Surah 53 · 62 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah An-Najm in Maltese

In English with tafsir

بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ

53:1

وَٱلنَّجۡمِ إِذَا هَوَىٰ

(Waħilfi) fuq il-kewkba meta taqa'l

53:2

مَا ضَلَّ صَاحِبُكُمۡ وَمَا غَوَىٰ

Matilifx it-triq seħibkom ( Muħammad) u lanqas tqarraq

53:3

وَمَا يَنطِقُ عَنِ ٱلۡهَوَىٰٓ

umajitkellimx mix-xewqa (tiegħu stess)

53:4

إِنۡ هُوَ إِلَّا وَحۡيٌ يُوحَىٰ

(fll-Qoran u kliem il-Profeta) ma huwiex għajr. tnebbiħ i jitnebbah

53:5

عَلَّمَهُۥ شَدِيدُ ٱلۡقُوَىٰ

Għallmu (fil Muħammad) dak ta' wisq qawwa (Gabrijel)

53:6

ذُو مِرَّةٍ فَٱسۡتَوَىٰ

dak ta' qilla, u deher sħiħ (is-sura oriġinali tiegħu)

53:7

وَهُوَ بِٱلۡأُفُقِ ٱلۡأَعۡلَىٰ

meta kien fl-ogħla xefuq

53:8

ثُمَّ دَنَا فَتَدَلَّىٰ

Imbagħad resaq u ddendel

53:9

فَكَانَ قَابَ قَوۡسَيۡنِ أَوۡ أَدۡنَىٰ

ukien (bogħod minn Muħammad) daqs żewġt igwies, jew eqreb

53:10

فَأَوۡحَىٰٓ إِلَىٰ عَبۡدِهِۦ مَآ أَوۡحَىٰ

unebbaħ lill-qaddej tiegħu (Muħarrnad) dak li nebbal

53:11

مَا كَذَبَ ٱلۡفُؤَادُ مَا رَأَىٰٓ

Il-qalb (ra' Muħammad) ma gidbitx dwar dak li rat (matu/ is- safra minn Mekka għal Ġerusalemm u, minn hemm, lejn is-sema)

53:12

أَفَتُمَٰرُونَهُۥ عَلَىٰ مَا يَرَىٰ

Jaqaw (intom il-pagani) tmeruh dwar dak li ra

53:13

وَلَقَدۡ رَءَاهُ نَزۡلَةً أُخۡرَىٰ

U (Muħammad lill-anġlu Gabrijel) tassew rah fi nżul ieħor

53:14

عِندَ سِدۡرَةِ ٱلۡمُنتَهَىٰ

ħdejn is-Siġra tat-Tmiem (fis-seba ' sema)

53:15

عِندَهَا جَنَّةُ ٱلۡمَأۡوَىٰٓ

qtibha heżnm il-Ġenis tal-kenri (aħħari)

53:16

إِذۡ يَغۡشَى ٱلسِّدۡرَةَ مَا يَغۡشَىٰ

Metadak (ta' l-għaġeb) i jiksi kesa s-siġra

53:17

مَا زَاغَ ٱلۡبَصَرُ وَمَا طَغَىٰ

L-għajnejn (tal-Profeta Muħammad) ma tħarrkux, u lanqas qabżu l-limiti

53:18

لَقَدۡ رَأَىٰ مِنۡ ءَايَٰتِ رَبِّهِ ٱلۡكُبۡرَىٰٓ

Huwa tassew ra wħud mill-akbar sinjali ta' Sidu

53:19

أَفَرَءَيۡتُمُ ٱللَّٰتَ وَٱلۡعُزَّىٰ

Jaqaw (inrorr il-paġani) rajtu lil-Lat u lill-Għużża

53:20

وَمَنَوٰةَ ٱلثَّالِثَةَ ٱلۡأُخۡرَىٰٓ

ulil-Manat, it-tielet waħda, l-oħra (mit-rliet allat li tgħidu li huma l-bniet ta' Allajif)

53:21

أَلَكُمُ ٱلذَّكَرُ وَلَهُ ٱلۡأُنثَىٰ

Jaqaw (iżżommu). għalikom is-subien, u għalih (għa/ Alla, tħallu) il-bniet

53:22

تِلۡكَ إِذًا قِسۡمَةٌ ضِيزَىٰٓ

Dik tassew qasma (bejn subien u bniet) li ma hijiex bil-ħaqal

53:23

إِنۡ هِيَ إِلَّآ أَسۡمَآءٌ سَمَّيۡتُمُوهَآ أَنتُمۡ وَءَابَآؤُكُم مَّآ أَنزَلَ ٱللَّهُ بِهَا مِن سُلۡطَٰنٍۚ إِن يَتَّبِعُونَ إِلَّا ٱلظَّنَّ وَمَا تَهۡوَى ٱلۡأَنفُسُۖ وَلَقَدۡ جَآءَهُم مِّن رَّبِّهِمُ ٱلۡهُدَىٰٓ

Ma humiex għajr ismijiet li semmejtu intom u missirijietkor,. Alla ma niżżel ebda setgħa għalihom, Huma ma jimxux jekk mhux fuq l-istħajjil (tagħhom) u fuq dak li huma nflishom jixtiequ, minkejja li tassew ġiethom tmexxija tajba minn Sidhom

53:24

أَمۡ لِلۡإِنسَٰنِ مَا تَمَنَّىٰ

Jaqaw il-bniedem ikollu dak li jixtieq

53:25

فَلِلَّهِ ٱلۡأٓخِرَةُ وَٱلۡأُولَىٰ

Ta' Alla hija l-Aħħar (Ħajja), u l-ewwel waħda

53:26

وَكَم مِّن مَّلَكٍ فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ لَا تُغۡنِي شَفَٰعَتُهُمۡ شَيۡـًٔا إِلَّا مِنۢ بَعۡدِ أَن يَأۡذَنَ ٱللَّهُ لِمَن يَشَآءُ وَيَرۡضَىٰٓ

U kemm hemm anġli fis-smewwiet li l-interċessjoni tagħhom ma. tiswa xejn, jekk mhux wara li Alla jippermetti (din /- interċessjoni) lil min irid u jogħġbu

53:27

إِنَّ ٱلَّذِينَ لَا يُؤۡمِنُونَ بِٱلۡأٓخِرَةِ لَيُسَمُّونَ ٱلۡمَلَٰٓئِكَةَ تَسۡمِيَةَ ٱلۡأُنثَىٰ

Tabilħaqq li-dawk li-ma jemmnux fl-Oħra (fil-Ħajja l- Oħra) isemmu lill-anġli b'ismijiet ta' mara

53:28

وَمَا لَهُم بِهِۦ مِنۡ عِلۡمٍۖ إِن يَتَّبِعُونَ إِلَّا ٱلظَّنَّۖ وَإِنَّ ٱلظَّنَّ لَا يُغۡنِي مِنَ ٱلۡحَقِّ شَيۡـًٔا

Huma ma għandhomx għarfien dwar dan u ma jimxux jekk mhux fuq l-istħajjil (mgħawweġ tagħhom). Tabilħaqq li l-istħajjil ma jiswa xejn għas-sewwa

53:29

فَأَعۡرِضۡ عَن مَّن تَوَلَّىٰ عَن ذِكۡرِنَا وَلَمۡ يُرِدۡ إِلَّا ٱلۡحَيَوٰةَ ٱلدُّنۡيَا

Għalhekk warrab (Muħammad) minn min telaq it-tifkira tagħna u ma jridx ħlief il-ħajja (f'din) id-dinja

53:30

ذَٰلِكَ مَبۡلَغُهُم مِّنَ ٱلۡعِلۡمِۚ إِنَّ رَبَّكَ هُوَ أَعۡلَمُ بِمَن ضَلَّ عَن سَبِيلِهِۦ وَهُوَ أَعۡلَمُ بِمَنِ ٱهۡتَدَىٰ

Sa hemm jasal l-għarfien tagħhoml Tabilħaqq li Sidek (Muħammad) jaf l-aktar dwar min ħareġ minn triqtu, u l- aktar li jaf b'min jinsab fit-triq it-tajba

53:31

وَلِلَّهِ مَا فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَمَا فِي ٱلۡأَرۡضِ لِيَجۡزِيَ ٱلَّذِينَ أَسَٰٓـُٔواْ بِمَا عَمِلُواْ وَيَجۡزِيَ ٱلَّذِينَ أَحۡسَنُواْ بِٱلۡحُسۡنَى

U ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, biex iħallas lil dawk li jagħmlu l-ħażen skond għemilhom, u jħallas lil dawk li jagħmlu t-tajjeb bl-aħjar (ħlas)

53:32

ٱلَّذِينَ يَجۡتَنِبُونَ كَبَٰٓئِرَ ٱلۡإِثۡمِ وَٱلۡفَوَٰحِشَ إِلَّا ٱللَّمَمَۚ إِنَّ رَبَّكَ وَٰسِعُ ٱلۡمَغۡفِرَةِۚ هُوَ أَعۡلَمُ بِكُمۡ إِذۡ أَنشَأَكُم مِّنَ ٱلۡأَرۡضِ وَإِذۡ أَنتُمۡ أَجِنَّةٌ فِي بُطُونِ أُمَّهَٰتِكُمۡۖ فَلَا تُزَكُّوٓاْ أَنفُسَكُمۡۖ هُوَ أَعۡلَمُ بِمَنِ ٱتَّقَىٰٓ

Huma dawk li jaħarbu mill-ħtijiet il-kbar u mill-għemejjel taħxija, ħlief għan-nuqqasijiet iż-żgħar. Tabilħaqq li Sidek wiesa' fil-maħfra. Huwa. l-aktar li kien jafkom, meta ħalaqkom mill-art, u meta kontu trabi moħbija fi ġwief ommijietkom. Għalhekk la tiftaħrux bis-safa tagħkom infuskoml Huwa l-aktar li jaf b'min għandu l-biża' ta' Alla

53:33

أَفَرَءَيۡتَ ٱلَّذِي تَوَلَّىٰ

Jaqaw rajt (Muħammad) lil-dak (il-midneb) li telaq 'l hemm (u tbiegħed mit-twemmin)

53:34

وَأَعۡطَىٰ قَلِيلًا وَأَكۡدَىٰٓ

lita ftit, imbagħad ixxaħħaħ

53:35

أَعِندَهُۥ عِلۡمُ ٱلۡغَيۡبِ فَهُوَ يَرَىٰٓ

Jaqaw għandu l-għarfien tal-ħwejjeġ mistura u għalhekk jara (dak li ħaddieħor ma jarax)

53:36

أَمۡ لَمۡ يُنَبَّأۡ بِمَا فِي صُحُفِ مُوسَىٰ

Jew ma kienx mgħarraf b'dak li hemm fil-Kotba ta' Mosċ (it-Torà)

53:37

وَإِبۡرَٰهِيمَ ٱلَّذِي وَفَّىٰٓ

u (fil-Kotba ta') Abraham li qeda sa l-aħħar fl-amar ta' Allaj

53:38

أَلَّا تَزِرُ وَازِرَةٌ وِزۡرَ أُخۡرَىٰ

(Jeħtieġ ikun magħruf) li dik (ir-ruħ) li terfa' t-toqol ftad- dnub) ma terfax toqol ta' ruħ oħra

53:39

وَأَن لَّيۡسَ لِلۡإِنسَٰنِ إِلَّا مَا سَعَىٰ

uli l-bniedem ma għandux għajr dak li ħabrek għalih

53:40

وَأَنَّ سَعۡيَهُۥ سَوۡفَ يُرَىٰ

ullit-tħabrik tiegħu se jintwera (Zi/u f'Jum il-Qawmien)

53:41

ثُمَّ يُجۡزَىٰهُ ٱلۡجَزَآءَ ٱلۡأَوۡفَىٰ

imbagħad jitħallas tiegħu l-ħlas is-sħiħ

53:42

وَأَنَّ إِلَىٰ رَبِّكَ ٱلۡمُنتَهَىٰ

(Jeħtieġ ikun magħruf) li għand Sidek: it-tmiem. (ta' kollox)

53:43

وَأَنَّهُۥ هُوَ أَضۡحَكَ وَأَبۡكَىٰ

uli Huwa li jdaħħak u li jbikki (Zill-bniedem)

53:44

وَأَنَّهُۥ هُوَ أَمَاتَ وَأَحۡيَا

uli Huwa li jagħti l-mewt u jagħti l-ħajja

53:45

وَأَنَّهُۥ خَلَقَ ٱلزَّوۡجَيۡنِ ٱلذَّكَرَ وَٱلۡأُنثَىٰ

uli ħalaq iż-żewġ (bnedmin), ir-raġel u l-mara

53:46

مِن نُّطۡفَةٍ إِذَا تُمۡنَىٰ

minnnitfa (ta' sperma) meta tinħareġ

53:47

وَأَنَّ عَلَيۡهِ ٱلنَّشۡأَةَ ٱلۡأُخۡرَىٰ

uli għalih (għal Alfa) il-qawmien (tal-ħolqien) darba oħra

53:48

وَأَنَّهُۥ هُوَ أَغۡنَىٰ وَأَقۡنَىٰ

uli Huwa li jagħti l-għana u l-ġid (fil min irid)

53:49

وَأَنَّهُۥ هُوَ رَبُّ ٱلشِّعۡرَىٰ

uli Huwa Sid (tal-kewkba) Sirju (meqjuma mill-pagani)

53:50

وَأَنَّهُۥٓ أَهۡلَكَ عَادًا ٱلۡأُولَىٰ

uri qered lill-(ġens ta') Għad tal-qedem

53:51

وَثَمُودَاْ فَمَآ أَبۡقَىٰ

ulil (ġens ta') Tamid, u ma ħalliex (minnhom ħajjin)

53:52

وَقَوۡمَ نُوحٍ مِّن قَبۡلُۖ إِنَّهُمۡ كَانُواْ هُمۡ أَظۡلَمَ وَأَطۡغَىٰ

ulilnies Noċ, qabel. Tabilħaqq li kienu huma l-aktar inġusti u l-aktar ħżienal

53:53

وَٱلۡمُؤۡتَفِكَةَ أَهۡوَىٰ

U qered il-bliet meqluba (ta' taħt fuq ta' Sodoma u Gomorra)

53:54

فَغَشَّىٰهَا مَا غَشَّىٰ

(u għattiehom dak fil-kastiġ) li għattiehom

53:55

فَبِأَيِّ ءَالَآءِ رَبِّكَ تَتَمَارَىٰ

Mela liema grazzji ta' Sidek qiegħed tmieriż

53:56

هَٰذَا نَذِيرٌ مِّنَ ٱلنُّذُرِ ٱلۡأُولَىٰٓ

Dan (Muħammad) huwa wieħed li jwissi, bħal dawk li jwissu minn tal-qedem

53:57

أَزِفَتِ ٱلۡأٓزِفَةُ

Qiegħda toqrob dik (is-siegħa ta' Jum. il-Qawmien) li dejjem riesqa

53:58

لَيۡسَ لَهَا مِن دُونِ ٱللَّهِ كَاشِفَةٌ

Xejn, ħlief Alla, ma jikxifha

53:59

أَفَمِنۡ هَٰذَا ٱلۡحَدِيثِ تَعۡجَبُونَ

Jaqawrtistagħġbu b'dan il-kliem

53:60

وَتَضۡحَكُونَ وَلَا تَبۡكُونَ

U tidħku, u ma tibkux

53:61

وَأَنتُمۡ سَٰمِدُونَ

(għaliex) intom moħħkom imtajjar (u medhijin bil-frugħat)i

53:62

فَٱسۡجُدُواْۤ لِلَّهِۤ وَٱعۡبُدُواْ

Mela nxteħtu quddiem Alla u qimu(h/l)

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.