Surah 37 · 182 verses · Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Surah As-Saffat in Maltese

In English with tafsir

بِسۡمِ ٱللَّهِ ٱلرَّحۡمَٰنِ ٱلرَّحِيمِ

37:1

وَٱلصَّٰٓفَّٰتِ صَفًّا

(Naħilfu) fuq dawk (l-anġli) miġburin f'saffi (fil-qima)

37:2

فَٱلزَّٰجِرَٰتِ زَجۡرًا

ufuqdawk (l-anġli) li jċanfru (il-ħażen) bil-qawwa

37:3

فَٱلتَّٰلِيَٰتِ ذِكۡرًا

u fuq dawk (l-anġli) li jaqraw (u jwasslu lill-Profeti) it-tifkira

37:4

إِنَّ إِلَٰهَكُمۡ لَوَٰحِدٌ

Tabilħaqqli Alla tagħkom huwa Wieħed

37:5

رَّبُّ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِ وَمَا بَيۡنَهُمَا وَرَبُّ ٱلۡمَشَٰرِقِ

Sid is-smewwiet u l-art, ta' dak li hemm bejniethom, u Sid ta' kull naħa fil-Lvant minn fejn titla' x-xemx

37:6

إِنَّا زَيَّنَّا ٱلسَّمَآءَ ٱلدُّنۡيَا بِزِينَةٍ ٱلۡكَوَاكِبِ

Aħna tabilħaqq żejjinna l-eqreb sema (/ejn l-art), bil-ġmiel tal-kwiekeb

37:7

وَحِفۡظًا مِّن كُلِّ شَيۡطَٰنٍ مَّارِدٍ

b'ħarsien minn kull xitan ribelli

37:8

لَّا يَسَّمَّعُونَ إِلَى ٱلۡمَلَإِ ٱلۡأَعۡلَىٰ وَيُقۡذَفُونَ مِن كُلِّ جَانِبٍ

Huma ma'jissemmgħux lill-ogħla ġemgħa (fa' l-anġli), 1 jitwaddbulhom (il-meteoriti) minn kull naħa

37:9

دُحُورًاۖ وَلَهُمۡ عَذَابٌ وَاصِبٌ

imkeċċija, u għandhom kastig dejjiemi

37:10

إِلَّا مَنۡ خَطِفَ ٱلۡخَطۡفَةَ فَأَتۡبَعَهُۥ شِهَابٌ ثَاقِبٌ

(ar dawn ix-xjaten ma jistgħux jissemmgħu) ħlief dak (fosthom, li jaħtaf ħatfa (xi ħaġa (i rintqal fl-ogħla sema), iżda tiġr warajh xrara kollha dija (u taħarqu)

37:11

فَٱسۡتَفۡتِهِمۡ أَهُمۡ أَشَدُّ خَلۡقًا أَم مَّنۡ خَلَقۡنَآۚ إِنَّا خَلَقۡنَٰهُم مِّن طِينٍ لَّازِبِۭ

Staqsihom (Muħammad, lill-pagani) jekk humiex l-aqwa ħolqien, jew min ħlaqna (fost il-ħlejjaq l-oħrajn) Tabilħaqq l Aħna ħlaqniehom minn tafal iwaħħal

37:12

بَلۡ عَجِبۡتَ وَيَسۡخَرُونَ

Le (ma humiex aqwa), iżda inti tistagħġeb (bl-ebusija ta qalb il-pagani), tilwaqt li huma jiddieħku (b'li tħabbrilhom)

37:13

وَإِذَا ذُكِّرُواْ لَا يَذۡكُرُونَ

Meta jkunu mwissija, ma jagħtux widen

37:14

وَإِذَا رَأَوۡاْ ءَايَةً يَسۡتَسۡخِرُونَ

U meta jaraw sinjal, iwaqqgħu (kollox) għaċ-ċajt

37:15

وَقَالُوٓاْ إِنۡ هَٰذَآ إِلَّا سِحۡرٌ مُّبِينٌ

ujgħidu: 'Dan ma huwiex ħlief seħer biċ-ċarl

37:16

أَءِذَا مِتۡنَا وَكُنَّا تُرَابًا وَعِظَٰمًا أَءِنَّا لَمَبۡعُوثُونَ

Jaqaw meta mmutu, u nkunu trab u għadam, se (nerġgħu nitqajmu)

37:17

أَوَءَابَآؤُنَا ٱلۡأَوَّلُونَ

U missirijietna tal-qedem ukoll

37:18

قُلۡ نَعَمۡ وَأَنتُمۡ دَٰخِرُونَ

Għid(ilkom): 'Iva, u intom imkasbrin (u taqgħu fil-għajb)U

37:19

فَإِنَّمَا هِيَ زَجۡرَةٌ وَٰحِدَةٌ فَإِذَا هُمۡ يَنظُرُونَ

Imbagħad tkun biss għajta waħda, u ara, jibdew jarawl

37:20

وَقَالُواْ يَٰوَيۡلَنَا هَٰذَا يَوۡمُ ٱلدِّينِ

U jgħidu: 'Msieken aħna' Dan huwa Jum il-Ġudizzjul

37:21

هَٰذَا يَوۡمُ ٱلۡفَصۡلِ ٱلَّذِي كُنتُم بِهِۦ تُكَذِّبُونَ

DanhuwaJum il-verdett li kontu tgiddbul

37:22

ٱحۡشُرُواْ ٱلَّذِينَ ظَلَمُواْ وَأَزۡوَٰجَهُمۡ وَمَا كَانُواْ يَعۡبُدُونَ

(Jintgal till-anġli:) ''Lġbru lil-dawk li għamlu l-ħażen, u lil-mi: hu bħalhom, u lil dawk (l-idoli) li kienu jqimu

37:23

مِن دُونِ ٱللَّهِ فَٱهۡدُوهُمۡ إِلَىٰ صِرَٰطِ ٱلۡجَحِيمِ

minflok Alla, u mexxuhom lejn triq in-Nar iħeġġeġl

37:24

وَقِفُوهُمۡۖ إِنَّهُم مَّسۡـُٔولُونَ

Waqqfuhom' Huma jkunu mistoqsijin

37:25

مَا لَكُمۡ لَا تَنَاصَرُونَ

Xiiġralkom, (u għaliex) ma tgħinux lil-xulxin

37:26

بَلۡ هُمُ ٱلۡيَوۡمَ مُسۡتَسۡلِمُونَ

Le, illum huma jċedu (u jkunu misjuqa lejn l-Infern)

37:27

وَأَقۡبَلَ بَعۡضُهُمۡ عَلَىٰ بَعۡضٍ يَتَسَآءَلُونَ

Uħud minnhom iduru fuq oħrajn, u jistaqsu lil-xulxin

37:28

قَالُوٓاْ إِنَّكُمۡ كُنتُمۡ تَأۡتُونَنَا عَنِ ٱلۡيَمِينِ

Huma jgħidu (lill-mexxejja ħżiena tagħhom): 'Intom kontu tiġuna min-naħa tal-lemin (f/esfsulna l-ħażen)

37:29

قَالُواْ بَل لَّمۡ تَكُونُواْ مُؤۡمِنِينَ

Jgħidu (il-mexxejja l-ħżiena): 'Lel Intom ma kontux temmnu fu toqogħdux twaħħlu finajl

37:30

وَمَا كَانَ لَنَا عَلَيۡكُم مِّن سُلۡطَٰنِۭۖ بَلۡ كُنتُمۡ قَوۡمًا طَٰغِينَ

U lanqas ma kellna setgħa fuqkom, iżda kontu nies ħżiena għall-aħħar

37:31

فَحَقَّ عَلَيۡنَا قَوۡلُ رَبِّنَآۖ إِنَّا لَذَآئِقُونَ

Il-Kelma ta' Sidna (il-Mulej) seħħet kontrina: li aħna tabilħaqq se nduqu (il-kastig)l

37:32

فَأَغۡوَيۡنَٰكُمۡ إِنَّا كُنَّا غَٰوِينَ

Aħna tellifniekom it-triq (għaliex) aħna tabilħaqq konna mitlufinl

37:33

فَإِنَّهُمۡ يَوۡمَئِذٍ فِي ٱلۡعَذَابِ مُشۡتَرِكُونَ

Tabilħaqq li dakinhar huma jissieħbu fil-kastigl

37:34

إِنَّا كَذَٰلِكَ نَفۡعَلُ بِٱلۡمُجۡرِمِينَ

Tassew li hekk nagħmlu lill-ħatjint

37:35

إِنَّهُمۡ كَانُوٓاْ إِذَا قِيلَ لَهُمۡ لَآ إِلَٰهَ إِلَّا ٱللَّهُ يَسۡتَكۡبِرُونَ

Meta kien jintqalilhom: 'Ma hemmx alla ħlief Alla huma kienu jitkabbru

37:36

وَيَقُولُونَ أَئِنَّا لَتَارِكُوٓاْ ءَالِهَتِنَا لِشَاعِرٍ مَّجۡنُونِۭ

u jgħidu: 'Jaqaw se-nħallu. l-allat tagħna. minħabba f'poeta miġnun (Muħammad)

37:37

بَلۡ جَآءَ بِٱلۡحَقِّ وَصَدَّقَ ٱلۡمُرۡسَلِينَ

Le (mhux kif qegħdin jgħidu), iżda (Muħammad). ġie bis-sewwa, u seddaq lill-Mibgħutin (i ġew qablu)l

37:38

إِنَّكُمۡ لَذَآئِقُواْ ٱلۡعَذَابِ ٱلۡأَلِيمِ

Intomtabilħaqq se dduqu l-kastig ta' wġigħ

37:39

وَمَا تُجۡزَوۡنَ إِلَّا مَا كُنتُمۡ تَعۡمَلُونَ

umatitħallsux għajr ta' dak (il-ħażen) li kontu tagħmlu

37:40

إِلَّا عِبَادَ ٱللَّهِ ٱلۡمُخۡلَصِينَ

ħliefil-qaddejja leali ta' Alla

37:41

أُوْلَٰٓئِكَ لَهُمۡ رِزۡقٌ مَّعۡلُومٌ

Dawk għandhom għajxien magħruf (kif se jkun)

37:42

فَوَٰكِهُ وَهُم مُّكۡرَمُونَ

(ikollhom) frott (bnin) u jkunu mweġġħin

37:43

فِي جَنَّٰتِ ٱلنَّعِيمِ

fil-Ġonna ta' l-hena

37:44

عَلَىٰ سُرُرٍ مُّتَقَٰبِلِينَ

(bil-qiegħda) fuq divani, wiċċ imb'wiċċ

37:45

يُطَافُ عَلَيۡهِم بِكَأۡسٍ مِّن مَّعِينِۭ

U ddurfosthom tazza minn għajn (ta' nbid ġieri)

37:46

بَيۡضَآءَ لَذَّةٍ لِّلشَّٰرِبِينَ

(tazza) bajda (silġ), benna għal min jixrob

37:47

لَا فِيهَا غَوۡلٌ وَلَا هُمۡ عَنۡهَا يُنزَفُونَ

lima fihiex uġigħ ta' ras, u lanqas jiskru biha

37:48

وَعِندَهُمۡ قَٰصِرَٰتُ ٱلطَّرۡفِ عِينٌ

U għandhom (ukoll fil-Ġenna) nisa (safja) b'għajnejn kbar, li ma jħarsux ħlief lejhom

37:49

كَأَنَّهُنَّ بَيۡضٌ مَّكۡنُونٌ

Huma bħal perli mkennin (u mħarsin sewwa)

37:50

فَأَقۡبَلَ بَعۡضُهُمۡ عَلَىٰ بَعۡضٍ يَتَسَآءَلُونَ

Uħud minnhom iduru fuq l-oħrajn u jistaqsu lil xulxin

37:51

قَالَ قَآئِلٌ مِّنۡهُمۡ إِنِّي كَانَ لِي قَرِينٌ

Wieħed (minn nies il-Ġenna) jgħid: 'Jiena kelli sieħeb

37:52

يَقُولُ أَءِنَّكَ لَمِنَ ٱلۡمُصَدِّقِينَ

(li) kien jgħidli: 'Jaqaw inti wieħed minn dawk li jemmnu

37:53

أَءِذَا مِتۡنَا وَكُنَّا تُرَابًا وَعِظَٰمًا أَءِنَّا لَمَدِينُونَ

Jaqaw meta mmutu u nsiru trab u għadam, se jsir ħaqq minna

37:54

قَالَ هَلۡ أَنتُم مُّطَّلِعُونَ

(Dakli jinsab fil-Ġenna) jgħid (lil sħabu): 'Tridux tħarsu (lejn l-Infern, biex taraw f'hiex qiegħed dan is-sieħeb li kelliji)

37:55

فَٱطَّلَعَ فَرَءَاهُ فِي سَوَآءِ ٱلۡجَحِيمِ

Huwa għad iħares u jarah f'nofs in-Nar iħeġġeġ

37:56

قَالَ تَٱللَّهِ إِن كِدتَّ لَتُرۡدِينِ

Huwa jgħid (lil sieħbu): ''Fuq Alla, (li kieku ma kontx sod fit-twemmin) kont għoddok qridtni (u niżżilmi miegħek fin- MNarji)

37:57

وَلَوۡلَا نِعۡمَةُ رَبِّي لَكُنتُ مِنَ ٱلۡمُحۡضَرِينَ

Li mhux għall-grazzja ta' Sidi, kont inkun fost dawk miġjuba (għall-kundanna)

37:58

أَفَمَا نَحۡنُ بِمَيِّتِينَ

Jaqaw, (kif kontu tgħidu intom) m'aħniex se mmutu

37:59

إِلَّا مَوۡتَتَنَا ٱلۡأُولَىٰ وَمَا نَحۡنُ بِمُعَذَّبِينَ

ħlief l-ewwel mewta tagħna (fid-dinja), u m'aħniex se nkunu kastigati

37:60

إِنَّ هَٰذَا لَهُوَ ٱلۡفَوۡزُ ٱلۡعَظِيمُ

Dintabilħaqq hija r-rebħa l-kbira (tat-tajbin fil-Ġenna)i

37:61

لِمِثۡلِ هَٰذَا فَلۡيَعۡمَلِ ٱلۡعَٰمِلُونَ

Għal xi ħaġa bħal din għandhom jaħdmu l-ħaddiema

37:62

أَذَٰلِكَ خَيۡرٌ نُّزُلًا أَمۡ شَجَرَةُ ٱلزَّقُّومِ

Jaqaw din hija l-aħjar ospitalità, jew is-siġra taż-żaqqiim

37:63

إِنَّا جَعَلۡنَٰهَا فِتۡنَةً لِّلظَّٰلِمِينَ

(Din is-siġra) għamilnieha kastig (qalil) għall-ħżiena

37:64

إِنَّهَا شَجَرَةٌ تَخۡرُجُ فِيٓ أَصۡلِ ٱلۡجَحِيمِ

Hija tabilħaqq siġra li toħroġ minn qiegħ in-Nar iħeġġeġ

37:65

طَلۡعُهَا كَأَنَّهُۥ رُءُوسُ ٱلشَّيَٰطِينِ

Il-frott tagħha huwa (ikrah u tal-biża'), bħal irjus. ix- xjaten

37:66

فَإِنَّهُمۡ لَأٓكِلُونَ مِنۡهَا فَمَالِـُٔونَ مِنۡهَا ٱلۡبُطُونَ

Tabilħaqq li huma se jieklu minnha u jimlew żaqqhom biha

37:67

ثُمَّ إِنَّ لَهُمۡ عَلَيۡهَا لَشَوۡبًا مِّنۡ حَمِيمٍ

Imbagħad warajha għandhom (x'jixorbu) taħlita ta' ilma jagħli

37:68

ثُمَّ إِنَّ مَرۡجِعَهُمۡ لَإِلَى ٱلۡجَحِيمِ

Imbagħad jerġgħu lura fin-Nar iħeġġeġ

37:69

إِنَّهُمۡ أَلۡفَوۡاْ ءَابَآءَهُمۡ ضَآلِّينَ

Huma tabilħaqq sabu lil missirijiethom mitlufin

37:70

فَهُمۡ عَلَىٰٓ ءَاثَٰرِهِمۡ يُهۡرَعُونَ

uhuma qegħdin jgħaġġlu fil-passi tagħhom

37:71

وَلَقَدۡ ضَلَّ قَبۡلَهُمۡ أَكۡثَرُ ٱلۡأَوَّلِينَ

Qabilhom, kienu tassew tilfu t-triq il-kotra tal-ġnus tal- qedem

37:72

وَلَقَدۡ أَرۡسَلۡنَا فِيهِم مُّنذِرِينَ

u tabilħaqq bgħatna fosthom lil-min iwissi

37:73

فَٱنظُرۡ كَيۡفَ كَانَ عَٰقِبَةُ ٱلۡمُنذَرِينَ

Melaara (Muħammad) kif kien tmiem l-imwissijin

37:74

إِلَّا عِبَادَ ٱللَّهِ ٱلۡمُخۡلَصِينَ

ħlief il-qaddejja leali ta' Alla

37:75

وَلَقَدۡ نَادَىٰنَا نُوحٌ فَلَنِعۡمَ ٱلۡمُجِيبُونَ

Noċ tassew sejħilna, u ħadd aħjar minna ma jwieġeb (is- sejħajl)

37:76

وَنَجَّيۡنَٰهُ وَأَهۡلَهُۥ مِنَ ٱلۡكَرۡبِ ٱلۡعَظِيمِ

Aħna ħlisna lilu i lil niesu mill-għawġ il-kbir

37:77

وَجَعَلۡنَا ذُرِّيَّتَهُۥ هُمُ ٱلۡبَاقِينَ

U għamilna lil nislu jibqa' (fuq wiċċ l-art)

37:78

وَتَرَكۡنَا عَلَيۡهِ فِي ٱلۡأٓخِرِينَ

Għalih ħallejna (din it-tislima) fost dawk li ġew wara

37:79

سَلَٰمٌ عَلَىٰ نُوحٍ فِي ٱلۡعَٰلَمِينَ

Sliem fuq Noċ fil-ħolqien

37:80

إِنَّا كَذَٰلِكَ نَجۡزِي ٱلۡمُحۡسِنِينَ

Hekk, tabilħaqq, inħallsu lil dawk li jagħmlu t-tajjebt

37:81

إِنَّهُۥ مِنۡ عِبَادِنَا ٱلۡمُؤۡمِنِينَ

Huwa tabilħaqq fost il-qaddejja tagħna li emmnu

37:82

ثُمَّ أَغۡرَقۡنَا ٱلۡأٓخَرِينَ

Imbagħad għerrigna lill-oħrajn

37:83

وَإِنَّ مِن شِيعَتِهِۦ لَإِبۡرَٰهِيمَ

Tabilħaqq li Abraham kien minn dawk li mxew fi triqtu

37:84

إِذۡ جَآءَ رَبَّهُۥ بِقَلۡبٍ سَلِيمٍ

meta ġie għand Sidu (il-Mulej) b'qalb Sħiħa u safja

37:85

إِذۡ قَالَ لِأَبِيهِ وَقَوۡمِهِۦ مَاذَا تَعۡبُدُونَ

meta qal lil missieru u lil niesu: 'Xi tqimu

37:86

أَئِفۡكًا ءَالِهَةً دُونَ ٱللَّهِ تُرِيدُونَ

Jaqaw tridu allat qarrieġa minflok Alla

37:87

فَمَا ظَنُّكُم بِرَبِّ ٱلۡعَٰلَمِينَ

U x'taħsbu dwar Sid il-ħolqien

37:88

فَنَظَرَ نَظۡرَةً فِي ٱلنُّجُومِ

Imbagħad ħares ħarsa lejn il-kwiekeb

37:89

فَقَالَ إِنِّي سَقِيمٌ

u qal: 'Jiena tassew marid

37:90

فَتَوَلَّوۡاْ عَنۡهُ مُدۡبِرِينَ

Għalhekk tawh daharhom u ma tawhx widen

37:91

فَرَاغَ إِلَىٰٓ ءَالِهَتِهِمۡ فَقَالَ أَلَا تَأۡكُلُونَ

Imbagħad dar lejn l-allat tagħhom u qal(i//hom): 'Mela ma tiklux (l-offerti li qegħdulkom quddiemkom)

37:92

مَا لَكُمۡ لَا تَنطِقُونَ

X'għandkom 7 (Għaliex) ma titkellmux

37:93

فَرَاغَ عَلَيۡهِمۡ ضَرۡبَۢا بِٱلۡيَمِينِ

(Għalhekk ħabat għalihom u darabhom b'fidi) il- leminija (fi fiha kien qiegħed iżomm fies)

37:94

فَأَقۡبَلُوٓاْ إِلَيۡهِ يَزِفُّونَ

Imbagħad (niesu l-pagani) resqu jgħaġġlu lejh

37:95

قَالَ أَتَعۡبُدُونَ مَا تَنۡحِتُونَ

(Qalċilhom): ''Jaqaw tqimu dak li tnaqqxu

37:96

وَٱللَّهُ خَلَقَكُمۡ وَمَا تَعۡمَلُونَ

meta kien Alla li ħalaq lilkom u dak li tagħmlu

37:97

قَالُواْ ٱبۡنُواْ لَهُۥ بُنۡيَٰنًا فَأَلۡقُوهُ فِي ٱلۡجَحِيمِ

Qalu (mgħaddbin): 'Ibnulu bini (b'forn fih) u ixħtuh fin-nar iħeġġeġi

37:98

فَأَرَادُواْ بِهِۦ كَيۡدًا فَجَعَلۡنَٰهُمُ ٱلۡأَسۡفَلِينَ

Huma riedu jonsbuh, iżda Aħna kasbarniehom

37:99

وَقَالَ إِنِّي ذَاهِبٌ إِلَىٰ رَبِّي سَيَهۡدِينِ

U qal (Abraham): ''Jiena sejjer għand Sidi (il-Mulej). Huwa se jmexxinil

37:100

رَبِّ هَبۡ لِي مِنَ ٱلصَّٰلِحِينَ

Sidi, agħtini (ulied li jkunu) mill-ġustil

37:101

فَبَشَّرۡنَٰهُ بِغُلَٰمٍ حَلِيمٍ

Għalhekk tajnieh il-bxara t-tajba dwar tfajjel (Ismagħel) kollu ħlewwa u sabar

37:102

فَلَمَّا بَلَغَ مَعَهُ ٱلسَّعۡيَ قَالَ يَٰبُنَيَّ إِنِّيٓ أَرَىٰ فِي ٱلۡمَنَامِ أَنِّيٓ أَذۡبَحُكَ فَٱنظُرۡ مَاذَا تَرَىٰۚ قَالَ يَٰٓأَبَتِ ٱفۡعَلۡ مَا تُؤۡمَرُۖ سَتَجِدُنِيٓ إِن شَآءَ ٱللَّهُ مِنَ ٱلصَّٰبِرِينَ

Meta (ibnu Ismagħel) kiber u seta' jaħdem miegħu, (Abraham) qal: ''Ibni, f'ħolma rajtni qiegħed noffrik bħala sagrifiċċju. Mela ara x'taħseb dwar danf' Qal (Ismagħel): ''Missier, agħmel dak li inti mqabbad. Jekk Alla jrid, se ssibni ma' dawk ta' sabar

37:103

فَلَمَّآ أَسۡلَمَا وَتَلَّهُۥ لِلۡجَبِينِ

U meta t-tnejn li huma ntelqu għar-rieda ta' Alla, u (Abraham) qiegħdu wiċċu fl-art. (biex joqtlu b'sagrifiċċju)

37:104

وَنَٰدَيۡنَٰهُ أَن يَٰٓإِبۡرَٰهِيمُ

sejjaħnielu: 'Ja Abraham

37:105

قَدۡ صَدَّقۡتَ ٱلرُّءۡيَآۚ إِنَّا كَذَٰلِكَ نَجۡزِي ٱلۡمُحۡسِنِينَ

Inti seddaqt dak li rajt fil-ħolma (u f'xejn ma nqast lejnajf' Aħna tabilħaqq li hekk inħallsu lil dawk li jagħmlu t-tajjeb)

37:106

إِنَّ هَٰذَا لَهُوَ ٱلۡبَلَٰٓؤُاْ ٱلۡمُبِينُ

Tabilħaqq li dan kien tiġrib ċar (u kbir)

37:107

وَفَدَيۡنَٰهُ بِذِبۡحٍ عَظِيمٍ

Fdejnieh (lil Ismagħel) b'debħa (ta' kibx) mill-kbar

37:108

وَتَرَكۡنَا عَلَيۡهِ فِي ٱلۡأٓخِرِينَ

Għalih ħallejna (din it-tislima) fost dawk li ġew wara

37:109

سَلَٰمٌ عَلَىٰٓ إِبۡرَٰهِيمَ

Sliem fuq Abrahami

37:110

كَذَٰلِكَ نَجۡزِي ٱلۡمُحۡسِنِينَ

Hekk inħallsu lil dawk li jagħmlu t-tajjebl

37:111

إِنَّهُۥ مِنۡ عِبَادِنَا ٱلۡمُؤۡمِنِينَ

Huwa kien tabilħaqq mill-qaddejja tagħna li emmnul

37:112

وَبَشَّرۡنَٰهُ بِإِسۡحَٰقَ نَبِيًّا مِّنَ ٱلصَّٰلِحِينَ

U tajnieh il-bxara tajba dwar Iżakk, Profeta, u wieħed mill-ġusti

37:113

وَبَٰرَكۡنَا عَلَيۡهِ وَعَلَىٰٓ إِسۡحَٰقَۚ وَمِن ذُرِّيَّتِهِمَا مُحۡسِنٌ وَظَالِمٌ لِّنَفۡسِهِۦ مُبِينٌ

Berikna lilu u lil Iżakk, Minn nisilhom hemm min jagħmel it-tajjeb, u hemm min jonqos lejh innifsu bil- miftuħ

37:114

وَلَقَدۡ مَنَنَّا عَلَىٰ مُوسَىٰ وَهَٰرُونَ

Tassew urejna tjieba kbira ma' Mosċ u (ħuh) Aron

37:115

وَنَجَّيۡنَٰهُمَا وَقَوۡمَهُمَا مِنَ ٱلۡكَرۡبِ ٱلۡعَظِيمِ

u ħlisna lilhom u lil nieshom mill-għawġ il-kbir (tal-jasar l-Eġittu)

37:116

وَنَصَرۡنَٰهُمۡ فَكَانُواْ هُمُ ٱلۡغَٰلِبِينَ

Aħna tajniehom l-għajnuna, u kienu huma li għelbu (lill-Fargħun u lill-niesu)t

37:117

وَءَاتَيۡنَٰهُمَا ٱلۡكِتَٰبَ ٱلۡمُسۡتَبِينَ

Lilhom it-tnejn tajna l-Ktieb li jfiehem biċ-ċar

37:118

وَهَدَيۡنَٰهُمَا ٱلصِّرَٰطَ ٱلۡمُسۡتَقِيمَ

u mexxejniehom fit-triq id-dritta

37:119

وَتَرَكۡنَا عَلَيۡهِمَا فِي ٱلۡأٓخِرِينَ

Għalihom it-tnejn ħallejna (din it-tislima) fost dawk li ġew wara

37:120

سَلَٰمٌ عَلَىٰ مُوسَىٰ وَهَٰرُونَ

Sliem fuq Mosċ u Aronf

37:121

إِنَّا كَذَٰلِكَ نَجۡزِي ٱلۡمُحۡسِنِينَ

Hekk, tabilħaqq, inħallsu lil dawk li jagħmlu t-tajjebl

37:122

إِنَّهُمَا مِنۡ عِبَادِنَا ٱلۡمُؤۡمِنِينَ

Huma t-tnejn tabilħaqq kienu mill-qaddejja tagħna li emmnul

37:123

وَإِنَّ إِلۡيَاسَ لَمِنَ ٱلۡمُرۡسَلِينَ

Tabilħaqq li Elija kien wieħed mill-Mibgħutin

37:124

إِذۡ قَالَ لِقَوۡمِهِۦٓ أَلَا تَتَّقُونَ

meta qal lil niesu: ''Jaqaw ma tibżgħux (minn A/la)

37:125

أَتَدۡعُونَ بَعۡلًا وَتَذَرُونَ أَحۡسَنَ ٱلۡخَٰلِقِينَ

Jaqaw issejħu lil Bagħal, u tħallu lill-Aħjar fost il- ħallieqa

37:126

ٱللَّهَ رَبَّكُمۡ وَرَبَّ ءَابَآئِكُمُ ٱلۡأَوَّلِينَ

(tħallu) lil Alla Sidkom u Sid missirijietkom tal-qedem

37:127

فَكَذَّبُوهُ فَإِنَّهُمۡ لَمُحۡضَرُونَ

Huma giddbuh, u tabilħaqq jitressqu (għall-kastig)

37:128

إِلَّا عِبَادَ ٱللَّهِ ٱلۡمُخۡلَصِينَ

ħlief il-qaddejja leali ta' Alla

37:129

وَتَرَكۡنَا عَلَيۡهِ فِي ٱلۡأٓخِرِينَ

Għalih ħallejna (din it-tislima) fost dawk li ġew wara

37:130

سَلَٰمٌ عَلَىٰٓ إِلۡ يَاسِينَ

Sliem fuq Elija u niesul

37:131

إِنَّا كَذَٰلِكَ نَجۡزِي ٱلۡمُحۡسِنِينَ

Hekk, tabilħaqq, inħallsu lil dawk li jagħmlu t-tajjebl

37:132

إِنَّهُۥ مِنۡ عِبَادِنَا ٱلۡمُؤۡمِنِينَ

Huwa tabilħaqq kien mill-qaddejja tagħna li emmnul

37:133

وَإِنَّ لُوطًا لَّمِنَ ٱلۡمُرۡسَلِينَ

Lot tabilħaqq kien wieħed mill-Mibgħutin

37:134

إِذۡ نَجَّيۡنَٰهُ وَأَهۡلَهُۥٓ أَجۡمَعِينَ

meta ħlisna lilu u lil familtu, ilkoll

37:135

إِلَّا عَجُوزًا فِي ٱلۡغَٰبِرِينَ

ħlief mara xiħa (mar Lor) li baqgħet lura (f'Sodoma)

37:136

ثُمَّ دَمَّرۡنَا ٱلۡأٓخَرِينَ

Imbagħad qridna lill-oħrajn

37:137

وَإِنَّكُمۡ لَتَمُرُّونَ عَلَيۡهِم مُّصۡبِحِينَ

Intom (nies Mekka) tgħaddu minn ħdejhom. (fis-safar tagħkom) mas-sebħ

37:138

وَبِٱلَّيۡلِۚ أَفَلَا تَعۡقِلُونَ

u billejl (u taraw il-ħerba li tinsab fiha Sodoma), Mela ma għandkomx għaqal (biex tifhmu)

37:139

وَإِنَّ يُونُسَ لَمِنَ ٱلۡمُرۡسَلِينَ

Tabilħaqq li Ġona kien wieħed mill-Mibgħutin

37:140

إِذۡ أَبَقَ إِلَى ٱلۡفُلۡكِ ٱلۡمَشۡحُونِ

meta ħarab lejn il-mirkeb l-imgħobbi

37:141

فَسَاهَمَ فَكَانَ مِنَ ٱلۡمُدۡحَضِينَ

u qabel li jitfa' x-xorti, u kien fost it-tellifin (u kellu jinxteħet il-baħar)

37:142

فَٱلۡتَقَمَهُ ٱلۡحُوتُ وَهُوَ مُلِيمٌ

U belgħetu l-ħuta, meta kien wieħed ta' min ilumu (għaliex kien telaq lil niesu mingħajr il-permess ta' Alla)

37:143

فَلَوۡلَآ أَنَّهُۥ كَانَ مِنَ ٱلۡمُسَبِّحِينَ

U li mhux għaliex kien wieħed minn dawk li jsebbħu lil Alla

37:144

لَلَبِثَ فِي بَطۡنِهِۦٓ إِلَىٰ يَوۡمِ يُبۡعَثُونَ

kien jibqa' f'żaqgha sal-Jum li fih jitqajmu (il-mejtin)

37:145

فَنَبَذۡنَٰهُ بِٱلۡعَرَآءِ وَهُوَ سَقِيمٌ

Għalhekk ħriġnieh (mill-ħuta) għal fuq l-art mikxufa, marid

37:146

وَأَنۢبَتۡنَا عَلَيۡهِ شَجَرَةً مِّن يَقۡطِينٍ

U fuqu nibbitna xitla tal-qargħa (biex tagħmillu d-dell)

37:147

وَأَرۡسَلۡنَٰهُ إِلَىٰ مِاْئَةِ أَلۡفٍ أَوۡ يَزِيدُونَ

u bgħatnieh (lura għand niesu, f'Ninwe) għal għand mitt elf (ruħ), jew iżjed

37:148

فَـَٔامَنُواْ فَمَتَّعۡنَٰهُمۡ إِلَىٰ حِينٍ

Huma emmnu, u ħallejniehom igawdu (il-ħajja) għal xi Żmien

37:149

فَٱسۡتَفۡتِهِمۡ أَلِرَبِّكَ ٱلۡبَنَاتُ وَلَهُمُ ٱلۡبَنُونَ

Staqsihom (Muħammad, lill-pagani f'Mekka). x'jaħsbu: Jaqaw Sidek fil-Mulej) għandu l-bniet, u huma għandhom is-subien

37:150

أَمۡ خَلَقۡنَا ٱلۡمَلَٰٓئِكَةَ إِنَٰثًا وَهُمۡ شَٰهِدُونَ

Jew ħlaqna l-anġli nisa, u huma xhieda ta' dan

37:151

أَلَآ إِنَّهُم مِّنۡ إِفۡكِهِمۡ لَيَقُولُونَ

Mela mhux huma, tabilħaqq, li jaqilgħu minn żniedhom u jgħidu

37:152

وَلَدَ ٱللَّهُ وَإِنَّهُمۡ لَكَٰذِبُونَ

t'Alla wiledi' Huma tabilħaqq giddibini

37:153

أَصۡطَفَى ٱلۡبَنَاتِ عَلَى ٱلۡبَنِينَ

Jaqaw (A/la) għażel il-bniet minflok is-subien

37:154

مَا لَكُمۡ كَيۡفَ تَحۡكُمُونَ

X'għandkom (f'moħħkom) 7 Kif tiġġudikaw (hekk)

37:155

أَفَلَا تَذَكَّرُونَ

Mela matiftakrux

37:156

أَمۡ لَكُمۡ سُلۡطَٰنٌ مُّبِينٌ

Jaqaw għandkom; xi prova ċara (dwar dan i. qegħdin Tgħidu)

37:157

فَأۡتُواْ بِكِتَٰبِكُمۡ إِن كُنتُمۡ صَٰدِقِينَ

Mela ġibu l-ktieb tagħkom, jekk qegħdin tgħidu s-sewwal

37:158

وَجَعَلُواْ بَيۡنَهُۥ وَبَيۡنَ ٱلۡجِنَّةِ نَسَبًاۚ وَلَقَدۡ عَلِمَتِ ٱلۡجِنَّةُ إِنَّهُمۡ لَمُحۡضَرُونَ

(il-pagani) għamlu qrubija bejnu (bejn Alla) u bejn il-ġinn, iżda l-ġinn jafu tajjeb li huma (ukoll) se jitressqu (għall-kastig)

37:159

سُبۡحَٰنَ ٱللَّهِ عَمَّا يَصِفُونَ

Sebħlil-Allal (Huwa wisq ogħla) minn dak li jgħidu (dwaru), J

37:160

إِلَّا عِبَادَ ٱللَّهِ ٱلۡمُخۡلَصِينَ

ħlief il-qaddejja leali ta' Alla (Żi ma jitkellmux hekk)

37:161

فَإِنَّكُمۡ وَمَا تَعۡبُدُونَ

Tabilħaqq li la intom, u lanqas dawk li tqimu

37:162

مَآ أَنتُمۡ عَلَيۡهِ بِفَٰتِنِينَ

ma. tistgħu ġġarrbu (lil ħadd) dwaru (Alla l-Imbierek u toħorġuħ mit-triq it-tajba)

37:163

إِلَّا مَنۡ هُوَ صَالِ ٱلۡجَحِيمِ

ħlief'lil-min hu (kundannar) li jinxtewa fin-Nar iħeġġeġ

37:164

وَمَا مِنَّآ إِلَّا لَهُۥ مَقَامٌ مَّعۡلُومٌ

(SMa hemmx wieħed minna fl-anġii) li-ma għandux grad magħruf

37:165

وَإِنَّا لَنَحۡنُ ٱلصَّآفُّونَ

u aħna tabilħaqq dawk miġburin f'saffi (biex nagħtu qima bla waqfien lil Alla)

37:166

وَإِنَّا لَنَحۡنُ ٱلۡمُسَبِّحُونَ

u aħna tabilħaqq li nsebbħu (/i/ Alla)T

37:167

وَإِن كَانُواْ لَيَقُولُونَ

Tassewli (il-pagani ta' Mekka) kienu jgħidu

37:168

لَوۡ أَنَّ عِندَنَا ذِكۡرًا مِّنَ ٱلۡأَوَّلِينَ

Li kieku kellna tifkira min-nies ta' l-imgħoddi

37:169

لَكُنَّا عِبَادَ ٱللَّهِ ٱلۡمُخۡلَصِينَ

konna nkunu l-qaddejja leali ta' Allaf

37:170

فَكَفَرُواْ بِهِۦۖ فَسَوۡفَ يَعۡلَمُونَ

Huma ċaħduh (il-Qoran), u se jkunu jafu (ħlashom)l

37:171

وَلَقَدۡ سَبَقَتۡ كَلِمَتُنَا لِعِبَادِنَا ٱلۡمُرۡسَلِينَ

Kelmitna kienet tassew ingħatat lill-qaddejja tagħna l- Mibgħutin

37:172

إِنَّهُمۡ لَهُمُ ٱلۡمَنصُورُونَ

Tabilħaqq li huma l-megħjunin

37:173

وَإِنَّ جُندَنَا لَهُمُ ٱلۡغَٰلِبُونَ

u tassew li l-qawwiet tagħna jegħlbu (lill-għedewwa tagħhom)

37:174

فَتَوَلَّ عَنۡهُمۡ حَتَّىٰ حِينٍ

Mela warrab minnhom ( Muħammad) għal xi żmieni

37:175

وَأَبۡصِرۡهُمۡ فَسَوۡفَ يُبۡصِرُونَ

Ħares lejhom (meża jieħdu l-kastig), u (dalwaqt) se jaraw (fiex ġabithom l-ebusija ta' rashom)

37:176

أَفَبِعَذَابِنَا يَسۡتَعۡجِلُونَ

Jaqaw qegħdin jgħaġġlu l-kastig tagħna

37:177

فَإِذَا نَزَلَ بِسَاحَتِهِمۡ فَسَآءَ صَبَاحُ ٱلۡمُنذَرِينَ

Meta (iil-kasrig) jinżel fil-btieħi tagħhom, tkun (tassew) kerha l-għodwa ta' l-imwiddbint

37:178

وَتَوَلَّ عَنۡهُمۡ حَتَّىٰ حِينٍ

Warrab minnhom (Muħammad) għal xi żmieni

37:179

وَأَبۡصِرۡ فَسَوۡفَ يُبۡصِرُونَ

Ħares'lejhom, u (da/waqt) se jarawl

37:180

سُبۡحَٰنَ رَبِّكَ رَبِّ ٱلۡعِزَّةِ عَمَّا يَصِفُونَ

Sebħ lil Sidek (il-Mulej), Sid il-qawwa u l-ġieħl (Huwa wisq ogħla) minn dak li jgħidu (dwari)

37:181

وَسَلَٰمٌ عَلَى ٱلۡمُرۡسَلِينَ

Sliem għall-Mibgħutint

37:182

وَٱلۡحَمۡدُ لِلَّهِ رَبِّ ٱلۡعَٰلَمِينَ

U t-tifħir lil Alla, Sid il-ħolqieni

Translation: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi.