bix- xbihat tagħkom (biex negridhom), wara li tkunu tlaqtu (għall-festa ta' kull sena)i

21:58

فَجَعَلَهُمۡ جُذَٰذًا إِلَّا كَبِيرًا لَّهُمۡ لَعَلَّهُمۡ إِلَيۡهِ يَرۡجِعُونَ

U (Abraham) għamilhom frak, ħlief għall-(idolu) il-kbir fosthom, biex. forsi jerġgħu lura lejh (ww jsaqsuh min kisser l-idoli l-oħra)

21:59

قَالُواْ مَن فَعَلَ هَٰذَا بِـَٔالِهَتِنَآ إِنَّهُۥ لَمِنَ ٱلظَّٰلِمِينَ

Qalu (nies Abraham, meta reġgħu lura mill-festa): Min għamel dan lill-allat tagħna huwa tassew mill- agħarf

21:60

قَالُواْ سَمِعۡنَا فَتًى يَذۡكُرُهُمۡ يُقَالُ لَهُۥٓ إِبۡرَٰهِيمُ

Qalu (ukoll): ''Smajna żagħżugħ isemmihom (u qal li ried jeqridhom), jismu Abraham

21:61

قَالُواْ فَأۡتُواْ بِهِۦ عَلَىٰٓ أَعۡيُنِ ٱلنَّاسِ لَعَلَّهُمۡ يَشۡهَدُونَ

Qalu: 'Mela ġibuh (hawn) biex jarawh in-nies u forsi jixhdu (għal dan li ġara)l

21:62

قَالُوٓاْ ءَأَنتَ فَعَلۡتَ هَٰذَا بِـَٔالِهَتِنَا يَٰٓإِبۡرَٰهِيمُ

Qalu(lu): 'Jaqaw inti għamilt dan. lill-allat tagħna, Abrahami

21:63

قَالَ بَلۡ فَعَلَهُۥ كَبِيرُهُمۡ هَٰذَا فَسۡـَٔلُوهُمۡ إِن كَانُواْ يَنطِقُونَ

(Qalfilhom): 'Le, imma l-(idolu) il-kbir fosthom għamel dan (għaliex ma ridkomx iqimu miegħu idoli iżgħarji Staqsuhom, jekk jistgħu jitkellmul)

21:64

فَرَجَعُوٓاْ إِلَىٰٓ أَنفُسِهِمۡ فَقَالُوٓاْ إِنَّكُمۡ أَنتُمُ ٱلظَّٰلِمُونَ

Għalhekk daħlu f'qoxrithom u qalu (bejnhom u bejn ruħhom): ''Intom tabilħaqq il-ħżiena

21:65

ثُمَّ نُكِسُواْ عَلَىٰ رُءُوسِهِمۡ لَقَدۡ عَلِمۡتَ مَا هَٰٓؤُلَآءِ يَنطِقُونَ

Imbagħad reġgħu għalli kienu (pagani bħal qabel, u qalu lil Abraham): 'Inti taf li dawn ma jistgħux jitkellmu (u mela għaliex qiegħed tgħidilna nistaqsuhom'j)

21:66

قَالَ أَفَتَعۡبُدُونَ مِن دُونِ ٱللَّهِ مَا لَا يَنفَعُكُمۡ شَيۡـًٔا وَلَا يَضُرُّكُمۡ

Qal(ilhom): 'Jaqaw, minflok lil Alla, tqimu dak li ma jiswielkom xejn, u lanqas jista' jagħmlilkom ħsara

21:67

أُفٍّ لَّكُمۡ وَلِمَا تَعۡبُدُونَ مِن دُونِ ٱللَّهِۚ أَفَلَا تَعۡقِلُونَ

Għajb għalikom u għal dawk li tqimu minflok lil Allat Mela ma tifhmux

21:68

قَالُواْ حَرِّقُوهُ وَٱنصُرُوٓاْ ءَالِهَتَكُمۡ إِن كُنتُمۡ فَٰعِلِينَ

Qalu: tAħarquh (lil Abraham). u aqbżu għall-allat tagħkom, jekk se tagħmlu (xi ħaġa)

21:69

قُلۡنَا يَٰنَارُ كُونِي بَرۡدًا وَسَلَٰمًا عَلَىٰٓ إِبۡرَٰهِيمَ

(Meta rajna l-pagani se jaħarqu lil Abraham) għedna: 'Ja nar, kun bard u sliem għal Abrahami

21:70

وَأَرَادُواْ بِهِۦ كَيۡدًا فَجَعَلۡنَٰهُمُ ٱلۡأَخۡسَرِينَ

Huma riedu jonsbuh (biex jitfgħuh f'ħofra u jaħarquh), iżda Aħna għamilniehom l-akbar tellifin

21:71

وَنَجَّيۡنَٰهُ وَلُوطًا إِلَى ٱلۡأَرۡضِ ٱلَّتِي بَٰرَكۡنَا فِيهَا لِلۡعَٰلَمِينَ

Aħna ħlisna lilu u lil-Lot (u mill-Mesopotamja bgħatniehom) lejn l-art (tas-Sirja) li berikna (u bgħatna fiha l-Mibgħutin tagħna) għall-bnedmin kollha

21:72

وَوَهَبۡنَا لَهُۥٓ إِسۡحَٰقَ وَيَعۡقُوبَ نَافِلَةًۖ وَكُلًّا جَعَلۡنَا صَٰلِحِينَ

U (lil Abraham) tajnieh. lil Iżakk u lil Ġakobb (iben ibnu) bħala għotja oħra, u lit-tnejn li huma għamilna ġusti

21:73

وَجَعَلۡنَٰهُمۡ أَئِمَّةً يَهۡدُونَ بِأَمۡرِنَا وَأَوۡحَيۡنَآ إِلَيۡهِمۡ فِعۡلَ ٱلۡخَيۡرَٰتِ وَإِقَامَ ٱلصَّلَوٰةِ وَإِيتَآءَ ٱلزَّكَوٰةِۖ وَكَانُواْ لَنَا عَٰبِدِينَ

Aħna għamilniehom: mexxejja li jmexxu bl-amar tagħna, u nebbaħniehom jagħmlu l-ġid, jagħmlu t-talb jagħtu l-karità, u lilna kienu jqimu

21:74

وَلُوطًا ءَاتَيۡنَٰهُ حُكۡمًا وَعِلۡمًا وَنَجَّيۡنَٰهُ مِنَ ٱلۡقَرۡيَةِ ٱلَّتِي كَانَت تَّعۡمَلُ ٱلۡخَبَٰٓئِثَۚ إِنَّهُمۡ كَانُواْ قَوۡمَ سَوۡءٍ فَٰسِقِينَ

U lil-Lot (ukoll) tajnieh kif jagħmel ħaqq, u l-għarfien, U ħlisnieh mill-belt (ta' Sodoma) li kienet tagħmel għemejjel faħxija. Huma tabilħaqq kienu nies ta' ħażen, imħassrin

21:75

وَأَدۡخَلۡنَٰهُ فِي رَحۡمَتِنَآۖ إِنَّهُۥ مِنَ ٱلصَّٰلِحِينَ

Aħna (lqajnieh u) daħħalnieh fil-ħniena tagħna, għaliex kien wieħed mill-ġusti

21:76

وَنُوحًا إِذۡ نَادَىٰ مِن قَبۡلُ فَٱسۡتَجَبۡنَا لَهُۥ فَنَجَّيۡنَٰهُ وَأَهۡلَهُۥ مِنَ ٱلۡكَرۡبِ ٱلۡعَظِيمِ

U (ftakar) f'Noċ, meta kien sejjaħ (lilna), qabel, u Aħna weġibnieh u ħlisna lilu u lil niesu mid-diqa l-kbira

21:77

وَنَصَرۡنَٰهُ مِنَ ٱلۡقَوۡمِ ٱلَّذِينَ كَذَّبُواْ بِـَٔايَٰتِنَآۚ إِنَّهُمۡ كَانُواْ قَوۡمَ سَوۡءٍ فَأَغۡرَقۡنَٰهُمۡ أَجۡمَعِينَ

Aħna tajnieh l-għajnuna u ħlisnieh minn dawk li giddbu s-sinjali tagħna, Huma kienu tabilħaqq nies ta' ħażen, u għerriqniehom ilkoll (fid-dilluvju)

21:78

وَدَاوُۥدَ وَسُلَيۡمَٰنَ إِذۡ يَحۡكُمَانِ فِي ٱلۡحَرۡثِ إِذۡ نَفَشَتۡ فِيهِ غَنَمُ ٱلۡقَوۡمِ وَكُنَّا لِحُكۡمِهِمۡ شَٰهِدِينَ

U (ftakar ukoll) f'David u f'Salamun meta għamlu ħaqq dwar l-għalqa li fiha kienu daħlu xi nagħaġ tan-nies (jirgħu) billejl (u ħarbtuha), u konna xhieda tal-ħaqq tagħhom

21:79

فَفَهَّمۡنَٰهَا سُلَيۡمَٰنَۚ وَكُلًّا ءَاتَيۡنَا حُكۡمًا وَعِلۡمًاۚ وَسَخَّرۡنَا مَعَ دَاوُۥدَ ٱلۡجِبَالَ يُسَبِّحۡنَ وَٱلطَّيۡرَۚ وَكُنَّا فَٰعِلِينَ

Lil Salamun fehemnihielu (sewwa dik il-kwistjoni). Lit- tnejn li huma tajniehom kif jagħmlu ħaqq, u (tajniehom) l-għarfien. Aħna ġegħelna l-iġbla u t-tjur isebbħu (li/na), flimkien ma' David (bis-Salmi tiegħu). Konna Aħna li għamilna (dan kollujl)

21:80

وَعَلَّمۡنَٰهُ صَنۡعَةَ لَبُوسٍ لَّكُمۡ لِتُحۡصِنَكُم مِّنۢ بَأۡسِكُمۡۖ فَهَلۡ أَنتُمۡ شَٰكِرُونَ

Aħna għallimnieh (lil David) is-sengħa tal-kurazza (għall-fejda) tagħkom, biex tħariskom mill-qilla tagħkom (għal xulxin meta titqabdu, iżda ta' dan) intom tiżżu ħajr

21:81

وَلِسُلَيۡمَٰنَ ٱلرِّيحَ عَاصِفَةً تَجۡرِي بِأَمۡرِهِۦٓ إِلَى ٱلۡأَرۡضِ ٱلَّتِي بَٰرَكۡنَا فِيهَاۚ وَكُنَّا بِكُلِّ شَيۡءٍ عَٰلِمِينَ

(Kien bis-setgħa tagħna li ġegħelna). ir-tiħ. qawwi. (joqgħod) għal Salamun, u jonfoħ bl-amar tiegħu fuq l- art (tas-Sirja) li konna berikna. Aħna konna nafu b'kolloxi

21:82

وَمِنَ ٱلشَّيَٰطِينِ مَن يَغُوصُونَ لَهُۥ وَيَعۡمَلُونَ عَمَلًا دُونَ ذَٰلِكَۖ وَكُنَّا لَهُمۡ حَٰفِظِينَ

(U ġegħelna) fost ix-xjaten min jogħdoslu (fil Salamun, u jġiblu l-perli), u kienu jagħmlu għemejjel (oħra) barra minn hekk, u kellna għajnejna fuqhom

21:83

وَأَيُّوبَ إِذۡ نَادَىٰ رَبَّهُۥٓ أَنِّي مَسَّنِيَ ٱلضُّرُّ وَأَنتَ أَرۡحَمُ ٱلرَّٰحِمِينَ

U (ftakar) f'Ġob, meta sejjaħ lil Sidu (il-Mulej, u talab hekk): ''Jiena tabilħaqq messitni l-ħsara, iżda Inti l-Aktar Ħanin fost dawk li jħennul

21:84

فَٱسۡتَجَبۡنَا لَهُۥ فَكَشَفۡنَا مَا بِهِۦ مِن ضُرٍّۖ وَءَاتَيۡنَٰهُ أَهۡلَهُۥ وَمِثۡلَهُم مَّعَهُمۡ رَحۡمَةً مِّنۡ عِندِنَا وَذِكۡرَىٰ لِلۡعَٰبِدِينَ

Għalhekk smajna talbu, ħlisnieh mill-ħsara li kien fiha, u tajnieh (lura) lil niesu (li kien tilef), u daqshom magħhom, bi ħniena mingħandna, u bħala tifkira għal dawk li jqimufra

21:85

وَإِسۡمَٰعِيلَ وَإِدۡرِيسَ وَذَا ٱلۡكِفۡلِۖ كُلٌّ مِّنَ ٱلصَّٰبِرِينَ

(Ftakar ukoll) f'Ismagħel, f'Idris, u f'Da l-Kifl; kollha nies ta' sabar

21:86

وَأَدۡخَلۡنَٰهُمۡ فِي رَحۡمَتِنَآۖ إِنَّهُم مِّنَ ٱلصَّٰلِحِينَ

Aħna (Iqajniehom) u daħħalniehom fil-ħniena tagħna (fil-Ġenna), għaliex kienu mill-ġusti

21:87

وَذَا ٱلنُّونِ إِذ ذَّهَبَ مُغَٰضِبًا فَظَنَّ أَن لَّن نَّقۡدِرَ عَلَيۡهِ فَنَادَىٰ فِي ٱلظُّلُمَٰتِ أَن لَّآ إِلَٰهَ إِلَّآ أَنتَ سُبۡحَٰنَكَ إِنِّي كُنتُ مِنَ ٱلظَّٰلِمِينَ

U (ftakar) f'Tal-Ħuta (Ġona) meta telaq mgħaddab (għal niesu għaliex għall-ewwel ma ridux jemmnu f'Alla) u ħaseb li m'aħniex se nagħfsuh (biex inżommuh milli jitlaq lil niesu)t Iżda huwa sejjaħ fid-dlamijiet (ta' żaqq il-ħuta u qal): 'Ma hemmx alla ħliefekt Sebħ lilekl Jiena kont tassew mill-midinbini

21:88

فَٱسۡتَجَبۡنَا لَهُۥ وَنَجَّيۡنَٰهُ مِنَ ٱلۡغَمِّۚ وَكَذَٰلِكَ نُـۨجِي ٱلۡمُؤۡمِنِينَ

Għalhekk smajna talbu, u ħlisnieh mill-hemm (li kien jinsab fih). Hekk ukoll neħilsu lil dawk li jemmnu

21:89

وَزَكَرِيَّآ إِذۡ نَادَىٰ رَبَّهُۥ رَبِّ لَا تَذَرۡنِي فَرۡدًا وَأَنتَ خَيۡرُ ٱلۡوَٰرِثِينَ

(Ftakar) f'Żakkarija, meta sejjaħ lil-Sidu (il-Mulej u qal): ''Sidi, ta tħallinix waħdi, (mingħajr nisel). Inti l- aħjar fost il-werrieta (għaliex tibqa' għal dejjem wara li jmut kulħadd)

21:90

فَٱسۡتَجَبۡنَا لَهُۥ وَوَهَبۡنَا لَهُۥ يَحۡيَىٰ وَأَصۡلَحۡنَا لَهُۥ زَوۡجَهُۥٓۚ إِنَّهُمۡ كَانُواْ يُسَٰرِعُونَ فِي ٱلۡخَيۡرَٰتِ وَيَدۡعُونَنَا رَغَبًا وَرَهَبًاۖ وَكَانُواْ لَنَا خَٰشِعِينَ

Għalhekk smajna talbu, tajnieh lil-Ġwanni, u fejjaqnielu lil-martu (u għalhekk setgħet twelled). Huma kienu tabilħaqq iħabirku u jgħaġġlu biex jagħmlu l-ġid, kienu jsejħulna bit-tama tal-ħniena u bil-biża' tal-kastig, u kienu umli quddiemna

21:91

وَٱلَّتِيٓ أَحۡصَنَتۡ فَرۡجَهَا فَنَفَخۡنَا فِيهَا مِن رُّوحِنَا وَجَعَلۡنَٰهَا وَٱبۡنَهَآ ءَايَةً لِّلۡعَٰلَمِينَ

U (ftakar ukoll f'Marija) dik li ħarset is-safa ta' ġisimha: Aħna nfaħna fiha (permezz ra' l-anġlu Gabrijelj minn Ruħna, u lilha u lil binha għamilniehom sinjal għall-bnedmin (kollha)

21:92

إِنَّ هَٰذِهِۦٓ أُمَّتُكُمۡ أُمَّةً وَٰحِدَةً وَأَنَا۠ رَبُّكُمۡ فَٱعۡبُدُونِ

Tabilħaqq li. din ir-reliġjon tagħkom. hija. reliġjon: waħda. $ U Jiena Sidkom. Mela agħtuni qimal

21:93

وَتَقَطَّعُوٓاْ أَمۡرَهُم بَيۡنَهُمۡۖ كُلٌّ إِلَيۡنَا رَٰجِعُونَ

Iżda (il-ġnus ta' l-imgħoddi) kisru. (ir-rabta) 'ta' bejniethom. Kulħadd għandna jerġa' luru (biex jagħti kont)

21:94

فَمَن يَعۡمَلۡ مِنَ ٱلصَّٰلِحَٰتِ وَهُوَ مُؤۡمِنٌ فَلَا كُفۡرَانَ لِسَعۡيِهِۦ وَإِنَّا لَهُۥ كَٰتِبُونَ

Min jagħmel il-ġid u jemmen, it-tħabrik tiegħu ma jkunx miċħud, u Aħna niktbuhulu (fil-ktieb ta' ħajtu biex ma. jintesiex)

21:95

وَحَرَٰمٌ عَلَىٰ قَرۡيَةٍ أَهۡلَكۡنَٰهَآ أَنَّهُمۡ لَا يَرۡجِعُونَ

Nies ta' belt li-Aħna nkunu qridna ma jitħallewx jerġgħu lura (fid-dinja)

21:96

حَتَّىٰٓ إِذَا فُتِحَتۡ يَأۡجُوجُ وَمَأۡجُوجُ وَهُم مِّن كُلِّ حَدَبٍ يَنسِلُونَ

Meta (il-ġnus kiefra ta') Ja'ġiġ u Ma'ġiġ jinfetaħ (lilhom is-sadd li kien qiegħed iżommhom), u jinżlu jiġru minn kull għolja (biex iġibu ħerba)

21:97

وَٱقۡتَرَبَ ٱلۡوَعۡدُ ٱلۡحَقُّ فَإِذَا هِيَ شَٰخِصَةٌ أَبۡصَٰرُ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ يَٰوَيۡلَنَا قَدۡ كُنَّا فِي غَفۡلَةٍ مِّنۡ هَٰذَا بَلۡ كُنَّا ظَٰلِمِينَ

u toqrob il-wegħda tassew (ta' Jum il-Qawmien), ara, jitberrqu għajnejn dawk li ma jemmnux ( 4. fil-biża' kbir tagħhom jgħidu): 'Msieken aħnal Ma tajniex kas ta' dan. Le, anzi konna ħżiena

21:98

إِنَّكُمۡ وَمَا تَعۡبُدُونَ مِن دُونِ ٱللَّهِ حَصَبُ جَهَنَّمَ أَنتُمۡ لَهَا وَٰرِدُونَ

Tabilħaqq li intom (il-pagani), u dak li tqimu minflok Alla, intom il-ħatab ta' l-Infern (għaliex bikom jitkebbes u jaqbad), u fih sejrint

21:99

لَوۡ كَانَ هَٰٓؤُلَآءِ ءَالِهَةً مَّا وَرَدُوهَاۖ وَكُلٌّ فِيهَا خَٰلِدُونَ

Kieku dawk (l-idoli li rqimu) kienu allat (tabilħaqq), ma kinux jaslu fih (fl-/ 7/ern)L Kollha (kemm huma, idoli u pagani) jibqgħu fih għal dejjeml

21:100

لَهُمۡ فِيهَا زَفِيرٌ وَهُمۡ فِيهَا لَا يَسۡمَعُونَ

Fih ikollhom (biss) tnehid (ħiereġ minn qalbhom), u fih. ma jisimgħux

21:101

إِنَّ ٱلَّذِينَ سَبَقَتۡ لَهُم مِّنَّا ٱلۡحُسۡنَىٰٓ أُوْلَٰٓئِكَ عَنۡهَا مُبۡعَدُونَ

Tabilħaqq li dawk li diġà ħadu l-aħjar (ħlas) mingħandna, dawk ikunu mbiegħda minnu

21:102

لَا يَسۡمَعُونَ حَسِيسَهَاۖ وَهُمۡ فِي مَا ٱشۡتَهَتۡ أَنفُسُهُمۡ خَٰلِدُونَ

Huma ma jisimgħux ħossu. (l-/nfern), u jibqgħu għal dejjem f'dak li l-erwieħ tagħhom (dejjem) xtaqu

21:103

لَا يَحۡزُنُهُمُ ٱلۡفَزَعُ ٱلۡأَكۡبَرُ وَتَتَلَقَّىٰهُمُ ٱلۡمَلَٰٓئِكَةُ هَٰذَا يَوۡمُكُمُ ٱلَّذِي كُنتُمۡ تُوعَدُونَ

Il-biża' l-kbir ma jnikkithomx, u l-anġli jilqgħuhom (bil-kliem): ''Dan huwa l-Jum tagħkom li kien imwiegħed lilkom

21:104

يَوۡمَ نَطۡوِي ٱلسَّمَآءَ كَطَيِّ ٱلسِّجِلِّ لِلۡكُتُبِۚ كَمَا بَدَأۡنَآ أَوَّلَ خَلۡقٍ نُّعِيدُهُۥۚ وَعۡدًا عَلَيۡنَآۚ إِنَّا كُنَّا فَٰعِلِينَ

Dakinhar nitwu s-sema bħalma jingħalaq l-iskroll bil- kitba. Bħalma bdejna l-ewwel ħolqien, intennuhl Hekk wegħedna, u hekk nagħmlu

21:105

وَلَقَدۡ كَتَبۡنَا فِي ٱلزَّبُورِ مِنۢ بَعۡدِ ٱلذِّكۡرِ أَنَّ ٱلۡأَرۡضَ يَرِثُهَا عِبَادِيَ ٱلصَّٰلِحُونَ

Fis-Salmi konna ktibna, wara (li kienet ġiet) it-tifkira (lil. Mosċ. fit-Tora, li): ''L-art jirtuha l-qaddejja. ġusti tiegħif

21:106

إِنَّ فِي هَٰذَا لَبَلَٰغًا لِّقَوۡمٍ عَٰبِدِينَ

F'dan tabilħaqq hawn taħbira għal nies li jqimu

21:107

وَمَآ أَرۡسَلۡنَٰكَ إِلَّا رَحۡمَةً لِّلۡعَٰلَمِينَ

Aħna ma. bgħatniekx (Muħammad) jekk mhux bħala ħniena lill-ħolqien (kollu)

21:108

قُلۡ إِنَّمَا يُوحَىٰٓ إِلَيَّ أَنَّمَآ إِلَٰهُكُمۡ إِلَٰهٌ وَٰحِدٌۖ فَهَلۡ أَنتُم مُّسۡلِمُونَ

Għid (Muħammad): 'Jiena mnebbaħ biss li Alla tagħkom huwa Alla Wieħed. Mela (issa) se. tintelqu f'idejh u tkunu Misilmin

21:109

فَإِن تَوَلَّوۡاْ فَقُلۡ ءَاذَنتُكُمۡ عَلَىٰ سَوَآءٍۖ وَإِنۡ أَدۡرِيٓ أَقَرِيبٌ أَم بَعِيدٌ مَّا تُوعَدُونَ

Iżda jekk jagħtu daharhom (u ma jagħtux: widen), għidilhom): 'Għarrafikom (bil-messaġġ) ilkoll indaqs, u ma nafx jekk dak li hu mwiegħed lilkom huwiex fil-qrib jew imbiegħed

21:110

إِنَّهُۥ يَعۡلَمُ ٱلۡجَهۡرَ مِنَ ٱلۡقَوۡلِ وَيَعۡلَمُ مَا تَكۡتُمُونَ

Tabilħaqq li ( 4//a) jaf bil-kliem li jingħad fil-beraħ, u jaf (ukoll) dak li taħbu (fi qlubkom)

21:111

وَإِنۡ أَدۡرِي لَعَلَّهُۥ فِتۡنَةٌ لَّكُمۡ وَمَتَٰعٌ إِلَىٰ حِينٍ

U manafx jekk (id-dewmien fil-wasla tal-kastig) hux tiġrib għalikom, u tgawdija għal xi żmien

21:112

قَٰلَ رَبِّ ٱحۡكُم بِٱلۡحَقِّۗ وَرَبُّنَا ٱلرَّحۡمَٰنُ ٱلۡمُسۡتَعَانُ عَلَىٰ مَا تَصِفُونَ

Qal (Muħammad): 'Sidi, agħmel ħaqq bis-sewwal' U Sidna huwa Dak Kollu Ħniena. li jintalab jgħin kontra (il-gideb) li taqilgħu

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.