Surah 68 · 52 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah Al-Qalam in Maltese

In English with tafsir

بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ

68:1

نٓۚ وَٱلۡقَلَمِ وَمَا يَسۡطُرُونَ

l- kittieba ġusti

68:2

مَآ أَنتَ بِنِعۡمَةِ رَبِّكَ بِمَجۡنُونٍ

(li) m'intix (Muħammad), bil-grazzja ta' Sidek, miġnunt

68:3

وَإِنَّ لَكَ لَأَجۡرًا غَيۡرَ مَمۡنُونٍ

Tabilħaqq ikollok ħlas li ma jinqatax (u jibqa ' għal dejjem)

68:4

وَإِنَّكَ لَعَلَىٰ خُلُقٍ عَظِيمٍ

Intitabilħaqq ta' karattru mill-aqwat

68:5

فَسَتُبۡصِرُ وَيُبۡصِرُونَ

Se tara (Muħammad), u huma (dawk li ċaħdu t-twemmin) se jaraw (ukoll)

68:6

بِأَييِّكُمُ ٱلۡمَفۡتُونُ

min huwa l-miġnun fostkoml

68:7

إِنَّ رَبَّكَ هُوَ أَعۡلَمُ بِمَن ضَلَّ عَن سَبِيلِهِۦ وَهُوَ أَعۡلَمُ بِٱلۡمُهۡتَدِينَ

Sidek tabilħaqq jaf l-aktar b'min tilef triqtu, u Huwa jaf l- aktar b'dawk li qegħdin fit-triq it-tajba

68:8

فَلَا تُطِعِ ٱلۡمُكَذِّبِينَ

Melatoqgħodx għal dawk li jgiddbu

68:9

وَدُّواْ لَوۡ تُدۡهِنُ فَيُدۡهِنُونَ

Huma jixtiequ li kieku inti ċċedi (xi fii. Muħammad) u (imbagħad huma wkoll) iċedu (xi ftit)

68:10

وَلَا تُطِعۡ كُلَّ حَلَّافٍ مَّهِينٍ

U latoqgħodx għal kull imkasbar li dejjem jaħlef

68:11

هَمَّازٍ مَّشَّآءِۭ بِنَمِيمٍ

dejjem iqasqas (fuq ħaddieħor) u (il-ħin kollu) għaddej jikxef x'qal ħaddieħor biex jagla' l-inkwiet

68:12

مَّنَّاعٍ لِّلۡخَيۡرِ مُعۡتَدٍ أَثِيمٍ

li ma jħallix (Zi jsir) il-ġid (anzi jfixklu), jikser il-liġi, u huwa. kollu ħtija

68:13

عُتُلِّۭ بَعۡدَ ذَٰلِكَ زَنِيمٍ

kieferu, barra minn dan, ma huwiex ta' nisel tajjeb

68:14

أَن كَانَ ذَا مَالٍ وَبَنِينَ

(Jaqaw qiegħed jaqla' l-gideb) għaliex għandu ġid u wlied (flok jiżżi ħajr lil Alla u jgħid is-sewwa)

68:15

إِذَا تُتۡلَىٰ عَلَيۡهِ ءَايَٰتُنَا قَالَ أَسَٰطِيرُ ٱلۡأَوَّلِينَ

Meta jinqrawlu l-versi tagħna, jgħid: '(Dawn) stejjer ta' nies il-qedemi

68:16

سَنَسِمُهُۥ عَلَى ٱلۡخُرۡطُومِ

Se nħallulu marka fuq imnieħru (biex jingħaraf sa mewtw)

68:17

إِنَّا بَلَوۡنَٰهُمۡ كَمَا بَلَوۡنَآ أَصۡحَٰبَ ٱلۡجَنَّةِ إِذۡ أَقۡسَمُواْ لَيَصۡرِمُنَّهَا مُصۡبِحِينَ

Aħna tabilħaqq ġarrabniehom (li/l-Mekkin bil-ġuħ u bil-għatx) bħalma ġarrabna nies il-ġnien, meta (fix-xeħħa tagħhom) ħalfu li jaqtgħu l-frott mas-sebħ (qabel ma joħorġu l-foqra)

68:18

وَلَا يَسۡتَثۡنُونَ

uma għamlu ebda eċċezzjoni (bil-kliem 'Jekk Alla jrid)

68:19

فَطَافَ عَلَيۡهَا طَآئِفٌ مِّن رَّبِّكَ وَهُمۡ نَآئِمُونَ

Għalhekk (il-ġnien) dar għalih kastig minn Sidek, huma u reqdin

68:20

فَأَصۡبَحَتۡ كَٱلصَّرِيمِ

u mas-sebħ (il-ġnien) sar bħallikieku maħsud (mill-frott tiegħu)

68:21

فَتَنَادَوۡاْ مُصۡبِحِينَ

Għalhekk mas-sebħ (vies il-ġnien) sejħu lil xulxin

68:22

أَنِ ٱغۡدُواْ عَلَىٰ حَرۡثِكُمۡ إِن كُنتُمۡ صَٰرِمِينَ

Oħorġu filgħodu lejn ir-raba' tagħkom, jekk se taqtgħu l-frotti

68:23

فَٱنطَلَقُواْ وَهُمۡ يَتَخَٰفَتُونَ

Għalhekk telqu, huma u jitkellmu minn taħt l-ilsien

68:24

أَن لَّا يَدۡخُلَنَّهَا ٱلۡيَوۡمَ عَلَيۡكُم مِّسۡكِينٌ

C'Arali ilum (fil-ġnien) ma jidħol fuqkom ebda fqirl

68:25

وَغَدَوۡاْ عَلَىٰ حَرۡدٍ قَٰدِرِينَ

U filgħodu marru b'fehma sħiħa (u ħasbu) li setgħu (iżommu l- foqra milli jidħlu fil-ġnien)

68:26

فَلَمَّا رَأَوۡهَا قَالُوٓاْ إِنَّا لَضَآلُّونَ

Iżda meta rawh qalu: ' (fejn aħna 7) Aħna tabilħaqq intlifnat

68:27

بَلۡ نَحۡنُ مَحۡرُومُونَ

(Lefma ntlifniex, iżda) aħna mċaħħdin (minn frott il-ġnien)

68:28

قَالَ أَوۡسَطُهُمۡ أَلَمۡ أَقُل لَّكُمۡ لَوۡلَا تُسَبِّحُونَ

L-aħjar fosthom qal(i/kom): 'Jaqaw ma għedtilkomx: Għaliex ma ssebħux (lil Alla u tindmu)

68:29

قَالُواْ سُبۡحَٰنَ رَبِّنَآ إِنَّا كُنَّا ظَٰلِمِينَ

Huma qalu: 'Sebħ lil Sidnal Aħna tabilħaqq konna ħżienat

68:30

فَأَقۡبَلَ بَعۡضُهُمۡ عَلَىٰ بَعۡضٍ يَتَلَٰوَمُونَ

Għalhekk resqu lejn xulxin, jitlewmu (us fwaħ/u f'xulxin)

68:31

قَالُواْ يَٰوَيۡلَنَآ إِنَّا كُنَّا طَٰغِينَ

Qalu 'Ħażin għalinal Aħna konna tabilħaqq ħżiena għall-aħħari

68:32

عَسَىٰ رَبُّنَآ أَن يُبۡدِلَنَا خَيۡرًا مِّنۡهَآ إِنَّآ إِلَىٰ رَبِّنَا رَٰغِبُونَ

Għandu mnejn Sidna jbiddlilna (dan il-ġnien) ma' xi ħaġa aħjar minnu. Aħna tabilħaqq induru u nitolbu lil Sidna

68:33

كَذَٰلِكَ ٱلۡعَذَابُۖ وَلَعَذَابُ ٱلۡأٓخِرَةِ أَكۡبَرُۚ لَوۡ كَانُواْ يَعۡلَمُونَ

Hekk ikun il-kastigt U l-kastig ta' l-Oħra (tal-Ħajja l-Oħra) huwa akbar (minn: dak ta' din id-dinja), li kieku kienu jaful

68:34

إِنَّ لِلۡمُتَّقِينَ عِندَ رَبِّهِمۡ جَنَّٰتِ ٱلنَّعِيمِ

Tabilħaqq li dawk li jibżghu minn Alla jkollhom għand Sidhom il-Ġonna ta' l-hena

68:35

أَفَنَجۡعَلُ ٱلۡمُسۡلِمِينَ كَٱلۡمُجۡرِمِينَ

Jaqaw senimxu mal-Misilmin bħallikieku mal-ħatjin

68:36

مَا لَكُمۡ كَيۡفَ تَحۡكُمُونَ

X'għandkom' Kif tagħmlu ħaqq (b'mod daqshekk ingust)

68:37

أَمۡ لَكُمۡ كِتَٰبٌ فِيهِ تَدۡرُسُونَ

Jew għandkom xi ktieb (ieħor), u minnu titgħallmu

68:38

إِنَّ لَكُمۡ فِيهِ لَمَا تَخَيَّرُونَ

li fil għandkom x'tagħżlu (kif rixtieq qalbkom)

68:39

أَمۡ لَكُمۡ أَيۡمَٰنٌ عَلَيۡنَا بَٰلِغَةٌ إِلَىٰ يَوۡمِ ٱلۡقِيَٰمَةِ إِنَّ لَكُمۡ لَمَا تَحۡكُمُونَ

Jew għandkom pattijiet maħlufa magħna, li jwasslu sa Jum il- Qawmien, (Li jwiegħdu) li jkollkom kulma tiddeċiedu

68:40

سَلۡهُمۡ أَيُّهُم بِذَٰلِكَ زَعِيمٌ

Staqsihom (Muħammad) min, fosthom, jagħmel tajjeb għal dan

68:41

أَمۡ لَهُمۡ شُرَكَآءُ فَلۡيَأۡتُواْ بِشُرَكَآئِهِمۡ إِن كَانُواْ صَٰدِقِينَ

Jew għandhom ixirka (minbarra Ala) 2 (Jekk għandhom) mela ħalli jġibu l-ixirka tagħhom, jekk qegħdin jgħidu s-sewwat

68:42

يَوۡمَ يُكۡشَفُ عَن سَاقٍ وَيُدۡعَوۡنَ إِلَى ٱلسُّجُودِ فَلَا يَسۡتَطِيعُونَ

(Ftakar) meta fil-Jum iebes (tal-Qawmien mill-imwiet, dawk li jiċħdu t-twemmin) jissejħu biex jinxteħtu wiċċhom fl-art (b'qima lil Alla), iżda ma jkunux jistgħu

68:43

خَٰشِعَةً أَبۡصَٰرُهُمۡ تَرۡهَقُهُمۡ ذِلَّةٌۖ وَقَدۡ كَانُواْ يُدۡعَوۡنَ إِلَى ٱلسُّجُودِ وَهُمۡ سَٰلِمُونَ

(Dawk iżommu) ħarsithom 'l isfel; it-tkasbir jegħlibhom. (Meta kienu għadhom fid-dinja) kienu msejħa biex imilu (u jagħtu qima), meta kienu (għadhom) qawwijin u sħaħ (iżda dak iż-żmien ma ridux)

68:44

فَذَرۡنِي وَمَن يُكَذِّبُ بِهَٰذَا ٱلۡحَدِيثِۖ سَنَسۡتَدۡرِجُهُم مِّنۡ حَيۡثُ لَا يَعۡلَمُونَ

Mela ħallini (Muħammad) ma' min igiddeb dan il-kliem (biex. nieħu ħsiebu kif jixraqjl Se mmexxuhom, tarġa tarġa (lejn il-qerda tagħhom), bla ma jafu minn fejn

68:45

وَأُمۡلِي لَهُمۡۚ إِنَّ كَيۡدِي مَتِينٌ

Jiena nagħtihom aktar żmien (biex iżidu fi ħtijiethom). Tabilħaqq li n-nasba tiegħi fis-sod

68:46

أَمۡ تَسۡـَٔلُهُمۡ أَجۡرًا فَهُم مِّن مَّغۡرَمٍ مُّثۡقَلُونَ

Jaqaw int (Muħammad) titlobhom ħlas (talli xxandrilhom il- Kelma ta' Alla), u għalhekk jinsabu mtaqqlin bid-dejn

68:47

أَمۡ عِندَهُمُ ٱلۡغَيۡبُ فَهُمۡ يَكۡتُبُونَ

Jew għandhom (l-għarfien dwar) il-mistur, u għalhekk jiktbu fdwaru)i

68:48

فَٱصۡبِرۡ لِحُكۡمِ رَبِّكَ وَلَا تَكُن كَصَاحِبِ ٱلۡحُوتِ إِذۡ نَادَىٰ وَهُوَ مَكۡظُومٌ

Mela stenna (Muħammad) bis-sabar l-amar ta' Alla u la tkunx (mgħaġġel u bla sabar) bħal Dak tal-Ħuta (Ġona) meta sejjaħ (lil Sidu) fil-hemm kbir tiegħu (meta kien f'il-ħuta). f

68:49

لَّوۡلَآ أَن تَدَٰرَكَهُۥ نِعۡمَةٌ مِّن رَّبِّهِۦ لَنُبِذَ بِٱلۡعَرَآءِ وَهُوَ مَذۡمُومٌ

Li kieku mhux għaliex laħqitu grazzja minn Sidu, kien l jinxteħet 'il barra, fil-beraħ, imkasbar

68:50

فَٱجۡتَبَٰهُ رَبُّهُۥ فَجَعَلَهُۥ مِنَ ٱلصَّٰلِحِينَ

Għalhekk Sidu għażlu (għalih innifsu) u għamlu mill-ġusti

68:51

وَإِن يَكَادُ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ لَيُزۡلِقُونَكَ بِأَبۡصَٰرِهِمۡ لَمَّا سَمِعُواْ ٱلذِّكۡرَ وَيَقُولُونَ إِنَّهُۥ لَمَجۡنُونٌ

U ara (Muħammad); dawk li ma jemmnux ikunu għoddhom waqqgħuk b'ħarsithom meta jisimgħu t-tifkira (b r-rwissija li inti twissihom), u jgħidu: 'Huwa tabilħaqq miġnuni

68:52

وَمَا هُوَ إِلَّا ذِكۡرٌ لِّلۡعَٰلَمِينَ

(Dan il-Qoran) ma huwiex ħlief tifkira lill-ħolqien

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.